This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0075
Case C-75/14: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia e Instrucción No 3 de Ávila (Spain) lodged on 11 February 2014 — Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. v Francisco Javier Rodríguez Barbero and María Ángeles Barbero Gutiérrez
Kawża C-75/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n °3 de Ávila (Spanja) fil- 11 ta’ Frar 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA vs Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez
Kawża C-75/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n °3 de Ávila (Spanja) fil- 11 ta’ Frar 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA vs Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Ávila (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA vs Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez
(Kawża C-75/14)
2014/C 135/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ávila
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA
Konvenuti: Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez
Domandi preliminari
1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola inġusta dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, timmodera l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-eżekuzzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi biss limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jimmoderaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala inġusta, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi stipulati u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni li kienet ta’ natura inġusta, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013 [...] tmur kontra d-Direttiva 93/13/KEE [...], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala inġusti, stipulati f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.