This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0169
Decision No 1/2015 of the Joint Committee on Agriculture of 19 November 2015 concerning the amendment to Appendices 1, 2 and 4 to Annex 4 to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on trade in agricultural products [2017/169]
Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tad-19 ta' Novembru 2015 li tirrigwarda l-emenda tal-Appendiċijiet 1, 2 u 4 tal-Anness 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/169]
Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tad-19 ta' Novembru 2015 li tirrigwarda l-emenda tal-Appendiċijiet 1, 2 u 4 tal-Anness 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/169]
ĠU L 27, 1.2.2017, p. 155–168
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22002A0430(04) | Sostituzzjoni | anness 4 appendiċi 1 | 01/01/2016 | |
Modifies | 22002A0430(04) | Sostituzzjoni | anness 4 appendiċi 2 | 01/01/2016 | |
Modifies | 22002A0430(04) | Sostituzzjoni | anness 4 appendiċi 4 | 01/01/2016 |
1.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/155 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
tad-19 ta' Novembru 2015
li tirrigwarda l-emenda tal-Appendiċijiet 1, 2 u 4 tal-Anness 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/169]
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
(2) |
L-għan tal-Anness 4 huwa li jiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet fil-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra suġġetti għal miżuri tas-saħħa tal-pjanti. Dan l-stess Anness ġie ssupplimentat b'għadd ta' appendiċijiet skont l-Artikoli 1, 2 u 4 tiegħu. |
(3) |
L-appendiċijiet 1, 2 u 4 tal-Anness 4 ġew sostitwiti bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura. |
(4) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2010, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Partijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti ġew emendati f'oqsma li jaffettwaw il-Ftehim. |
(5) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Partijiet tistipula l-kundizzjonijiet li jkopru l-kontrolli tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u ta' oġġetti oħra li jidhru fil-lista stabbilita fl-Appendiċi 1, li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u li jsiru f'post li mhux il-punt tad-dħul fit-territrorju rispettiv tagħhom. Fejn jikkonċerna ż-żewġ Partijiet, il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn il-kontrolli jeħtieġ li jiġu speċifikati. |
(6) |
Għaldaqstant, l-Appendiċijiet 1, 2 u 4 tal-Anness 4 għandhom jiġu emendati. |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
L-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli għandhom jinbidlu bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
L-Appendiċi 4 tal-Anness 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Magħmul f'Bern, id-19 ta' Novembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikultura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Adrian AEBI
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Lorenzo TERZI
Is-Segretarju tal-Kumitat
Thomas MAIER
ANNESS I
APPENDIĊI 1
PJANTI, PRODOTTI TAL-PJANTI U OĠĠETTI OĦRA
A. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn kwalunkwe Parti, u li għalihom iż-żewġ Partijiet għandhom leġiżlazzjoni simili li twassal għal riżultati ekwivalenti u li jirrikonoxxu l-passaport tal-pjanti
1. Pjanti u prodotti tal-pjanti
1.1. Pjanti tal-ġeneru Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Prunus L., għajr Prunus laurocerasus L. u Prunus lusitanica L., Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L, li huma intenzjonati għat-tħawwil u li mhumiex żrieragħ
1.2. Pjanti ta' Beta vulgaris L. u Humulus lupulus L., intiżi għat-tħawwil, għajr żrieragħ
1.3. Pjanti tal-ispeċi Solanum L li jiffurmaw stolon jew tuberu jew l-ibridi tagħhom, intiżi għat-tħawwil
1.4. Pjanti ta' FortunellaSwingle, PoncirusRaf., u l-ibridi tagħhom, Casimiroa La Llave, Clausena Burm f.,Vepris Comm., ZanthoxylumL. u VitisL., għajr frott u żerriegħa
