This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0102
Case C-102/14 P: Appeal brought on 4 March 2014 by Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA against the order of the General Court (Second Chamber) delivered on 13 January 2014 in Case T-134/12 Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT v Commission
Kawża C-102/14 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Marzu 2014 minn Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit- 13 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-134/12, Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni
Kawża C-102/14 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Marzu 2014 minn Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit- 13 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-134/12, Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/25 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2014 minn Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-134/12, Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-102/14 P)
2014/C 135/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla, fit-totalità tiegħu, id-digriet mogħti mill-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Jannar 2014, fil-Kawża T-134/12, sa fejn dan jiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament; |
— |
sussidjarjament, tannulla parti jew diversi partijiet tal-imsemmi digriet:
|
— |
tibgħat lura d-digriet fit-totalità tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu; |
— |
sussidjarjament, tibgħat lura parti jew diversi partijiet, li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis opportun, sabiex jiġu eżaminati fuq il-mertu mill-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għal dawk tal-Kawża T-134/12, li tirrigwarda l-istess motivi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ fatt fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti atti li r-rikorrenti pproduċiet fil-kuntest tar-rikors tagħha. Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali injorat fatti, ommissjonijiet u atti li kienu ta’ importanza kbira għall-motivazzjoni tad-digriet.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li seta jintuża biss ir-rimedju previst fl-Artikolu 272 TFUE u mhux dak previst fl-Artikolu 263 TFUE.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-fatt li l-Kummissjoni qarrqet bir-rikorrenti meta tagħtha x’tifhem li n-noti ta’ debitu kienu jikkostitwixxu att definittiv adottat fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha u li għalhekk setgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors. Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni stipulat fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti, l-ommissjonijiet u l-atti msemmija fl-ewwel paragrafi tal-appell.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-assenza ta’ kwalunkwe kumment mill-Kummissjoni dwar parti kbira mill-argumenti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors għal annullament tagħha.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens relatata mal-proġett BeyWatch, li tipperikola s-sostennibbiltà tiegħu. Ir-rikorrenti wriet li r-rikors għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali huwa fondat u li r-rekwiżiti kollha imposti mill-ġurisprudenza Komunitarja għall-preżentata ta’ tali rikors huma sodisfatti.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens relatata mal-proġett Indect, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-uniku rimedju disponibbli kien dak tar-responsabbiltà kuntrattwali filwaqt li skont il-ġurisprudenza Komunitarja, l-uniku rimedju li jippermetti li l-Kummissjoni tinżamm responsabbli għal nuqqas ta’ motivazzjoni huwa dak tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talbiet għal kumpens relatati ma proġetti oħra, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja estendiet il-ġurisdizzjoni tagħha bħal li kieku kienet adita ex officio.