Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2062

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2062 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 295, 14.11.2017, p. 4–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2062/oj

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2062

tat-13 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) iġib fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fis-16 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill iddeċieda li jkompli jespandi l-projbizzjoni fuq l-investiment tal-UE fir-RDPK u/jew magħha lejn is-setturi kollha, inaqqas l-ammont ta' rimessi personali li jistgħu jintbagħtu lir-RDPK minn EUR 15 000 għal EUR 5 000 u jimponi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni taż-żejt lir-RDPK.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1858 (3) emenda r-Regolament (UE) 2017/1509 biex iġib fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(4)

Il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni tirrevedi l-lista ta' oġġetti ta' lussu, soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1858 tas-16 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 265 I, 16.10.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness VIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit kif ġej:

ANNESS VIII

Prodotti ta' lussu msemmija fl-Artikolu 10

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġislazzjoni sussegwenti.

(1)   Żwiemel

 

0101 21 00

Annimali ta' razza pura għar-razza

ex

0101 29 90

Oħrajn

(2)   Kavjar u sostituti tal-kavjar

 

1604 31 00

Kavjar

 

1604 32 00

Sostituti tal-kavjar

(3)   Tartuf u preparazzjonijiet tiegħu

 

0709 59 50

Tartuf

ex

0710 80 69

Oħrajn

ex

0711 59 00

Oħrajn

ex

0712 39 00

Oħrajn

ex

2001 90 97

Oħrajn

 

2003 90 10

Tartuf

ex

2103 90 90

Oħrajn

ex

2104 10 00

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom

ex

2104 20 00

Preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati

ex

2106 00 00

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

(4)   Inbejjed (inklużi l-inbejjed spumanti), birer, spirti u xorb li fih l-alkoħol

 

2203 00 00

Birra magħmula minn xgħir (malt)

 

2204 10 11

Xampanja

 

2204 10 91

Asti Spumante

 

2204 10 93

Oħrajn

 

2204 10 94

B'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

 

2204 10 96

Inbejjed varjetali oħra

 

2204 10 98

Oħrajn

 

2204 21 00

F'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

 

2204 29 00

Oħrajn

 

2205 00 00

Vermut u inbid ieħor ta' għeneb frisk imħawrin bi pjanti jew sustanzi aromatiċi

 

2206 00 00

Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat b'xorb li ma huwiex alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

 

2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta' saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar

 

2208 00 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'qawwa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

(5)   Sigarri u sigarri żgħar

 

2402 10 00

Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk

 

2402 90 00

Oħrajn

(6)   Fwejjaħ, fwejjaħ tat-twaletta u kosmetiċi, inklużi prodotti tas-sbuħija u make-up

 

3303

Fwejjaħ u ilmijiet tat-twaletta

 

3304 00 00

Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-make-up u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ jew għas-smurija tal-ġilda mix-xemx; preparazzjonijiet għat-trattament tal-idejn u għat-trattament tas-saqajn

 

3305 00 00

Preparazzjonijiet għal użu fuq ix-xagħar

 

3307 00 00

Preparazzjonijiet għal qabel, waqt jew wara t-tqaxxir tal-leħja, deodoranti personali, preparazzjonijiet għall-banju, preparazzjonijiet għat-tneħħija tax-xagħar u fwejjaħ oħrajn, preparazzjonijiet kosmetiċi jew tat-twaletta, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; deodorizzanti ppreparati għal kmamar, imfewħin jew bi proprjetajiet disinfettanti jew le

 

6704 00 00

Parrokki, daqniet foloz, ħuġbejn u xagħar ta' xfar l-għajnejn, trofof marbutin minn tarf wieħed u bħalhom, ta' xagħar uman jew ta' annimali jew ta' materjali ta' tessuti; oġġetti ta' xagħar uman mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

(7)   Prodotti tal-ġilda, tas-sarġ u tal-ivvjaġġar, basktijiet u oġġetti simili b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

