EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0162

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/162 tal-31 ta' Jannar 2017 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd ta' ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

C/2017/0395

ĠU L 27, 1.2.2017, p. 101–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/162/oj

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/101


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/162

tal-31 ta' Jannar 2017

li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd ta' ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (2),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (3),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (4), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament (UE) Nru 1367/2014,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (7), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 (9) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li nstadu b'mod eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti ma kinux disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2016.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li nstad b'mod eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 72/07 (10) dan it-tnaqqis għandu preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd li jeċċedi l-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat.

(7)

F'ċerti każijiet, ġew konklużi skambji ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li ppermettew li jsir tnaqqis parzjali mill-istess stokkijiet fil-qafas tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226. It-tnaqqis li jifdal għandu jitqassam fuq il-kwoti ta' stokkijiet oħrajn skont l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(8)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati dwar it-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv.

(9)

Fl-2015 Spanja qabżet il-kwota tas-sajd tagħha ta' rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni VIII u IX (SRX/89-C.) tal-ICES. Permezz ta' ittra tat-30 ta' Settembru 2016, Spanja talbet li jitqassam it-tnaqqis dovut fuq sentejn. Meta titqies l-informazzjoni li ngħatat u meta wieħed jikkunsidra li telf sinifikanti tal-kwota jirriżulta fi skart eċċessiv tal-ispeċijiet ikkonċernati, bi qbil mal-punt 3(b) tal-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, din it-talba tista' tintlaħaq.

(10)

Rigward iċ-ċiċċirella fiż-żona ġeografika tat-taqsimiet IIa, IIIa u tas-sottotaqsima IV tal-ICES, billi fl-2015 id-Danimarka qabżet il-kwoti totali tagħha fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 1, kif iddefinit fl-Anness IID tar-Regolament (UE) 2015/104 jeħtieġ li twettaq it-tnaqqis. Fl-2016 setgħu jsiru qabdiet minimi taċ-ċiċċirella f'dawn l-ilmijiet biex tiġi ssorveljata l-abbundanza taċ-ċiċċirella. Madankollu, b'dan it-tnaqqis huwa impossibbli li tinżamm is-sistema ta' sorveljanza (12) ssuġġerita mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għall-ġestjoni taċ-ċiċċirella. Għalhekk, it-tnaqqis għall-kwoti mistada żżejjed mid-Danimarka fl-2015 f'din iż-żona għandu jitwettaq miż-żona ta' ġestjoni 3 taċ-ċiċċirella.

(11)

Barra minn hekk, ċertu tnaqqis stipulat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jidher li huwa akbar mill-kwota addattata disponibbli għas-sena 2016 u, b'riżultat ta' dan, it-tnaqqis ma jistax isir kollu f'dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, l-ammonti li jifdal għandhom jitnaqqsu mill-kwoti addattati disponibbli fis-snin ta' wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 li huma stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1367/2014, (UE) 2015/2072, (UE) 2016/72 u (UE) 2016/73 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tat-twettiq tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(6)  ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 tat-18 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 16, 23.1.2016, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 tad-9 ta' Diċembru 2016 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 336, 10.12.2016, p. 28).

(10)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Expert%20Group%20Report/acom/2016/HAWG/13%20HAWG%20Report%202016%20-%20Sec%2011%20Sandeel%20in%20Division%203.a%20and%20Subarea%204.pdf.


ANNESS I

Tnaqqis mill-kwoti għall-istokkijiet alternattivi

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Il-ħatt l-art permess għall-2015 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2015 (kwantità f'kilogrammi)

Konsum tal-kwota (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis tal-2016 (Il-kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis diġà applikat fl-2016 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (6)

Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

 

DK

DGS

03 A-C.

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa

0

3 840

Ma japplikax

3 840

1,00

/

/

3 840

0

3 840

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

NEP

3 A/BCD

Skampu

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32

/

/

/

/

/

/

/

/

/

3 840

 

DK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

0

1 540

Ma japplikax

1 540

1,00

/

/

1 540

0

1 540

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

NEP

2AC4-C

Skampu

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

1 540

 

DK

NOP

04-N.

Merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

0

28 270

Ma japplikax

28 270

1,00

/

/

28 270

0

28 270

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

DK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

28 270

 

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

20 360

134 082

658,56

113 722

2,0

A

172 878

514 044

0

514 044

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

SWO

AN05N

Pixxispad

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta' 5° N

/

/

/

/

/

/

/

/

/

514 044

 

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

24 239

Ma japplikax

24 239

1,00

A

/

36 359

0

36 359

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

36 359

 

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

2 000

7 957

397,85

5 957

1,00

/

/

5 957

0

5 957

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

FR

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

5 957

 

NL

ANE

08.

