EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0548

Kawċa C-548/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja  — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali  — Regolament (KE) Nru 44/2001  — Ġurisdizzjoni speċjali  — Artikolu 5(1) u (3)  — Azzjoni għad-danni li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili  — Natura kuntrattwali jew delittwali)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

(Kawċa C-548/12) (1)

((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5(1) u (3) - Azzjoni għad-danni li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili - Natura kuntrattwali jew delittwali))

2014/C 135/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Brogsitter

Konvenuti: Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Landgericht Krefeld – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni speċjali – Rikors ippreżentat quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà delittwali – Sitwazzjoni li fiha l-att delittwali twettaq fil-kuntest ta’ kuntratt bejn l-awtur tiegħu u l-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara u l-qorti tal-post tat-twettiq tal-obbligu tinsab fi Stat Membru ieħor – Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni

Dispożittiv

Azzjonijiet għad-danni, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili ta’ natura delittwali fid-dritt nazzjonali, għandhom, madankollu, jitqiesu li jaqgħu taħt “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, jekk l-aġir ikkritikat jista’ jitqies li huwa nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi kuntrattwali, liema obbligi jistgħu jiġu stabbiliti fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


Top