This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2061
Council Regulation (EU) 2017/2061 of 13 November 2017 amending Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2061 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2061 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R2580 | Tħassir | artikolu 2 paragrafu 4 | 15/11/2017 |
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2061
tat-13 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2073 tat-13 ta' Novembru 2017 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2073 tħassar entità waħda mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(3) |
Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, il-paragrafu 4 huwa mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ara paġna 59 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi mmirati kontra xi persuni u entitajiet bil-ħsieb tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).