1.5. Mingħajr preġudizzju għall-punt 1.6, pjanti ta' Citrus L. u l-ibridi tagħhom, għajr frott u żrieragħ
1.6. Frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom bil-weraq u l-pedunkuli
1.7. Injam li joriġina mill-Unjoni u żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għalkollox jew parzjalment, bil-qoxra jew mingħajrha, jew li jiġi ppreżentat f'forma ta' laqx, partikuli, serratura, fdalijiet tal-injam jew ruttam
(a) |
ikun inkiseb għalkollox jew f'parti minn Platanus L., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, u |
(b) |
li jaqbel ma' waħda mid-deskrizzjonijiet, tal-Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), li jinsabu fit-Tabella iktar 'l isfel:
|
2. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra maħduma minn produtturi li l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom huma awtorizzati għal persuni professjonalment involuti fil-produzzjoni tal-pjanti, għajr dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li huma ppreparati u lesti għal bejgħ lejn il konsumatur finali, u li dwarhom il-korpi uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri jew tal-Iżvizzera jiggarantixxu li l-produzzjoni tagħhom hija separata b'mod ċar minn dawk tal-prodotti l-oħra
2.1. Pjanti intiżi għat-tħawwil (għajr żrieragħ) tal-ġeneru Abies Mill. u ta'Apium graveolens L., Argyranthemum spp., Asparagus officinalis L., Aster spp., Brassica spp., Castanea Mill., Cucumis spp., Dendranthema (DC.) Ta' Moul., Dianthus L. u l-ibridi, Exacum spp., Fragaria L., Gerbera Cass., Gypsophila L., Impatiens L. (kollha varjetajiet ta' ibridi min-New Guinea), Lactuca spp., Larix Mill., Leucanthemum L., Lupinus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait., Picea A. Dietr., Pinus L., Platanus L., Populus L., Prunus laurocerasus L., Prunus lusitanica L., Pseudotsuga Carr., Quercus L., Rubus L., Spinacia L., Tanacetum L., Tsuga Carr., Verbena L. u pjanti oħra tal-ispeċi erbaċea (għajr dawk tal-grupp Gramineae) intiżi għat-tħawwil (għajr basal, basal tal-qasab, riżomi, żrieragħ u tuberi)
2.2. Pjanti ta' Solanaceae, għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-punt 1.3 intiżi għat-tħawwil, għajr żrieragħ
2.3. Pjanti ta' Araceae, Marantaceae, Musaceae, Persea spp. u Strelitziaceae, bl-għeruq jew bil-materjal għat-tkabbir ħaġa waħda miegħu jew marbut
2.4. Pjanti ta' Palmae, intiżi għat-tħawwil, li għandhom zokk li fil-bażi tiegħu għandu dijametru ta' iktar minn 5 cm u li jagħmlu parti mill-ġeneri jew l-ispeċijiet li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth., Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.
2.5. Pjanti, żrieragħ u basal:
(a) |
Żrieragħ u basal ta' Allium ascalonicum L., Allium cepa L. u Allium schoenoprasum L. intiżi għat-tħawwil u l-pjanti ta' Allium porrum L. intiżi għat-tħawwil. |
(b) |
Żrieragħ ta' Medicago sativa L. |
(c) |
Żrieragħ ta' Helianthus annuus L., ta' Solanum lycopersicum L. u ta' Phaseolus L. |
3. Basal, basal tal-qasab, tuberi u riżomi ta' Camassia Lindl., Chionodoxa Boiss., Crocus flavus Weston ‘Golden Yellow’, Dahlia spp., Galanthus L., Galtonia candicans (Baker) Decne., kultivari żgħar u l-ibridi tagħhom tal-ġeneru Gladiolus Tourn. ex L., bħal Gladiolus callianthus Marais, Gladiolus colvillei Sweet, Gladiolus nanus hort., Gladiolus ramosus hort. u Gladiolus tubergenii hort., Hyacinthus L., Iris L., Ismene Herbert, Lilium spp., Muscari Miller, Narcissus L., Ornithogalum L., Puschkinia Adams, Scilla L. Tigridia Juss. u Tulipa L., intiżi għat-tħawwil, prodotti minn produtturi li l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom huma awtorizzati lil persuni involuti b'mod professjonali fil-produzzjoni tal-pjanti, għajr dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li huma ppreparati u mħejjija għall-bejgħ lill-konsumatur finali, u li dwarhom il-korpi uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri jew tal-Iżvizzera jiggarantixxu li l-produzzjoni tagħhom hija separata biċ-ċar minn dik ta' prodotti oħra.
B. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw barra mit-territorji tal-Partijiet, li għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti taż-żewġ Partijiet li jirrigwardaw l-importazzjoni jwasslu għal riżultati ekwivalenti u li jistgħu jkunu oġġett ta' kummerċ ta' bejniethom b'passaport tal-pjanti jekk ikunu elenkati fil-Parti A ta' dan l-Appendiċi jew b'mod ħieles jekk mhumiex elenkati fih.
1. Mingħajr preġudizzju għall-pjanti elenkati fil-parti C ta' dan l-Appendiċi, il-pjanti kollha intiżi għat-tħawwil, għajr għaż-żrieragħ, iżda inkluż iż-żrieragħ ta': Cruciferae, Gramineae u Trifolium spp., li joriġinaw mill-Arġentina, l-Awstralja, il-Bolivja, iċ-Ċile, in-New Zealand u l-Urugwaj, il-ġeneri Triticum, Secale u X Triticosecale, li joriġinaw mill-Afganistan, l-Afrika t'Isfel, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Indja, l-Iran, l-Iraq, il-Messiku, in-Nepal u l-Pakistan, ta' Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, ta' Capsicum spp., Helianthus annuus L., Solanum lycopersicum L., Medicago sativa L., Prunus L., Rubus L., Oryza spp., Zea mais L., Allium ascalonicum L., Allium cepa L., Allium porrum L., Allium schoenoprasum L. u Phaseolus L.
2. Partijiet tal-pjanti, għajr il-frott u ż-żerriegħa ta':
— |
Castanea Mill., Dendranthema (DC.) Des. Moul., Dianthus L., Gypsophila L., Pelargonium l'Herit. ex Ait, Phoenix spp., Populus L., Quercus L., Solidago L. u fjuri maqtugħa ta' Orchidaceae, |
— |
koniferi (Coniferales), |
— |
Acer saccharum Marsh., li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Kanada |
— |
Prunus L., li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej |
— |
fjuri maqtugħa ta' Aster spp., Eryngium L., Hypericum L., Lisianthus L., Rosa L. u Trachelium L., li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej |
— |
legumi mwerrqa ta' Apium graveolens L., Ocimum L., Limnophila L. u Eryngium L, |
— |
weraq ta' Manihot esculenta Crantz, |
— |
friegħi maqtugħa ta' Betula L. bil-weraq jew mingħajru |
— |
friegħi maqtugħa ta' Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr, Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., bil-weraq jew mingħajru, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, mir-Russja u mit-Tajwan |
— |
Amiris P. Browne, Casimiroa La Llave, Citropsis Swingle & Kellerman, Eremocitrus Swingle, Esenbeckia Kunth., Glycosmis Corrêa, Merrillia Swingle, Naringi Adans., Tetradium Lour., Toddalia Juss. et Zanthoxylum L. |
2.1. Partijiet ta' pjanti, għajr frott iżda bl-inklużjoni taż-żerriegħa, ta' Aegle Corrêa, Aeglopsis Swingle, Afraegle Engl, Atalantia Corrêa, Balsamocitrus Stapf, Burkillanthus Swingle, Calodendrum Thunb., Choisya Kunth, Clausena Burm. f., Limonia L., Microcitrus Swingle., Murraya J. Koenig ex L., Pamburus Swingle, Severinia Ten., Swinglea Merr., Triphasia Lour u Vepris Comm.
