EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0850

Kawża T-850/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2015 – CompuGroup Medical vs UASI – Schatteiner (SAM) (“Rikors għal annullament — Trade mark Komunitarja — Terminu tar-rikors — Punt ta’ tluq — Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fuq is-sit elettroniku tal-UASI tar-rappreżentant tar-rikorrenti — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta”)

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2015 – CompuGroup Medical vs UASI – Schatteiner (SAM)

(Kawża T-850/14)

((“Rikors għal annullament - Trade mark Komunitarja - Terminu tar-rikors - Punt ta’ tluq - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fuq is-sit elettroniku tal-UASI tar-rappreżentant tar-rikorrenti - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))

(2016/C 068/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CompuGroup Medical AG (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simon Schatteiner (Wien, l-Awstrija) (rappreżentanti: F. Schulz u H. Pernez, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2014 (Każ R 818/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S. Schatteiner u CompuGroup Medical AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CompuGroup Medical AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


Top