This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2077
Commission Implementing Decision (EU) 2017/2077 of 10 November 2017 amending Decision 2005/50/EC on the harmonisation of the 24 GHz range radio spectrum band for the time-limited use by automotive short-range radar equipment in the Community (notified under document C(2017) 7374) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 7374) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 7374) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7374
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005D0050 | Sostituzzjoni | anness Test | 13/11/2017 |
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/75 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2077
tal-10 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2017) 7374)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE (2), kif emendata bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE (3), tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju bil-medda ta' 24 GHz għal tagħmir awtomotiv tar-radar ta' medda qasira. Dawn ir-radars jgħinu biex jiġu evitati ħabtiet bil-karozza. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2005/50/KE tal-Kummissjoni timponi fuq l-Istati Membri l-obbligi tar-rappurtar statistiku, inkluż ir-rekwiżit li jiġbru, fuq bażi annwali, id-dejta dwar l-għadd ta' vetturi mgħammra b'tagħmir radar li jużaw il-medda ta' frekwenzi tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz. |
(3) |
Filwaqt li l-obbligu biex iżommu l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 24 GHz minn tagħmir tar-radar b'medda qasira taħt skrutinju tenħtieġ li tibqa', issa jidher sproporzjonat li kull awtorità nazzjonali tintalab tipprovdi dejta statistika b'mod sistematiku fuq bażi annwali kif previst fid-Deċiżjoni 2005/50/KE. Ir-riżorsi amministrattivi nazzjonali jistgħu jintużaw aħjar jekk l-Istati Membri jipprovdu dawn ir-rapporti statistiċi biss wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob dawn ir-rapporti statistiċi fl-eventwalità, possibbli iżda improbabbli, li interferenza jew żieda qawwija fl-għadd ta' vetturi mgħammra b'radars ta' 24 GHz tiġi rrappurtata. |
(4) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/50/KE, ma kien hemm l-ebda rapport ta' interferenza dannuża minn dawk is-servizzi li huma protetti minn din id-Deċiżjoni. L-għadd ta' vetturi mgħammra b'tagħmir bir-radar ta' medda qasira li juża l-faxxa ta' frekwenza tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz baqa' ġeneralment baxx u fi kwalunkwe każ f'livell li huwa inqas sew mil-limitu ta' 7 % tal-għadd totali ta' vetturi fiċ-ċirkulazzjoni f'kull Stat Membru. Dan il-limitu huwa kkunsidrat bħala l-proporzjon kritiku li taħtu huwa preżunt li l-ebda interferenza ta' ħsara ma tista' tiġi kkawżata lil utenti oħra tal-medda ta' 24 GHz. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/50/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/50/KE hija emendata kif ġej:
|
Fl-Anness tad-Deċiżjoni, il-kliem “Id-dejta li ġejja trid tinġabar fuq bażi annwali:” jinbidel bi: “Id-dejta li ġejja għandha tinġabar fuq talba mill-Kummissjoni:” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71).