This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0473
Commission Regulation (EC) No 473/2002 of 15 March 2002 amending Annexes I, II and VI to Council Regulation (EEC) No 2092/91 on organic production of agricultural products and indications referring thereto on agricultural products and foodstuffs, and laying down detailed rules as regards the transmission of information on the use of copper compounds
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002 tal-15 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel, u li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tat-trasmissjoni tal-informazzjoni dwar l-użu ta' komposti tar-ramm
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002 tal-15 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel, u li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tat-trasmissjoni tal-informazzjoni dwar l-użu ta' komposti tar-ramm
ĠU L 75, 16.3.2002, p. 21–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991R2092 | Emenda | anness 1 | 23/03/2002 | |
Modifies | 31991R2092 | Emenda | anness 6 | 23/03/2002 | |
Modifies | 31991R2092 | Emenda | anness 2 | 23/03/2002 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32004R0746 | Tlestija | artikolu 2 | 01/05/2004 |
Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0021 - 0024
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002 tal-15 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel, u li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tat-trasmissjoni tal-informazzjoni dwar l-użu ta' komposti tar-ramm IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/2001 [2], u partikolarment l-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 13 tiegħu, Billi: (1) Huwa meħtieġ li jkun definit b'aktar preċiżjoni il-waqt li fih jibda l-perijodu ta' konverżjoni bħala prinċipju u biex ikunu definiti l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti sabiex jirrikonoxxu b'mod retroattiv il-perijodu qabel il-bidu, bħala parti mill-perijodu tal-konverżjoni. (2) F'ċirkostanza eċċezzjonali, bħal ma jkun meta jfaqqgħu mard infettiv, kontimanazzjonijiet aċċidentali jew fenomeni naturali, dawk li jrabbu merħliet tal-annimali tal-irziezet jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jakkwistaw fornimenti ta' materjali tal-għalf ta' oriġini organika u awtorizzazzjoni jkollha tingħata, fuq bażi temporanja u b'mod limitat, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, in vista tal-materjali tal-għalf li ma jkunux joriġinaw minn biedja organika. (3) Il-Parti A ta' l-Anness II, dwar il-fertilizzanti u l-kondizzjonaturi tal-ħamrija, tipprovdi għall-possibiltà tal-użu tal-iskart mid-djar matul perijodu proviżjonali biss li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002. L-użu tal-iskart mid-djar li jkun iffermentat jilħaq il-ħtieġa reali f'ċerti Stati Membri, u dan il-prodott huwa strettament regolat f'dak li jirrigwardja l-oriġini tal-iskart, l-operat tas-sistema tal-ġbir, li għandu jkun aċċettat mill-Istat Membru, u l-kontenut massimu ta' metalli tqal, mingħajr preġudiżju għal xi ħtiġiet oħrajn għall-użu ta' prodott bħal dan fl-agrikoltura ġenerali. Dawn il-ħtiġiet jistgħu jinvolvu li jkunu kkonsidrati mill-ġdid fil-qafas taleġislazzjoni komuni ġdida dwar l-iskart mid-djar. L-awtorizzazzjoni preżenti tista għalhekk tkun imtawwla għal perijodu limitat ta' erba snin. (4) Piretojdi (deltamethrin u lambdacyhalothrin) huma użati biss mill-biedja organika bħala nasses u l-użu tagħhom għalhekk jilħaq il-kriterja ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. L-użu ta' dawn is-susustanzi kien ġie muri li jilħaq il-ħtieġa vera f'ċerti uċuħ u għandu għalhekk ikun awtorizzat għal perijodu indefinit. (5) Il-Ġermanja talbet li l-fosfat ferriku jkun inkluż f'Annes II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 hekk li jkun jista jintuża bħala molluskiċidiku fil-biedja organika. Wara li ġiet eżeminata din it-talba, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) ta' dak ir-Regolament kienu nstabu li huma sodisfaċenti. Aktar minn hekk, il-fosfat ferriku kien reċentament evalwat għall-konformità mal-kriterja tas-saħħa umana u l-ambjent permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/41/KEE tal-15 talulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/18/KE [4]. Dan il-prodott għandu għalhekk ikun miżjud ma "l-Anness II, il-Parti B." (6) Metaldehyde huwa awtorizzat għall-użu bħala molluskiċidju fil-biedja organika għal perijodu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002. Dan il-perijodu għandu jkun imtawwal għal perijodu tranżizzjonali limitat ta' 4 snin li jkun jippermetti li jinbidel, fl-Istati Membri, il-metaldehyde bħala molluskiċidju bil-ħadid (III) ortofosfat. (7) L-użu tar-ramm lejn l-għamla ta' idrossidu tar-ramm, ossikloridu tar-ramm, (tribażiku) sulfat tar-ramm u ossidu kupriku u l-użu ta' żjut minerali bħala funġiċidi huma meqjusa bħala prattiċi tal-biedja tradizzjonalment organika bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Issa jidher li dawn is-sustanzi huma, f'dan il-waqt, indispensabbli għall-koltivazzjoni ta' diversi uċuħ u li biss żieda fl-isforzi tar-riċerka tkun tagħmilha possibbli li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi xierqa fuq terminu medju jew fit-tul. Għalhekk, dawn is-sustanzi għandhom għalissa ikunu awtorizzati. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun riveduta fid-dawl ta' żviluppi ġodda u skond l-evidenza fir-rigward tal-alternattivi disponibbli. (8) L-użu tar-ramm fil-għamliet referuti hawn fuq jista jkollu konsegwenzi fit-tul minħabba l-akkumulazzjoni tiegħu fil-ħamrija, li jidher li huma inkompatibbli ma "l-għanijiet tal-biedja organika ta' biedja ambjentalment aċċettabbli. Il-kondizzjonijiet għall-użu tar-ramm għandhom għalhekk ikunu restritti bl-iffisar ta' massimu dwar l-użu kif espress f'termini ta' kilogrammi ta' ramm għal kull ettaru fis-sena. Dan il-massimu għandu jibda mill-livell ta' 8 kg ta' ramm kull ettaru, u għandu jkun imbagħad limitat wara perijodu trażizzjonali ta' erba snin għal 6 kg kull ettaru, sakemm ma jkunx muri li għal ċerti uċuħ dan il-massimu aktar baxx ma jkunx effikaċi. L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbilità li japplikaw dan il-massimu fuq il-bażi ta' medja matul perijodu ta' ħames snin. L-Istati Membri li jgħamlu użu minn din il-possibbilità għandhom jirraportaw rigward l-implementazzjoni ta' din il-miżura u dwar il-kwantitajiet effettivament użati, in vista tar-reviżjoni possibbli ta' dan ir-reġim meta jkun meħtieġ." (9) L-estenzjoni tal-perijodu tal-użu ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti b'dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizju għad-deċiżjoni meħudha rigward l-użu ta' dawn il-prodotti fl-agrikoltura ġenerali bħala parti mill-programm ta' reviżjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-Kummissjoni preżentat lill-Kunsill u lill-Parlament rapport kif hemm provediment dwaru fl-Artikolu 8(2) għal eżaminazzjoni tagħhom. Il-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan ir-regolament għandhom ikunu riveduti mingħajr dewmien jekk dan ikun meħtieġ fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-eżami ta' dan ir-rapport. (10) Permezz ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 l-ittikkettjar u r-reklamar ta' prodott jista "jirreferi biss għal metodi tal-produzzjoni organika meta l-prodott jew l-ingredjenti tiegħu li jkunu tal-oriġini agrikola, ma jkunux ġew suġġetti għal trattamenti li jinvolvu l-użu ta' sustanzi li ma humiex elenkati fis-Sezzjoni B t'L-Anness VI. B'dana kollu, l-idrossidu tas-sodju huwa elenkat f'dak l-Anness għall-użu fil-produżżjoni taż-żejt miż-żerriegħa tar-rapa (Brassica spp.) biss matul perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002. L-użu ta' din is-sostanza kien ġie muri li jilħaq il-ħtieġa vera fil-produzzjoni ta' ċerti tipi ta' żejt organiku miż-żerriegħa tar-rapa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel. Għalhekk, l-użu ta' dan il-prodott għandu jkun awtorizzat għal perijodu indefinit." (11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) No 2020/2000 [6] li kien iddeffinixxa l-kontenut t'L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u stabbilixxa l-kondizzjonijiet tal-implementazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri kienu talbu għall-inklużjoni f'L-Anness VI, il-parti Ċ, tal-karkassi; wara eżeminazzjoni kien ġie stabbilit li t-talba għall-inklużjoni tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 207/93. (12) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat referut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu emendati bi qbil ma "l-Anness ta' dan ir-Regolament." Artikolu 2 Meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplementa d-deroga li hemm provvediment dwarha fir-rigward tal-livelli massimi tal-komponenti tar-ramm f'Annes II, il-parti B, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, dan li ġej għandu jkun komunikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn: - qabel it-30 ta' Ġunju 2002, informazzjoni rigward il-miżuri meħuda fl-implementazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u biex jassiguraw il-konformità tagħha, partikolarment il-livell tal-oqsma ndividwali, - qabel il-31 ta' Diċembru 2004, rapport dwar l-implementazzjoni u r-riżultati ta' dawn il-miżuri, partikolarment il-kwantitajiet attwallment meħtieġa matul kull perijodu tal-koltivazzjoni sa minn meta tidhol fis-seħħ din id-dispożizzjoni. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa bi qbil mal-proċedura prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba "jum wara l-publikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej." B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-parti A t'L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, li kienu applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti: - għal meded tal-art li l-perijodu tal-konveżjoni tagħhom kien beda qabel il-31 ta' Diċembru 2002. - għal meded tal-art li huma parti minn pjan ta' konverżjoni, sa tul ta' żmien massimu ta' ħames snin, mifthiem mal-awtoritajiet kompetenti u li beda qabel l-1 ta' Settembru 2002; din id-deroga ma tapplikax għal meded tal-art miżjuda mal-pjan wara l-ftehim inizjali. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. [2] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 9. [3] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [4] ĠU L 55, tas-26.2.2002, p. 29. [5] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5. [6] ĠU L 241, tas-26.9.2000, p. 39. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej: 1.1. Il-Paragrafu 1 tal-parti A t'L-Anness I "Pjanti u prodotti tal-pjanti" huwa mibdul b'dan li ġej: "1.1. Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d) u stabbiliti partikolarment f'dan l-Anness għandhom normalment li kienu ġew applikati fuq il-meded tal-art matul il-perijodu tal-konverżjoni ta' mill-anqas sentejn qabel iż-żriegħ, jew, fil-każ tal-art bil-ħaxix tal-mergħa, mill-anqas sentejn qabel l-esplojtazzjoni tagħha bħala materjal tal-għalf mill-biedja organika, jew, fil-każ ta' uċuħ perenni apparti milli tal-art bil-ħaxix tal-mergħa, mill-anqas tlett snin qabel l-ewwel ħsad tal-prodotti riferuti fl-Artikolu 1(1)(a). Il-perijodu tal-konverżjoni għandu jibda l-aktar kmieni fid-data li fiha l-produttur ikun innotifika l-attività tiegħu bi qbil ma l-Artikolu 8 u jkun ippreżenta l-qasam tiegħu għas-sistema ta' spezzjoni li hemm provediment dwarha fl-Artikolu 9. 1.2. B'dana kollu, l-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni jistgħu jiddeċiedu, bi ftehim ma l-awtorità kompetenti, li tirrikonoxxi b'mod retroattiv bħala parti mill-perijodu tal-konverżjoni xi perijodu preċedenti li fih: (a) il-meded tal-art li kienu parti minn programm implementat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikola li huma kompatibbli mal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja [1] jew Kapitolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [2], jew bħala parti minn programm uffiċjali ieħor, basta li l-programmi konċernati jiggarantixxu li l-prodotti elenkati fil-partijiet A u B t'L-Anness II ma jkunux ġew użati fuq dawk il-meded tal-art; jew (b) il-meded tal-art kienu żoni naturali jew agrikoli li ma kienux ġew ittrattati bil-prodotti elenkati fil-partijiet A u B t'L-Anness II. Dan il-perijodu għandu jkun meqjus fuq bażi retro-attiva biss permezz tal-kondizzjoni li prova sodisfaċenti tkun ġiet fornuta lill-awtorità jew lill-korp tal-ispezzjoni li jippermettulha li tkun sodisfatta li l-kondizzijiet kienu milħuqa matul perijodu ta' mill-anqas tlett snin. 1.3. L-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni tista, meta approvat mill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi, f'ċerti każi, li testendi l-perijodu tal-konverżjoni lill hinn mill-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1.1 wara li jkun ingħata każ tal-medda tal-art li kienet ġiet preċedentament użata. 1.4. Fil-każ ta' meded tal-art li diġa kienu ġew konvertiti lejn jew li kienu fil-proċess ta' konverżjoni lejn il-biedja organika, u li huma trattati bi prodott mhux elenkat f'L-Anness II, l-Istat Membru jista jnaqqas it-tul tal-perijodu tal-konverżjoni għal anqas mill-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1,1 f'dawn iż-żewġ każi kif ġejjin: (a) il-meded tal-art trattati bi prodott mhux elenkati fil-parti B t'L-Anness II bħala parti minn miżuri obligatorji tal-kontroll tal-mard jew tal-pesti li huma imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-territorju tiegħu, jew f'ċerti partijiet tiegħu, għall-produzzjoni ta' uċuħ speċifiċi. (b) meded tal-art trattati bi prodott mhux elenkat fil-partijiet A jew B t'L-Anness II bħala parti minn testijiet xjentifiċi approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. F'dawn il-każi it-tul tal-perijodu tal-konverżjoni għandu jkun stabbilit billi jittieħed kont ta' dawn il-punti li ġejjin: - il-proċess tad-degradazzjoni tal-prodott konċernat tal-protezzjoni tal-pjanti għandu jiggarantixxi, li fit-tmiem tal-perijodu tal-konverżjoni, livell insinifikanti tar-residwi fil-ħamrija u, fil-każ ta' uċuħ perenni, fil-pjanti, - il-ħsad li jsegwi t-trattament ma jkunx mibjugħ b'referenza għall-metodi tal-produzzjoni organika, - l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jkun jeħtieġ trattament obligatorju." 1.2. Il-Part B "Merħliet tal-annimali u prodotti tal-merħliet minn dawn l-ispeċji li ġejjin: bovini (inklużi l-ispeċji tal-bufali u biżonti), il-porċini, l-ovini, il-kaprini, l-ekwidi, it-tjur" hija emendata kif ġej: 1.2.1.It-test tal-paragrafu 4.9 huwa mibdul b'dan li ġej:""B" deroga mill-paragrafu 4.8. meta l-produzzjoni tal-ħaxix tal-mergħa tkun mitlufa jew meta restrizzjonijiet ikunu imposti, partikolarment bħala riżultat ta' kondizzjonijiet metereoloġiċi eċċezzjonali, it-tifqigħ ta' mard infettuż, il-kontaminazzjoni b'sustanzi tossiċi, jew bħala konsegwenza ta' nirien, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għal perijodu limitat u b'relazzjoni maż-żona speċifika, persentaġġ għola ta' materjal tal-għalf konvenzjonali, meta awtorizzazzjoni bħal din tkun hekk meħtieġa. Ma "l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni għandhom japplikaw din id-deroga fuq operaturi individwali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-xulxin u lill-Kummissjoni bid-derogi li huma jkunu taw".". 1.2.2. Fil-paragrafu 7.4. il-kelma "esklussivament" hija inkluża wara l-kelma "koperazzjoni" 2. L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej: 2.1.Il-Parti A "Fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija" hija emendata kif ġej:Fit-tabella, id-data tal-iskadenza tal-"31 ta' Marzu 2002" għall-użu ta' skart mid-djar li jkun kompost jew iffermentat hija mibdula bi ."il-31 ta' Marzu 2006". 2.2. Il-Parti B "Pestiċidi" hija emendata kif ġej: 2.2.1.Fit-tabella III "Sustanzi li għandhom ikunu wzati biss f'nasses u/jew dispensaturi", ir-restrizzjoni dwar l-użu tal-piretojdi għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002 hija mħassra. 2.2.2. Fit-tabella III "Sustanzi li għandhom ikunu wżati fin-nasses u/jew dispensaturi", id-data tal-iskadenza tal"31 ta' Marzu 2002"- għall-metaldehyde hija mibdula bil-."31 ta' Marzu 2006". 2.2.3. Fit-tabella IV "Sustanzi oħrajn minn użu tradizzjonali tal-biedja organika" , id-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw ir-ramm huma mibdula b'dan li ġej: "Isem | Deskrizzjoni, ħtiġiet kompożizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu | Ramm fil-għamla ta idrossidu tar-ramm, ramm ossikloridu, (tibażiku) sulfat tar-ramm, ossidu kupriku | Funġiċidju Sal-31 ta' Diċembru 2005 sa massimu ta' 8 kg ramm kull ettaru fis-sena, u mill-1 ta' Jannar 2006 sa massimu ta' 6 kg ramm kull ettaru fis-sena, mingħajr preġudizju għal kwanitatà aktar limitata jekk stabbilita permezz tat-termini speċifiċi tal-leġislazzjoni ġenerali dwar il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fl-Istati Membri ta' fejn il-prodott sejjer ikun użat Għal uċuħ perenni, l-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-paragrafu preċedenti, jipprovdu li l-livelli massimi jkunu japplikaw kif ġej: il-kwantità totali massima użata mit-23 ta' Marzu 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 m'għandhiex teċċedi 38 kg ta' ramm kull ettarumill-1 ta' Jannar 2007, il-kwantità massima li tista tkun użata ta' kull sena fuq kull ettaru għandha tkun kalkolata bit-tnaqqis tal-kwanitajiet attwalment użati fl-erba snin preċedenti minn, rispettivament, 36, 34, 32 u 30 kg ta' ramm għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 u s-snin segwentiIl-ħtieġa rikonoxxuta mil-korp tal-ispezzjoni jew mill-awtorità tal-ispezzjoni | - il-kwantità totali massima użata mit-23 ta' Marzu 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 m'għandhiex teċċedi 38 kg ta' ramm kull ettaru - mill-1 ta' Jannar 2007, il-kwantità massima li tista tkun użata ta' kull sena fuq kull ettaru għandha tkun kalkolata bit-tnaqqis tal-kwanitajiet attwalment użati fl-erba snin preċedenti minn, rispettivament, 36, 34, 32 u 30 kg ta' ramm għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 u s-snin segwenti Il-ħtieġa rikonoxxuta mil-korp tal-ispezzjoni jew mill-awtorità tal-ispezzjoni" | 2.2.4. Fit-tabella IV "Sustanzi oħrajn mill-użu tradizzjonali tal-bieda organika", ir-restrizzjoni dwar l-użu taż-żjut minerali għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002 hija mħassra. 2.3. Tabella ġdida IIIa intestata "Preparazzjonijiet biex jinxterdu bejn ir-raddi fuq il-wiċċ bejn il-pjanti koltivati" hija miżjuda, b'dan il-kontenut li ġej: "Isem | Deskrizzjoni, ħtiġiet kompożizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu | Ħadid (III) ortofosfat | Molleskuċidju" | 3. L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej: 3.1.Sezzjoni B "Għajnuniet tal-ipproċessar u prodotti oħrajn li jistgħu jkunu wżati għall-ipproċessar tal-ingredjenti tal-oriġini agrikola minn produzzjoni organika, riferuti fl-Artikolu 5(3)(d) u fl-Artikolu 5(5a)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91"hija emendata kif ġej: "ir-restrizzjoni dwar l-użu tal-idrossidu tas-sodju għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002" hija mħassra. 3.2. Fis-Sezzjoni Ċ "Ingredjenti tal-oriġini agrikola li ma kienux ġew prodotti organikament, referuti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/92", dan li ġej huwa miżjud mal-paragrafu Ċ.3:"Casings, sa l-1 ta' April 2004 biss.". [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85. [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. --------------------------------------------------