Inċova

VIII

0

12 493

Ma japplikax

12 493

1,00

/

/

12 493

0

12 493

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

12 493

 

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32

0

1 575

Ma japplikax

1 575

1,00

A+C (7)

/

2 363

0

2 363

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

HKE

2AC4-C

Merluzz

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 363

 

NL

WHG

56-14

Merlangu

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV.

0

11 475

Ma japplikax

11 475

1,00

/

/

11 475

0

11 475

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

HKE

8ABDE.

Merluzz

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

/

/

/

/

/

/

/

/

/

11 475

 

PT

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

6 098

Ma japplikax

6 098

1,00

/

/

6 098

0

6 098

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

6 098

 

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

9 700

9 690

99,90

– 10

/

/

145 616

145 606

53

145 553

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

145 553


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament (UE) Nru 1221/2014, skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (UE) 2015/104 jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd żejjed li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2013, 2014 u 2015. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2015 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 19) kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 73) billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li jistgħu jitnaqqsu fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(7)  Il-fatturi ta' multiplikazzjoni addizzjonali mhumiex kumulattivi u jinħadmu darba biss.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

Tnaqqis mill-kwoti tal-istokkijiet li sar sajd eċċessiv tagħhom

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2015 (f'kilogrammi)

Il-ħatt l-art permess għall-2015 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2015 (kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' Multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis li għandu jsir fl-2016 (kwantità f'kilogrammi) (6)

Tnaqqis li diġà sar fl-2016 (kwantità f'kilogrammi) (7)

Għandu jitnaqqas fl-2017 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

(16)

BE

SOL

24-C.

Lingwata komuni

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

991 000

929 510

939 590

101,08

10 080

/

/

/

10 080

10 080

/

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72 000

70 511

69 495

98,56

– 1 016

/

/

1 097

81

81

/

BE

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

211 000

245 500

256 147

104,34

10 647

/

/

/

10 647

10 647

/

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725 000

915 262

918 243

100,33

2 981

/

/

/

2 981

2 981

/

DE

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali/Barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

186 000

349 000

350 186

100,34

1 186

/

/

/

1 186  (12)

1 186

/

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

L-Iskagerrak

3 336 000

3 223 407

3 349 360

103,91

125 923

/

(C) (8)

/

125 923

125 923

/

DK

DGS

03 A-C.

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa

0

0

3 840

Ma japplikax

3 840

1,00

/

/

3 840

3 840

/

DK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

0

0

1 540

Ma japplikax

1 540

1,00

/

/

1 540

1 540

/

DK

HER

03 A-BC

Aringi

Iż-żona IIIa

5 692 000

5 770 000

6 056 070

104,96

286 070

/

/

/

286 070

286 070

/

DK

NOP

04-N.

Merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

0

0

28 270

Ma japplikax

28 270

1,00

/

/

28 270

28 270

/

DK

SAN

234_1

Ċiċċirella

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni

125 459 000

115 924 000

130 977 950

112,99

15 053 950

1,2

/

/

18 064 740

18 064 740  (14)

/

DK

SAN

234_6

Ċiċċirella

Żona ta' ġestjoni 6 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni

206 000

219 000

228 860

104,50

9 860

/

/

/

9 860

9 860

/

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67 000

80 045

62 544

78,13

– 9 496  (9)

/

/

16 159

6 663

5 846

817

ES

ANE

08.

Inċova

VIII

22 500 000

22 923 784

24 068 471

104,99

1 144 687

/

/

/

1 144 687

1 144 687

/

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12 000

30 050

110

0,37

– 26 936  (10)

/

/

29 639

2 703

0

2 703

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

10 360

20 360

134 082

658,56

113 722

2.0

A

172 878

514 044

514 044

/

ES

COD

1/2B

Bakkaljaw

I u IIb

13 283 000

12 182 091

12 391 441

101,72

209 350

/

/

/

209 350

209 350

/

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

24 239

Ma japplikax

24 239

1,00

A

/

36 359

36 359

/

ES

RED

N3LN.

Redfish

Iż-żona 3LN tan-NAFO

/

171 440

173 836

101,40

2 396

/

/

/

2 396

2 396

/

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

9 000

6 968

7 397

106,13

(429) (11)

/

(A+C) (8)  (13)

2 759

2 759

2 759

/

ES

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

43 800

412 000

445 713

108,18

33 713

/

/

/

33 713

33 713

/

ES

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057 000

650 485

771 246

118,56

120 761

1,2

/

118 622

263 535

131 768  (15)

131 767  (15)

ES

USK

567EI.