3. Il-frott ta':
— |
Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom, Momordica L. u Solanum melongena L. |
— |
Annona L., Cydonia Mill. Diospyros L., Malus Mill., Mangifera L., Passiflora L., Prunus L., Psidium L., Pyrus L., Ribes L. Syzygium Gaertn., et Vaccinium L., li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej |
— |
Capsicum L. |
4. Tuberi ta' Solanum tuberosum L.
5. Il-qoxra iżolata ta':
— |
koniferi (Coniferales), li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej |
— |
Acer saccharum Marsh, Populus L., u Quercus L. għajr Quercus suber L. |
— |
Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr, Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja u mit-Tajwan |
— |
Betula L., li joriġinaw mill-Kanada u mill-Istati Uniti tal-Amerika. |
6. Injam skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (2), fejn:
(a) |
l-injam ikun inkiseb għalkollox jew parzjalment minn wieħed mill-ordnijiet, ġeneri jew speċijiet kif deskritt hawn taħt, għajr materjal għall-ippakkjar tal-injam kif definit f'Anness IV, il-Parti A, it-Taqsima I, il-punt 2 tad-Direttiva 2000/29/KE:
|
(b) |
jaqbel ma' waħda mid-deskrizzjonijiet, tal-Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, li jinsabu fit-Tabella iktar 'l isfel:
|
7. Ħamrija u materjal għat-tkabbir
(a) |
Ħamrija u materjal għat-tkabbbir bħala tali, li tikkonsisti għalkollox jew f'parti minnha f'ħamrija jew sustanzi organiċi solidi bħal ma huma partijiet tal-pjanti, humus inkluż il-kompost jew il-qxur, għajr dak magħmul kollu kemm hu mill-peat. |
(b) |
Ħamrija u materjal għat-tkabbir, marbuta mal-pjanti jew assoċjati magħhom, li huma magħmula kompletament jew parzjalment mill-materjal speċifikat f'punt (a) jew li jikkonsistu parzjalment minn kwalukwe sustanza inorganika solida, maħsuba għas-sostenn tal-vitalità tal-pjanti, li joriġinaw minn:
|
8. Ċereali tal-ġeneri Triticum, Secale u X Triticosecale li joriġinaw fl-Afganistan, fl-Indja, fl-Iran, fl-Iraq, fil-Messiku, fin-Nepal, fil-Pakistan, fl-Afrika t'isfel u fl-Istati Uniti tal-Amerika.
C. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li jiġu minn kwalunkwe Parti, li għalihom il-Partijiet m'għandhomx leġiżlazzjoni simili u ma jirrikonoxxux il-passaport tal-pjanti.
1. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Iżvizzera, li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati minn Stat Membru tal-Unjoni
1.1. Pjanti maħsuba għat-tħawwil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ
mhux applikabbli
1.2. Partijiet tal-pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ
mhux applikabbli
1.3. Żrieragħ
mhux applikabbli
1.4. Frott
mhux applikabbli
1.5. Injam li żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għalkollox jew parzjalment, bil-qoxra jew mingħajrha, jew li hu ppreżentat f'forma ta' laqx, partikuli, serratura, fdalijiet tal-injam jew ruttam,
(a) |
ikun inkiseb għalkollox jew f'parti minn Platanus L., li jinkludi injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, u |
(b) |
li jaqbel ma' waħda mid-deskrizzjonijiet, tal-Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, li jinsabu fit-Tabella iktar 'l isfel:
|
2. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Membru tal-Unjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati fl-Iżvizzera
mhux applikabbli
3. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Iżvizzera u li l-importazzjoni tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni hija projbita
Pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ
mhux applikabbli
4. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Membru tal-Unjoni u li l-importazzjoni tagħhom fl-Iżvizzera hija pprojbita
Pjanti:
|
Cotoneaster Ehrh. |
|
Photinia davidiana (Dcne.) Cardot (3) |
APPENDIĊI 2
LEĠIŻLAZZJONI (4)
Dispożizzjonijiet tal-Unjoni
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta' Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/647/KEE tad-9 ta' Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/261/KEE tat-2 ta' Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tippreskrivi regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskopijiet tar-rikonoxximent ta' żoni protetti fil-Komunità |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, produtturi ta' pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti tal-pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri ddettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għas-sostituzzjoni tagħhom. |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/359/KEE tat-28 ta' Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta' injam ta' Thuja L., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/360/KEE tat-28 ta' Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta' injam ta' Thuja L., li joriġina fil-Kanada |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/365/KEE tat-2 ta' Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta' injam ta' koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam ittrattat bis-sħana |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/422/KEE tat-22 ta' Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta' injam ta' koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/423/KEE tat-22 ta' Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta' injam