This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0756
Regulation (EU) No 756/2014 of the European Central Bank of 8 July 2014 amending Regulation (EU) No 1072/2013 (ECB/2013/34) concerning statistics on interest rates applied by monetary financial institutions (ECB/2014/30)
Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30)
Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30)
ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/14 |
REGOLAMENT (UE) Nru 756/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta' Lulju 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji
(BĊE/2014/30)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (2) daħal fis-seħħ fis-27 ta' Novembru 2013 u ser japplika għar-rapportar ta' dejta dwar ir-rata tal-imgħax ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) sa mill-1 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) jeħtieġ ir-rapportar separat ta' dejta relatata mal-volumi ta' negozju ġdid ta' self innegozjat mill-ġdid u, b'mod parallel, il-paragrafu 4 tal-Parti 13 tal-Anness II għal-Linja Gwida BĊE/2014/15 (3) jeħtieġ ukoll il-forniment ta' dejta dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għal self innegozjat mill-ġdid. |
(3) |
Huwa neċessarju li l-kamp ta' applikazzjoni ta' self innegozjat mill-ġdid fir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) jiġi allinjat mal-Linja Gwida BĊE/2014/15, sabiex b'hekk tiġi żgurata r-reġistrazzjoni xierqa ta' negozjati mill-ġdid ta' self li jseħħu fi ħdan il-perjodu ta' rapportar li matulu jkun ingħata s-self kif ukoll ir-rapportar preċiż ta' volumi ta' negozju ġdid ta' self innegozjat mill-ġdid fil-każ ta' self li jkun għadu ma nġibidx totalment, jiġifieri self meħud biċċa biċċa, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda
Fit-Taqsima VI tal-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-punt 22 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
“22. |
Għar-rapportar separat ta' volumi ġodda ta' negozju ta' self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-istatistika tar-rati tal-imgħax ta' IFM, self innegozjat mill-ġdid jinkludi kull self ġdid għan-negozju, minbarra self li jiġġedded u overdrafts u dejn tal-karta tal-kreditu, li jkunu ngħataw iżda jkunu għadhom ma tħallsux lura fil-mument meta jiġu nnegozjati mill-ġdid.” |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Volum 03, p. 23-34).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).
(3) Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (adottata fl-4 ta' April 2014 u disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu). Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.