4201 00 00

Oġġetti tas-sarraġ u xedd għal kull annimal (inklużi tiranti, ċineg, protezzjoni għall-irkubbtejn, sarimi, drapp għas-sarġ, boroż għas-sarġ, kowtijiet għal klieb u bħalhom), ta' kull materjal

ex

4202 00 00

Bagolli, valiġġi, vanity-cases, executive-cases, brief-cases, basktijiet tal-iskola, kaxex għan-nuċċalijiet, kaxex għat-trombi, kaxex tal-kamera, kaxex ta' strumenti tal-mużika, kaxex ta' xkubetti, stoċċijiet tal-pistola u kontenituri simili; bagalji għas-safar, boroż iżolati għal ikel jew xorb, boroż tat-twaletta, barżakki, boroż tal-idejn, boroż tax-xiri, kartieri, portmonijiet, kaxex għall-mapep, kaxex għas-sigarretti, boroż tat-tabakk, boroż tal-għodda, boroż tal-isports, kaxex tal-fliexken, kaxex għall-ġojjelli, kaxex tat-terra, kaxex tal-pożati u kontenituri bħalhom, tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali, ta' folji tal-plastiks, ta' materjali tessili, ta' fibra vulkanizzata jew tal-kartun, jew kollha jew prinċipalment miksijin b'dawn il-materjali jew bil-karta

ex

4205 00 90

Oħrajn

ex

9605 00 00

Settijiet tal-ivvjaġġar għat-twaletta personali, tal-ħjata jew għat-tindif taż-żraben jew tal-ħwejjeġ

(8)   Kowtijiet b'valur li jkun aktar minn EUR 75 kull wieħed, u ħwejjeġ, aċċessorji tal-ħwejjeġ u żraben oħra (indipendentement mill-materjal tagħhom) b'valur li jkun aktar minn EUR 20 kull wieħed

ex

4203 00 00

Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali

ex

4303 00 00

Oġġetti ta' ħwejjeġ, aċċessorji ta' lbies u oġġetti oħrajn tal-fer

ex

6101 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta' titlu 6103

ex

6102 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta' titlu 6104

ex

6103 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6104 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6105 00 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6106 00 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6107 00 00

Qliezet ta' taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6108 00 00

Ilbiesi ta' taħt, dbielet ta' taħt, briefs, qliezet ta' taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6109 00 00

T-shirts, flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħra, maħduma bil-labar jew bil-ganċ

ex

6110 00 00

Ġersijiet, pulowvers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6111 00 00

Ħwejjeġ u aċċessorji ta' ħwejjeġ ta' trabi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6112 11 00

Tal-qoton

ex

6112 12 00

Ta' fibri sintetiċi

ex

6112 19 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

6112 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

 

6112 31 00

Ta' fibri sintetiċi

 

6112 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

6112 41 00

Ta' fibri sintetiċi

 

6112 49 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6113 00 10

Ta' drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ ta' titlu 5906

ex

6113 00 90

Oħrajn

ex

6114 00 00

Ħwejjeġ oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6115 00 00

Pantyhose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inklużi maljerija b'kompressjoni gradwata (pereżempju, kalzetti għal vini varikożi) u lbies għar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

ex

6116 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba' biss (mittens) u ingwantili jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts), maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6117 00 00

Aċċessorji oħrajn ta' lbies manifatturati, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; biċċiet ta' ħwejjeġ jew ta' aċċessorji tal-ħwejjeġ maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6201 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk ta' titlu 6203

ex

6202 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk ta' titlu 6204

ex

6203 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien

ex

6204 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet

ex

6205 00 00

Qomos tal-irġiel u tas-subien

ex

6206 00 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet

ex

6207 00 00

Flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħrajn, qliezet ta' taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien

ex

6208 00 00

Flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħrajn, ilbiesi ta' taħt, dbielet ta' taħt, briefs, qliezet ta' taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet

ex

6209 00 00

Ħwejjeġ u aċċessorji ta' ħwejjeġ ta' trabi

ex

6210 10 00

Ta' drappijiet ta' titlu 5602 jew 5603

ex

6210 20 00

Ħwejjeġ oħrajn, tat-tip deskritt f'subtitli 6201 11 sa 6201 19

ex

6210 30 00

Ħwejjeġ oħrajn, tat-tip deskritt f'subtitli 6202 11 sa 6202 19

ex

6210 40 00

Ħwejjeġ oħrajn tal-irġiel jew tas-subien

ex

6210 50 00

Ħwejjeġ oħrajn tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 11 00

Tal-irġiel jew tas-subien

 

6211 12 00

Tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

ex

6211 32 00

Tal-qoton

ex

6211 33 00

Ta' fibri magħmulin mill-bniedem

ex

6211 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6211 42 00

Tal-qoton

ex

6211 43 00

Ta' fibri magħmulin mill-bniedem

ex

6211 49 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6212 00 00

Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

ex

6213 00 00

Imkatar

ex

6214 00 00

Xalel, xarpi, maflers, mantilji, velijiet u bħalhom

ex

6215 00 00

Ingravajjet, ċfuf u mkatar tal-għonq

ex

6216 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts)

ex

6217 00 00

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ manifatturati; Biċċiet ta' ilbiesi jew ta' aċċessorji ta' ilbies, ħlief dawk ta' titlu 6212

ex

6401 00 00

Ilbies għar-riġlejn li minnu ma jgħaddix ilma bil-qigħan ta' barra u l-uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks, li l-uċuħ tagħhom la huma mwaħħlin lanqas immuntati mal-qiegħ bi ħjata, imsiemer irbattuti (rivets), imsiemer, viti, tappijiet jew proċessi simili

ex

6402 20 00

Ilbies għar-riġlejn b'uċuħ ta' ċineg jew strixxi immuntati mal-qiegħ permezz ta' tappijiet

ex

6402 91 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6402 99 00

Oħrajn

ex

6403 19 00

Oħrajn

ex

6403 20 00

Ilbies għar-riġlejn b'qigħan ta' barra tal-ġilda, u b'uċuħ li jikkonsistu f'ċineg tal-ġilda matul wiċċ is-sieq u madwar is-saba' l-kbir

ex

6403 40 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn, li fih maskaretta protettiva ta' metall

ex

6403 51 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6403 59 00

Oħrajn

ex

6403 91 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6403 99 00

Oħrajn

ex

6404 19 10

Papoċċi u lbies tar-riġlejn ieħor ta' ġewwa

ex

6404 20 00

Ilbies għar-riġlejn bil-qigħan ta' barra tal-ġilda jew ta' kompożizzjoni ta' ġilda

ex

6405 00 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn

ex

6504 00 00

Kpiepel u ilbies ieħor tar-ras, tat-tibna jew magħmulin bl-immuntar ta' strixxi ta' xi materjal, inforrati jew mirqumin jew le

ex

6505 00 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta' titlu 6501 00 00

ex

6505 00 30

Brieret bil-pizz

ex

6505 00 90

Oħrajn

ex

6506 99 00

Ta' materjali oħrajn

ex

6601 91 00

B'lasta teleskopika

ex

6601 99 00

Oħrajn

ex

6602 00 00

Bsaten għall-mixi, bsaten siġġu, swat, frosti u bħalhom

ex

9619 00 81

Ħrieqi u qliebi għat-trabi

(9)   Twapet, raggs u tapezzeriji minsuġa bl-idejn, jew le

 

5701 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, bl-għoqiedi, manifatturati jew le

 

5702 10 00

“Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn

 

5702 20 00

Kisi tal-art tal-fibri tal-ġewż tal-Indi (kajjar)

 

5702 31 80

Oħrajn

 

5702 32 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

5702 41 90

Oħrajn

 

5702 42 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 50 00

Oħrajn, mhux tal-pil, mhux manifatturati

 

5702 91 00

Ta' suf jew xagħar fin ta' annimali

 

5702 92 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 99 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

5703 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, bil-bżiebeż, manifatturati jew le

 

5704 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, tal-feltru, mingħajr bżiebeż jew trofof, manifatturati jew le

 

5705 00 00

Twapet oħrajn u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, manifatturati jew le

 

5805 00 00

Tapizzeriji maħdumin bl-idejn tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u bħalhom, u tapizzeriji maħdumin bil-labra (pereżempju, petit point, pont xewka), manifatturati jew le

(10)   Perli, ħaġar prezzjuż u semiprezzjuż, oġġetti bil-perli, ġojjelli, oġġetti magħmula minn arġentiera jew minn min jaħdem id-deheb

 

7101 00 00

Perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew le jew iggradati iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

 

7102 00 00

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati

 

7103 00 00

Ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż mhux iggradat (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

 

7104 20 00

Oħrajn, mhux maħdumin jew sempliċiment issegati jew iffurmati ħorox

 

7104 90 00

Oħrajn

 

7105 00 00

Għabra u trab ta' ħaġar prezzjuż jew semi prezzjuż naturali jew artifiċjali

 

7106 00 00

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f'għamliet semimanifatturati, jew f'għamla ta' trab

 

7107 00 00

Metalli ta' valur baxx miksijin bil-fidda, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

 

7108 00 00

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f'għamla semimanifatturata, jew f'għamla ta' trab

 

7109 00 00

Metalli ta' valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

 

7110 11 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 19 00

Oħrajn

 

7110 21 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 29 00

Oħrajn

 

7110 31 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 39 00

Oħrajn

 

7110 41 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 49 00

Oħrajn

 

7111 00 00

Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

 

7113 00 00

Oġġetti ta' ġojjelli u partijiet tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7114 00 00

Oġġetti ta' arġentiera jew ta' min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7115 00 00

Oġġetti oħrajn ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7116 00 00

Oġġetti ta' perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt)

(11)   Muniti u karti ta' flus, mhux valuta legali

ex

4907 00 30

Karti ta' flus

 

7118 10 00

Munita (ħlief munita tad-deheb), li mhix valuta legali

ex

7118 90 00

Oħrajn

(12)   Pożati ta' metall prezzjuż miksija jew indurati b'metall prezzjuż

 

7114 00 00

Oġġetti ta' arġentiera jew ta' min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7115 00 00

Oġġetti oħrajn ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

ex

8214 00 00

Oġġetti oħrajn ta' pożati (pereżempju, qattiegħa tax-xagħar, skieken b'xafra wiesgħa tal-biċċiera jew tal-kċina, mannari u skieken tal-ikkapuljat, taljakarti); settijiet u strumenti ta' manikjur jew pedikjur (inklużi limi tad-dwiefer)

ex

8215 00 00

Mgħaref, frieket, kuċċaruni, xkumaturi, cake servers, skieken tal-ħut, skieken tal-butir, pinzetti taz-zokkor u oġġetti simili tal-kċina jew tal-mejda

ex

9307 00 00

Xwabel, xablotti, bajonetti, lanez u armi simili u partijiet tagħhom u inforor u għantijiet għalihom

(13)   Oġġetti tal-mejda tal-porċellana, tal-kina, tal-ġebla jew tal-fuħħar jew fajjenza fina

 

6911 00 00

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tat-twaletta, tal-porċellana jew tal-kina

 

6912 00 23

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

 

6912 00 25

Fuħħar jew fajjenza fina

 

6912 00 83

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

 

6912 00 85

Fuħħar jew fajjenza fina

 

6914 10 00

Tal-porċellana jew tal-kina

 

6914 90 00

Oħrajn

(14)   Oġġetti tal-kristall taċ-ċomb

ex

7009 91 00

Mingħajr gwarniċ

ex

7009 92 00

Bi gwarniċ

ex

7010 00 00

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta' ħġieġ, ta' tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta' merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotien u tipi ta' għeluq ieħor, ta' ħġieġ

 

7013 22 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 33 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 41 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 91 00

Ta' kristall taċ-ċomb

ex

7018 10 00

Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili

ex

7018 90 00

Oħrajn

ex

7020 00 80

Oħrajn

ex

9405 10 50

Tal-ħġieġ

ex

9405 20 50

Tal-ħġieġ

ex

9405 50 00

Bozoz u tagħmir (fittings) tad-dawl mhux tal-elettriku

ex

9405 91 00

Tal-ħġieġ

(15)   Oġġetti elettroniċi għall-użu domestiku b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

8414 51

Fannijiet għall-mejda, għall-art, għat-tieqa jew għas-saqaf, b'mutur tal-elettriku fihom stess li ma jitfax aktar minn 125 W

ex

8414 59 00

Oħrajn

ex

8414 60 00

Għata (hoods) b'ġenb orizzontali massimu mhux aktar minn 120 cm

ex

8415 10 00

Tipi għat-twieqi jew għall-ħajt, kollox fihom stess jew sistemi maqsumin (split system)

ex

8418 10 00

Refriġerejters-friżi kombinati, mgħammrin b'bibien ta' barra separati

ex

8418 21 00

Tip bil-kompressur

ex

8418 29 00

Oħrajn

ex

8418 30 00

Friżi tat-tip senduq, ma jesgħux aktar minn 800 litru

ex

8418 40 00

Friżi tat-tip wieqaf, li jesgħu mhux aktar minn 900 litru

ex

8419 81 00

Biex isiru xarbiet sħan jew għat-tisjir jew tisħin ta' ikel

ex

8422 11 00

Ta' tip tad-dar

ex

8423 10 00

Magni ta' użin tal-persuna, inklużi mwieżen għat-trabi; mwieżen tad-dar

ex

8443 12 00

Makkinarju ta' stampar offset, jieħu folji tal-karta, tat-tip tal-uffiċċju (li juża folji b'naħa minnhom li ma taqbiżx it-22 cm u n-naħa l-oħra ma taqbiżx is-36 cm fl-istat tagħhom meta mhux mitwija)

ex

8443 31 00

Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trasmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

ex

8443 32 00

Oħrajn, kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

ex

8443 39 00

Oħrajn

ex

8450 11 00

Magni kompletament awtomatiċi

ex

8450 12 00

Magni oħrajn, b'magna li tnixxef ċentrifuga mibnija fihom

ex

8450 19 00

Oħrajn

ex

8451 21 00

Kull waħda tesa' mhux aktar minn 10 kg ħwejjeġ xotti

ex

8452 10 00

Magni tal-ħjata ta' tip għad-dar

ex

8470 10 00

Magni li jikkalkulaw elettroniċi li jistgħu jaħdmu mingħajr sors ta' enerġija elettrika estern u magni qies tal-but b'funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data

ex

8470 21 00

Li fihom mezz għall-istampar

ex

8470 29 00

Oħrajn

ex

8470 30 00

Magni oħrajn li jikkalkulaw

ex

8471 00 00

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b'sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta' data f'għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

ex

8472 90 40

Magni għall-ipproċessar tal-kliem (word-processing)

ex

8472 90 90

Oħrajn

ex

8479 60 00

Kondizzjonaturi tal-arja evaporattivi

ex

8508 11 00

Ta' qawwa li ma taqbiżx l-1 500  W u li għandhom borża għat-trab jew kapaċità oħra ta' reċipjent li ma taqbiżx l-20 l

ex

8508 19 00

Oħrajn

ex

8508 60 00

Vacuum cleaners oħrajn

ex

8509 80 00

Għodod oħrajn

ex

8516 31 00

Nixxiefa tax-xagħar

ex

8516 50 00

Fran bil-majkrowejv

ex

8516 60 10

Kukers (li fihom għallinqas forn u hob)

ex

8516 71 00

Magni li jagħmlu kafe' jew te'

ex

8516 72 00

Towsters

ex

8516 79 00

Oħrajn

ex

8517 11 00

Settijiet tat-telefown tal-linja b'handsets mingħajr fili

ex

8517 12 00

Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer

ex

8517 18 00

Oħrajn

ex

8517 61 00

Stazzjonijiet bażi

ex

8517 62 00

Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta' vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing

ex

8517 69 00

Oħrajn

ex

8526 91 00

Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni

ex

8529 10 31

Għal riċezzjoni permezz ta' satellita

ex

8529 10 39

Oħrajn

ex

8529 10 65

Antenni ta' ġewwa għal riċevituri ta' xandir ta' radju jew televiżjoni, inklużi tipi built-in

ex

8529 10 69

Oħrajn

ex

8531 10 00

Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili

ex

8543 70 10

Magni tal-elettriku b'funzjonijiet ta' traduzzjoni jew dizzjunarju

ex

8543 70 30

Amplifikaturi tal-antenni

ex

8543 70 50

Sodod għat-tixmix, lampi għat-tixmix u tagħmir simili għat-tixmix

ex

8543 70 90

Oħrajn

 

9504 50 00

Pannelli għall-kontroll (consoles) u magni ta' logħob tal-vidjow, għajr dawk taħt titlu 9504 30

 

9504 90 80

Oħrajn

(16)   Apparat elettriku/elettroniku jew ottiku biex jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss u l-immaġni, b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

8519 00 00

Tagħmir ta' rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss

ex

8521 00 00

Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjow, li fihom jew ma fihomx tuner tal-vidjow

ex

8525 80 30

Kameras diġtali

ex

8525 80 91

Jistgħu jirreġistraw biss ħoss u immaġni meħudin b'telekamera

ex

8525 80 99

Oħrajn

ex

8527 00 00

Tagħmir ta' riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa (housing), ma tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ

ex

8528 71 00

Li mhuwiex iddiżinjat sabiex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjow

ex

8528 72 00

Oħrajn, tal-kulur

ex

9006 00 00

Kameras fotografiċi (ħlief ċinematografiċi); apparat għall-flaxx u bozoz tal-flaxx fotografiċi ħlief bozoz ta' disċarġ tal-intestatura 8539 :

ex

9007 00 00

Kameras u proġekters ċinematografiċi, b'apparat għal irrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew mingħajru

(17)   Vetturi għat-trasport ta' persuni fuq l-art, fl-ajru jew fuq il-baħar b'valur li jkun aktar minn EUR 10 000 kull wieħed, teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines, mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari, muturi b'valur li jkun aktar minn EUR 1 000 kull wieħed, kif ukoll l-aċċessorji u l-ispare parts tagħhom

ex

4011 10 00

Ta' tip użat f'vetturi bil-mutur (inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq)

ex

4011 20 00

Ta' tip użat f'karozzi tal-linja jew trakkijiet

ex

4011 30 00

Ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru

ex

4011 40 00

Ta' tip użat fuq muturi

ex

4011 90 00

Oħrajn

ex

7009 10 00

Mirja biex tara wara għal vetturi

ex

8407 00 00

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna

ex

8408 00 00

Magni li jaqbdu b'kompressjoni bil-pistuni b'kombustjoni interna (magni diżil jew semidiżil)

ex

8409 00 00

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' titlu 8407 jew 8408

ex

8411 00 00

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn ta' gass.

 

8428 60 00

Teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines; mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari

ex

8431 39 00

Partijiet u aċċessorji ta' teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines; mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari

ex

8483 00 00

Xaftijiet ta' trasmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet ħofor tal-berings u berings tax-xaft lixxi; gerijiet u settijiet ta' gerijiet; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters; volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokok ta' tarjoli; klaċċijiet u gganċjar tax-xaft (couplings) (inklużi universal joints)

ex

8511 00 00

Tagħmir tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta' tip użat għal magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (pereżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta' tip użat flimkien ma' dawn il-magni

ex

8512 20 00

Tagħmir ieħor tad-dawl jew tas-sinjalar viżwali

ex

8512 30 10

Allarmi tas-serq ta' tip użat għal vetturi bil-mutur

ex

8512 30 90

Oħrajn

ex

8512 40 00

Wajpers tal-windskrins, defrostaturi u demisters

ex

8544 30 00

Settijiet ta' sistemi ta' wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta' sistemi ta' wajers ta' tip użat f'vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti

ex

8603 00 00

Kowċijiet, vannijiet u trakkijiet li jitħarrku minnhom infushom (self-propelled) ta' ferroviji jew linji tat-tramm, ħlief dawk ta' titlu 8604

ex

8605 00 00

Kowċijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom (not self-propelled); vannijiet għall-valiġġi, kowċijiet tal-uffiċċju tal-posta u kowċijiet oħrajn b'għanijiet apposta tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom (not self-propelled) (ħlief dawk ta' titlu 8604 )

ex

8607 00 00

Partijiet ta' lokomottivi jew magni u vaguni (rolling-stock) ta' ferroviji jew linji tat-tramm

ex

8702 00 00

Vetturi bil-mutur għat-trasport għal għaxar persuni jew aktar, inkluż ix-xufier

ex

8703 00 00

Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni (ħlief dawk ta' intestatura 8702 ), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq, inklużi snowmobiles

