This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TB0241
Joined Cases T-241/12 and T-210/13: Order of the General Court of 7 March 2014 — Versalis v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Butadiene rubber and emulsion styrene butadiene rubber market — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Partial annulment and alteration by the General Court of the Commission’s decision — Reopening of the procedure — New statement of objections — Closure of the procedure — No need to adjudicate)
Kawża T-241/12 u 210/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Tkomplija tal-proċedura — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Għeluq tal-proċedura — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
Kawża T-241/12 u 210/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Tkomplija tal-proċedura — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Għeluq tal-proċedura — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/37 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/12 u 210/13) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Tkomplija tal-proċedura - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Għeluq tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 135/47
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Versalis SpA (San Donato Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: F. Moretti, L. Nascimbene u M. Siragusa, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte, R. Striani, u T. Vecchi, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-241/12, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża fl-ittra tat-23 ta’ April 2012 li tifforma parti għar-rikorrenti mill-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-proċedura u li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u, fil-Kawża T-210/13, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 1200 finali, tas-26 ta’ Frar 2013, u C (2013) 1199 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li titkompla l-proċedura u li r-rikorrenti tiġi kkomunikata b’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida fil-Każ AT. 40032 – BR/ESBR – Reċidiva, wara l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni).
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-241/12 u T-210/13 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet. |
2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dawn ir-rikorsi. |
3) |
Versalis SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |