This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0821
Political and Security Committee Decision EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 of 3 October 2008 concerning the appointment of the Head of Mission of the European Union Police Mission in Afghanistan (EUPOL AFGHANISTAN)
Deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà tat- 3 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
Deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà tat- 3 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
ĠU L 285, 29.10.2008, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 285/20 |
DEĊIŻJONI EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà
tat-3 ta’ Ottubru 2008
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
(2008/821/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat politiku u ta’ sigurtà, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Premezz ta’ l-ittra tiegħu ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008, il-Kap tal-Missjoni attwali informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina il-kuntratt tiegħu fit-30 ta’ Settembru 2008. |
(3) |
Is-segretarju ġenerali/rappreżentant għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Kai VITTRUP bħala Kap tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Kai VITTRUP huwa maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) mis-16 ta' Ottubru 2008.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. ROGER
(1) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.