This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015H0976
Commission Recommendation (EU) 2015/976 of 19 June 2015 on the monitoring of the presence of tropane alkaloids in food (Text with EEA relevance)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/976 tad-19 ta' Ġunju 2015 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/976 tad-19 ta' Ġunju 2015 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 157, 23.6.2015, p. 97–98
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/97 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/976
tad-19 ta' Ġunju 2015
dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar l-alkalojdi tropaniċi fl-ikel u fl-għalf (1). |
(2) |
L-aktar alkalojdi tropaniċi studjati huma (-)-joxjamina u (-)-skopolamina. L-atropina hija taħlita raċemika ta' (-)-joxjamina u (+) -joxjamina li minnha l-enantjomeru (-)-joxjamina biss juri attività antikolinerġika. |
(3) |
Il-preżenza ta' alkalojdi tropaniċi fil-ġenus Datura hija magħrufa sew. Id-Datura stramonium hija mxerrda sew f'reġjuni bi klima moderata u tropikali u għal din ir-raġuni ż-żrieragħ tad-Datura stramonium instabu bħala impuritajiet fiż-żerriegħa tal-kittien, fis-sojja, fis-sorgu, fil-millieġ, fil-ġirasol u fil-qamħ Saraċin u fil-prodotti tagħhom. Iż-żrieragħ tad-Datura stramonium ma jistgħux jitneħħew faċilment mis-sorgu, mill-millieġ u mill-qamħ Saraċin bl-issortjar u bit-tindif. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar dejta dwar l-okkorrenza tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu mifhuma l-kundizzjonijiet agrikoli li fihom iseħħu l-alkalojdi tropaniċi fil-prodotti agrikoli. |
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li ssir rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, l-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel, u b'mod partikolari:
|
2. |
L-alkalojdi tropaniċi li għandhom jiġu analizzati jekk xejn għandhom ikunu l-atropina u s-skopolamina u, jekk possibbli, għandhom jiġu analizzati separatament l-enantjomeri tal-joxjamina kif ukoll alkalojdi tropaniċi oħrajn. |
3. |
Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott ikkampjunat, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (2). |
4. |
Il-metodu ta' analiżi li għandu jintuża għall-monitoraġġ preferibbilment huwa l-Kromotografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja — Spettometrija tal-Massa/(Mass Spectrometry) (HPLC-MS/(MS) jew, jekk ma jkunx possibbli l-HPLC-MS/(MS), il-Kromatografija b'fażi gassuża — Spettrometrija tal-Massa (GC-MS). Il-Limitu ta' Kwantifikazzjoni (LOQ) għall-atropina (taħlita raċemika ta' enantjomeri tal-joxjamina) u tal-iskopolamina għandu preferibbilment ikun anqas minn 5 μg/kg u mhux ogħla minn 10 μg/kg għal komoditajiet agrikoli, l-ingredjenti, supplimenti tal-ikel u tè tal-ħxejjex aromatiċi u preferibbilment għandhom ikunu inqas minn 2 μg/kg għal ikel lest (eż. ċereali tal-kolazzjon) u 1 μg/kg għal ikel b'bażi ta' ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar. |
5. |
Bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjonijiet biex jidentifikaw il-kundizzjonijiet agrikoli li jirriżultaw fil-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel, f'każ li jiġu osservati livelli sinifikanti ta' alkalojdi tropaniċi. |
6. |
Fuq bażi regolari u sa mhux aktar tard minn Ottubru 2016, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati analitiċi jiġu pprovduti lill-EFSA fil-format tal-preżentazzjoni tad-dejta tal-EFSA f'konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA “Guidance on Standard Sample Description (SSD) for Food and Feed” (3) u mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tar-rappurtar tal-EFSA. |
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA), 2013. Scientific Opinion on Tropane alkaloids in food and feed. EFSA Journal 2013;11(10):3386, 113 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3386.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/datex/datexsubmitdata.htm