ex

8706 00 00

Xażis armati bil-magni, għall-vetturi ta' titli 8701 sa 8705

ex

8707 00 00

Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur ta' titli 8701 sa 8705

ex

8708 00 00

Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur ta' titli 8701 sa 8705

ex

8711 00 00

Muturi (inklużi roti mutur (mopeds)) u roti mgħammrin b'mutur awżiljarju, bis-side-cars jew le; sidecars

ex

8712 00 00

Bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

ex

8714 00 00

Partijiet u aċċessorji ta' vetturi ta' titli 8711 sa 8713

ex

8716 10 00

Trejlers u semi-trejlers ta' tip karavana, għal akkomodazzjoni jew ikkampjar

ex

8716 40 00

Trejlers u semi-trejlers oħrajn

ex

8716 90 00

Partijiet

ex

8801 00 00

Blalen tal-ajru u bastimenti tal-ajru diriġibbl; glajders, hangglajders u inġenji oħrajn tal-ajru mingħajr mezz ta' enerġija (non-powered).

ex

8802 11 00

B'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

ex

8802 12 00

B'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

 

8802 20 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

ex

8802 30 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000  kg iżda mhux aktar minn 15 000  kg

ex

8802 40 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 15 000  kg

ex

8803 10 00

Skrejjen u rotors u partijiet tagħhom

ex

8803 20 00

Undercarriages u partijiet tagħhom

ex

8803 30 00

Partijiet oħrajn ta' ajruplani u ħelikopters

ex

8803 90 10

Ta' tajr (kites)

ex

8803 90 90

Oħrajn

ex

8805 10 00

Armar għal illanċjar ta' ajruplani u partijiet tiegħu armar ta' deck-arrestor u armar simili u partijiet tagħhom

ex

8901 10 00

Vapuri ta' kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet u bastimenti simili prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni; laneċ ta' kull tip

ex

8901 90 00

Bastimenti oħrajn għat-trasport ta' prodotti u bastimenti oħrajn għat-trasport kemm ta' persuni kif ukoll ta' prodotti

ex

8903 00 00

Jottijiet u bastimenti oħrajn għall-passatemp jew sports; dgħajjes tal-qdif u kenuri

(18)   Arloġġi u arloġġi tal-idejn u l-partijiet tagħhom

 

9101 00 00

Arloġġi tal-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi żgħar oħrajn, inklużi stopwatches, bil-kaxxa ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

9102 00 00

Arloġġi tal-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stopwatches, ħlief dawk ta' titlu 9101

 

9103 00 00

Arloġġi b'mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew tal-but, ħlief arloġġi ta' titlu 9104

 

9104 00 00

Arloġġi ta' pannella ta' strumenti u arloġġi ta' tip simili għal vetturi, inġenji tal-ajru, inġenji tal-ispazju, jew bastimenti

 

9105 00 00

Arloġġi oħrajn

 

9108 00 00

Mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew tal-but, kompluti u immuntati

 

9109 00 00

Mekkaniżmi ta' arloġġi, kompluti u mmuntati

 

9110 00 00

Mekkaniżmi sħaħ ta' arloġġ tal-idejn jew ta' arloġġ, mhux immuntati jew immuntati parzjalment (settijiet ta' mekkaniżmu); mekkaniżmi tal-arloġġi jew tal-arloġġi tal-idejn, immuntati; mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew ta' arloġġ mhux irfinuti:

 

9111 00 00

Kaxex ta' arloġġi tal-idejn u tal-but u partijiet tagħhom

 

9112 00 00

Kaxex ta' arloġġi u kaxex bħalhom għal prodotti oħrajn ta' dan il-kapitolu, u partijiet tagħhom

 

9113 00 00

Ċineg ta' arloġġi tal-idejn, bands ta' arloġġi tal-idejn u brazzuletti ta' arloġġi tal-idejn, u partijiet tagħhom:

 

9114 00 00

Partijiet oħrajn ta' arloġġi jew ta' arloġġi tal-idejn jew tal-but

(19)   Strumenti mużikali

 

