This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0038
Case C-38/13: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 13 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy w Białymstoku — Poland) — Małgorzata Nierodzik v Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr. Stanisława Deresza w Choroszczy (Request for a preliminary ruling — Social policy — Directive 1999/70/EC — Framework agreement on fixed-term work concluded by ETUC, UNICE and CEEP — Clause 4 — Concept of ‘employment conditions’ — Notice period for the termination of a fixedterm employment contract — Difference in treatment between workers on contracts of indefinite duration)
Kawża C-38/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Klawżola 4 — Kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” — Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat — Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat)
Kawża C-38/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Klawżola 4 — Kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” — Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat — Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat)
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy
(Kawża C-38/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 4 - Kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” - Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat - Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat))
2014/C 135/13
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Białymstoku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Małgorzata Nierodzik
Konvenut: Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Sąd Rejonowy w Białymstoku – Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) kif ukoll tal-Klawżoli 1 u 4 tal-Anness ta’ din id-direttiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodi ta’ preavviż inqas favorevoli fil-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat milli fil-kuntratti għal żmien indeterminat
Dispożittiv
Il-Klawżola 4(1), tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.