Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(06)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 — Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Brussell (BRU) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 111, 6.5.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 111/42


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

    Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Brussell (BRU)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 111/11)

    1.

    Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, ir-Repubblika Ċeka imponiet obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Brussell (BRU).

    2.

    L-obbligi ta' servizz pubbliku, huma dawn:

    Frekwenzi minimi — rotta u numru minumu ta' rotazzjonijiet kull ġimgħa

    L-Ajruport ta' Ostrava Leoš Janáček (OSR/LKMT) — l-Ajruport ta' Brussell (BRU/EBBR): 3 rotazzjonijiet.

    Parametri minimi meħtieġa ta' l-inġenji ta' l-ajru

    Inġenji ta' l-ajru bi pressjoni konstanti b'kapacità minima ta' 30 post.

    Operat kontinwu

    Ma jistgħux jitħassru aktar minn 2 % tar-rotazzjonijiet minn numru totali ta' konnessjonijiet offruti fuq ir-rotot individwali, matul il-perjodu sħiħ tal-ħidma, bl-eċċezzjoni tat-titjiriet imħassra għal raġunijiet esterni, bħalma huma t-temp, strajkijiet jew restrizzjonijet għall-ħidma imposti mill-ajruporti.

    Skeda tat-titjiriet u struttura tal-konnessjonijiet

    Mhux aktar minn 30 % tal-konnessjonijiet offruti taħt l-obligazzjoni għal servizz pubbliku jistgħu jkunu f'forma ta' konnessjoni bi bdil ta' l-ajruplan.

    L-ewwel titjira mill-ajruport ta' Ostrava Leoš Janáček ma għandhiex titlaq qabel 04.30 ħin lokali. l-aħħar titjira ma għandhiex tasal aktar tard mill-23.35 ħin lokali.

    Żewġ kodiċijiet jew aktar huma permessi għall-istess titjira — qsim ta' kodiċi — għall-parteċipanti individwali.

    Kooperazzjoni f'forma ta' ftehim bejn linji ta' l-ajru ma' trasportaturi oħrajn mhix assolutament meħtieġa iżda hija permessa.

    Tariffi

    Il-prezz massimu għall-biljett mingħajr ritorn fuq ir-rotta OSR-BRU ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 200.

    Il-prezz massimu għall-biljett mingħajr ritorn jinkludi t-tariffa għall-vjaġġ mingħajr ritorn fil-klassi ekonomika mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud.

    Għandha tintuża is-Sistema Globali għar-Reservazzjoni.


    Top