9201 00 00

Pjanijiet, inklużi pjanijiet awtomatiċi; ċimbli u strumenti oħrajn bit-tastiera u bil-kordi

 

9202 00 00

Strumenti mużikali oħrajn tal-korda (pereżempju, kitarri, vjolini, arpi)

 

9205 00 00

Strumenti mużikali oħrajn tan-nifs (pereżempju, orgnijiet bit-tastiera u bil-pajp, akkordjins, klarinetti, trumbetti, ċirimelli), minbarra orgnijiet tal-fieri u orgnijiet mekkaniċi tat-triq

 

9206 00 00

Strumenti mużikali tal-perkussjoni (pereżempju, tnabar, ksilofoni, ċimbli, kastanjoli, marakas)

 

9207 00 00

Strumenti mużikali, li l-ħoss tagħhom huwa magħmul, jew għandu jkun amplifikat, bl-elettriku (pereżempju, orgnijiet, kitarri, akkordjins)

(20)   Xogħlijiet tal-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet

 

9700

Xogħlijiet tal-arti, biċċiet tal-kollezzjoni u antikitajiet

(21)   Oġġetti u tagħmir għall-isports, inklużi l-iskijjar, il-golf, l-għadis u sports tal-ilma

ex

4015 19 00

Oħrajn

ex

4015 90 00

Oħrajn

ex

6210 40 00

Ħwejjeġ oħrajn tal-irġiel jew tas-subien

ex

6210 50 00

Ħwejjeġ oħrajn tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 11 00

Tal-irġiel jew tas-subien

 

6211 12 00

Tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

ex

6216 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts)

 

6402 12 00

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

ex

6402 19 00

Oħrajn

 

6403 12 00

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

 

6403 19 00

Oħrajn

 

6404 11 00

Ilbies tal-isports għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnastika, żraben tat-taħriġ u bħalhom

 

6404 19 90

Oħrajn

ex

9004 90 00

Oħrajn

ex

9020 00 00

Apparat ieħor ta' respirazzjoni u askri tal-gass, ħlief maskri protettivi li la fihom partijiet mekkaniċi u lanqas filtri sostitwibbli

 

9506 11 00

Skis

 

9506 12 00

Qfil tal-iski (irbit tal-iski)

 

9506 19 00

Oħrajn

 

9506 21 00

Twavel tas-sailing

 

9506 29 00

Oħrajn

 

9506 31 00

Stikek, kompluti

 

9506 32 00

Blalen tal-golf

 

9506 39 00

Oħrajn

 

9506 40 00

Oġġetti u tagħmir għat-tabletennis

 

9506 51 00

Rakketti tat-tennis, bl-ispag jew le

 

9506 59 00

Oħrajn

 

9506 61 00

Blalen tat-tennis

 

9506 69 10

Blalen tal-cricket u tal-polo

 

9506 69 90

Oħrajn

 

9506 70

Skejz tas-silġ u skejz bir-roti, inklużi stvali tal-iskejzjar bi skejz imwaħħlin

 

9506 91

Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika jew atletika

 

9506 99 10

Tagħmir ta' cricket u polo, ħlief blalen

 

9506 99 90

Oħrajn

 

9507 00 00

Qasab tas-sajd, snanar u tagħmir ieħor tas-sajd bil-lenza; xbieki biex jittella' l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili; “għasafar” tan-nasba (ħlief dawk ta' titlu 9208 jew 9705 ) u rekwiżiti simili tal-kaċċa jew tal-isparar

(22)   Oġġetti u tagħmir għall-biljard, bowling awtomatiku, logħob tal-każinò u logħob imħaddem b'muniti jew noti bankarji

 

9504 20 00

Oġġetti u aċċessorji għal biljards ta' kull tip

 

9504 30 00

Logħob ieħor, li jaħdem bil-muniti, karti tal-flus, kards tal-bank, towkins jew metodi oħra ta' ħlas, ħlief tagħmir tal-korsija tal-brilli (bowling)

 

9504 40 00

Karti tal-logħob

 

9504 50 00

Pannelli għall-kontroll (consoles) u magni ta' logħob tal-vidjow, għajr dawk taħt titlu 9504 30

 

9504 90 80

Oħrajn


Top