Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0454

    Kawża C-454/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikoli 12 u 13 — Ħlasijiet amministrattivi — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni komunali — Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli)

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek

    (Kawża C-454/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikoli 12 u 13 - Ħlasijiet amministrattivi - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni komunali - Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli))

    (2016/C 068/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA

    Konvenuta: Commune d'Etterbeek

    Dispożittiv

    L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.


    (1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


    Top