Tusk

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

46 000

135 008

62 646

46,40

– 72 362

/

/

58 762

0

/

/

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

24 310

24 310

68 613

282,24

44 303

1,00

A

72 539

138 994

0

138 994

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

2 000

7 957

397,85

5 957

1,00

/

/

5 957

5 957

/

FR

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

5 561 000

5 760 984

5 775 607

100,25

14 623

/

/

/

14 623

14 623

/

FR

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

17 000

57 007

59 833

104,95

2 826

/

/

/

2 826

2 826

/

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602 000

591 586

689 868

116,61

98 282

1,00

/

/

98 282

98 282

/

FR

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 298 000

1 507 000

1 578 469

104,74

71 469

/

/

/

71 469

71 469

/

IE

COD

07 A.

Bakkaljaw

Fiż-żona VIIa

120 000

134 776

138 122

102,48

3 346

/

/

/

3 346

3 346

/

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048 000

946 554

1 044 694

110,37

98 140

1,00

/

/

98 140

98 140

/

NL

ANE

08.

Inċova

VIII

/

0

12 493

Ma japplikax

12 493

1,00

/

/

12 493

12 493

/

NL

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

2 800 000

1 340 520

1 348 815

100,62

8 295

/

(C) (8)

/

8 295

8 295

/

NL

HER

*25B-F

Aringi

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe)

1 104 000

1 841 160

2 230 998

121,17

389 838

1,4

/

/

545 773

522 222

23 551

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32

/

0

1 575

Ma japplikax

1 575

1,00

A+C (13)

/

2 363

2 363

/

NL

MAC

*3A4BC

Kavalli

IIIa u IVbc

490 000

1 084 500

1 090 087

100,52

5 587

/

/

/

5 587

5 587

/

NL

POK

2A34.

Pollakkju iswed

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Sottotaqsimiet 22-32

68 000

56 600

63 411

112,03

6 811

1,00

/

/

6 811

5 754

1 057

NL

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

180 000

245 300

252 765

103,04

7 465

/

/

/

7 465

7 465

/

NL

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

2 579 000

2 783 000

2 793 239

100,37

10 239

/

/

/

10 239

10 239

/

NL

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

36 711 000

55 297 456

55 584 332

100,52

286 876

/

/

/

286 876

286 876

/

NL

WHG

2AC4.

Merlangu

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

699 000

527 900

547 717

103,75

19 817

/

/

/

19 817

19 817

/

NL

WHG

56-14

Merlangu

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

/

0

11 475

Ma japplikax

11 475

1,00

/

/

11 475

11 475

/

PT

GHL

1N2AB

Il-ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

6 098

Ma japplikax

6 098

1,00

/

/

6 098

6 098

/

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

9 700

9 690

99,90

– 10

/

/

145 616

145 606

53

145 553

UK

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

11 369 000

14 828 600

14 846 189

100,12

17 589

/

(C) (8)

/

17 589

17 589

/

UK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

62 292 000

66 892 860

68 024 970

101,69

1 132 100

/

/

/

1 132 110

1 132 110

/

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

245 363 000

237 093 794

242 496 391

102,28

5 402 597

/

(A) (8)

/

5 402 597

5 402 597

/

UK

MAC

*3A4BC

Kavalli

IIIa u IVbc

490 000

620 500

626 677

101,00

6 177

/

/

/

6 177

6 177

/

UK

SAN

234_1

Ċiċċirella

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirella fl-ilmijiet tal-Unjoni

2 742 000

1 219 400

2 000 034

164,02

780 634

2,00

/

/

1 561 268

95 100

1 466 168


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skont l-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2013, 2014 u 2015. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2015 skont ir-Regolament (UE) 2015/1801 kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2404 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2016 kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 (ĠU L 336, 10.12.2016, p. 38).

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2016 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2226.

(8)  Il-fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(9)  Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 8 005 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1142 (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 9).

(10)  Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 3 004 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1142.

(11)  Il-kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqisux.

(12)  Fuq talba tal-Ġermanja, il-Kummissjoni ppermettiet ħatt l-art addizzjonali sa 10 % tal-kwota għal T/B skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(13)  Il-fatturi ta' multiplikazzjoni addizzjonali mhumiex kumulattivi u jinħadmu darba biss.

(14)  Għandu jitnaqqas minn SAN/234_3 (żona tal-ġestjoni 3 taċ-ċiċċirella).

(15)  Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 263 535 kili li jrid isir fl-2016 se jitqassam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2016 u l-2017).”


Top