ta' koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta' Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta' dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f'reġistru uffiċjali |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta' Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta' dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqilqu fi ħdan dik iż-żona protetta |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta' Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta' ċirku tal-patata |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta' Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta' interċettazzjoni ta' kunsinna jew organiżmu li jikkawża ħsara minn pajjiż terz u li jkun ta' periklu fitosanitarju imminenti |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE tal-15 ta' April 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, f'postijiet ta' spezzjoni għajr dawk li jkun hemm fil-post tad-destinazzjoni, ta' pjanti, ta' prodotti tal-pjanti jew ta' oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/109/KE tat-2 ta' Frar 1998 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta' emerġenza kontra t-tixtrid tat-Thrips palmi Karny rigward it-Tajlandja |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta' Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji provviżorji ta' emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov. |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/499/KE tas-26 ta' Ġunju 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta' Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b'mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fir-Repubblika tal-Korea |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta' Novembru 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta' Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b'mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fil-Ġappun |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/200/KE tas-27 ta' Frar 2004 fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità tal-virus Pepino mosaic |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li m'huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli |
— |
Regoli ta' implimentazzjoni: meta l-punt tad-dħul tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Appendiċi 1 li jkunu ġejjin minn pajjiżi li jinsabu fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet, iżda l-punt tad-destinazzjoni jinsab fit-territorju tal-Parti l-oħra, il-kontrolli tad-dokumenti, tal-identità u tas-saħħa tal-pjanti għandhom isiru fil-punt tad-dħul jekk ma jkunx hemm xi ftehim speċifiku bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-punt tad-dħul u l-punt tad-destinazzjoni. Jekk ikun hemm ftehim speċifiku bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-punt tad-dħul u l-punt tad-destinazzjoni, dan irid ikun bil-miktub. |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/105/KE tal-15 ta' Ottubru 2004 li tiddetermina l-mudelli ta' ċertifikati fitosanitarji uffiċjali jew ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni li jakkumpanjaw il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra minn pajjiżi terzi u mniżżla fid-Direttiva 2000/29/KE |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/416/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-miżuri temporanji tal-emerġenza fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil |
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta' Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/359/KE tad-29 ta' April 2005 li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' zkuk tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra magħhom, li joriġinaw mill-Istati Uniti |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta' Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta' pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/91/KEE tas-7 ta' Novembru 2006 dwar il-kontroll tal-miskta ta' San José |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE tal-25 ta' Mejju 2007 dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta' nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/433/KE tat-18 ta' Ġunju 2007 dwar miżuri ta' emerġenza proviżorji għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Gibberella circinata Nirenberg & O'Donnell |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/778/UE tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2011 li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jipprevedu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/787/UE tad-29 ta' Novembru 2011 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta' emerġenza kontra t-tixtrid tal-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al fir-rigward tal-Eġittu |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE tal-1 ta' Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) fl-Unjoni. |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/219/UE tal-24 ta' April 2012 li tirrikonoxxi s-Serbia bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman et Kotthoff) Davis et al. |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE tas-16 ta' Mejju 2012 fir-rigward ta' miżuri ta' emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l- Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE tat-8 ta' Novembru 2012 dwar miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni tal-ġeneru Pomacea (Perry) (2012/697/UE) |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/756/UE tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni ta' Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu et Goto |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE tat-18 ta' Frar 2013 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/413/UE tat-30 ta' Lulju 2013 li tawtorizza lill-Istati Membri li tipprevedi għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/754/UE tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-Guignardia citricarpa Kiely fl-Unjoni (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), fir-rigward tal-Afrika t'Isfel |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/780/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/782/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar ir-rekwiżit taċ-ċertifikat fitosanitarju fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in t Veld sp. Novembru għall-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika |
— |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/63/UE tas-6 ta' Frar 2014 dwar miżuri ta' kontroll tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte f'żoni tal-Unjoni fejn il-preżenza tiegħu hija kkonfermata |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/422/UE tat-2 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi l-miżuri rigward ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Afrika t'Isfel li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fl-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/924/UE tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2014 li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.), li joriġina mill-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 tal-4 ta' Frar 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ue) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal- Xylella fastidiosa (Wells et al.) |
Id-Dispożizzjonijiet tal-Iżvizzera
— |
L-Ordinanza tas-27 ta' Ottubru 2010 dwar il-protezzjoni tal-pjanti (RS 916.20) |
— |
L-Ordinanza tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-15 ta' April 2002 dwar il-pjanti projbiti (RS 916.205.1) |
— |
L-Ordinanza tal-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura tat-13 ta' Marzu 2015 dwar miżuri għas-saħħa tal-pjanti temporanji (RS 916.202.1) |
— |
L-Ordinanza tal-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura tal-24 ta' Marzu 2015 li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' ċertu frott u ħaxix li joriġina mill-India. (RS 916.207.142.3) |
— |
Id-Deċiżjoni ta' ambitu ġenerali tal-Uffiċċju Federali għall-Ambjent tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Istandard NIMP 15 għall-importazzjonijiet ta' oġġetti minn pajjiżi terzi f'imballaġġi tal-injam (fosc.ch 130 244) |
— |
Id-Deċiżjoni ta' ambitu ġenerali tad-9 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul u t-tixrid tal-ġeneru Pomacea (Perry) (FF 2013 5917) |
— |
Id-Deċiżjoni ta' ambitu ġenerali tad-9 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul u t-tixrid tal-ġeneru Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto (FF 2013 5911) |
— |
Id-Deċiżjoni ta' ambitu ġenerali tal-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura tas-16 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-miżuri fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Afrika t'Isfel li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fl-Unjoni tal-Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (FF 2015 2596) |
— |
Id-Direttiva Nru 1 tal-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura tal-1 ta' Jannnar tal-2012 lis-servizzi u l-organizzazzjonijiet għas-saħħa tal-pjanti kantonali responsabbli mill-monitoraġġ u l-kontroll tan-nematodu forma ta' ċisti tal-patata (Globodera rostochiensis u Globodera pallida) |
— |
Manwal tal-Uffiċċju Federali għall-Ambjent tat-30 ta' Marzu 2015 dwar il-ġestjoni tan-nematodu tal-injam tal-arżnu (Bursaphelenchus xylophilus) |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura tal-istatistika u t-Tariffa Komuni Doganali (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(3) B'deroga mill-Punt 4, id-dħul u t-tranżitu ta' dawn il-pjanti mit-territorju Żvizzeru huma awtorizzati iżda t-tqegħid fis-suq, il-produzzjoni u t-tkabbir ta' dawn il-pjanti huma projbiti fl-Iżvizzera.
(4) Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull referenza għal att, għandha tfisser dak l-att kif emendat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015.
ANNESS II
“APPENDIĊI 4 (1)
ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 U REKWIŻITI SPEĊJALI RELATATI MAGĦHOM
Iż-żoni msemmija fl-Artikolu 4 u r-rekwiżiti speċjali relatati magħhom li għandu jkun hemm konformità magħhom miż-żewġ Partijiet huma definiti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi rispettivi taż-żewġ Partijiet, li jidhru hawn taħt.
Dispożizzjonijiet tal-Unjoni
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità |
Id-Dispożizzjonijiet tal-Iżvizzera
— |
L-Ordinanza tas-27 ta' Ottubru 2010 dwar il-protezzjoni tal-pjanti, Anness 12 (RS 916.20) |