Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0035

Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/12/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/35/oj

32003L0035



Official Journal L 156 , 25/06/2003 P. 0017 - 0025


Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill

tas-26 ta’ Mejju 2003

li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li aġixxew skond il-poċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fil-15 ta’ Jannar 2003,

Billi:

(1) Il-leġislazzjoni Komunitarja fil-kamp ta’ l-ambjent timmira li tikkontribwixxi għalbiex tippriserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent u tipproteġi s-saħħa pubblika.

(2) Il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja tikludi disposizzjonijiet lill-awtoritajiet pubbliċi u lil korpi oħra sabiex jieħdu deċiżjonijiet li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent kif ukoll dwar is-saħħa u l-ġid personali.

(3) Il-parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jagħmel id-deċiżjoni li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b’hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tal-għemil tad-deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-konoxxenza tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għa-deċiżjonijiet meħuda.

(4) Il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippomwovu l-protezzjoni ambjentali, għandha għalhekk tiġi inkoraġġita, inkluża, fost ħwejjeġ oħra, l-edukazzjoni tal-pubbliku li tippromwovi l-ambjent.

(5) Fil-25 ta’ Ġunju 1998 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tan-NU/ECE dwar l-Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tiswir tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Materji Ambjentali ("il-Konvenzjoni ta’ Aarhus"). Il-liġijiet Komunitarji għandhom ikunu allineati kif jixraq mal-Konvenzjoni bil-ħsieb tar-ratifika tagħha mill-Komunità.

(6) Fost il-miri tal-Konvenzjoni ta’ Århus hemm ix-xewqa li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil tad-deċiżjonijiet f’materji ambjentali sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-għixien f’ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-ġid personali.

(7) L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I ta’ magħha u dwar l-attivitajiet mhux elenkati hekk li jista’ jkolljom effett sinifikani fuq l-ambjent.

(8) L-Artikolu 7 tal Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirrigwardaw il-pjani u l-programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.

(9) L-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex jisfidaw il-legalità sostaniva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku ta’ l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

(10) Għandha ssir disposizzjoni rigward ċerti Direttivi fil-qasam ta’ l-ambjent li teħtieġ lill-Istati Membri li jipproduċu pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent imma li ma jkunx fihom disposizzjonijiet biżżejjed dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku konsistenti mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod parikolari l-Artikolu 7 tagħha. Il-leġislazzjoni l-oħra rilevanti Komunitarja diġà tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tħejjija tal-pjani u tal-programmi u, għall-ġejjieni, il-ħtiġiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku f’linja mal-Konvenzjoni ta’ Århus iridu jiġu inkorporati fil-leġislazzjoni rilevanti mill-bidu.

(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent [5], u d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż [6] għandom jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li huma kompatibbli fis-sħiħ mal-konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari l-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(2) u (4) tagħha.

(12) Ġaladarba l-mira ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri għalbiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li jinħolqu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista’, għar-raġuni ta’ l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar ’il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-mira

Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari billi:

(a) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent;

(b) ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tipprovdi disposizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja ġewwa d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE.

Artikolu 2

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi

1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, "il-pubbliku" għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rivista tal-pjani jew tal-programmi meħtieġa li jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I.

Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) il-pubbliku jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma huma l-medja elettronika meta disponibbli, dwar kull proposta għal dawn il-pjani jew programmi jew għall-modifika jew ir-rivista u li t-tagħrif rilevanti dwar dawn il-proposti jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku inkluż fost ħwejjeġ oħra t-tagħrif dwar id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet;

(b) il-pubbliku huwa initolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa qabel ma jsiru d-deċiżjonijiet dwar il-pjani jew il-programmi;

(ċ) fit-tfassil ta’ dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluż tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku intitolat li jipparteċipa għall-għanijiet tal-paragrafu 2, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jiltaqgħu ma’ ħtiġiet imposti skond il-liġijiet nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent,

L-arranġamenti ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri hekk illi jgħinu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv.

Għandhom jiġu pprovvduti kwadri taż-żmien raġjonevoli li jippermettu żmien biżżejjed għal kull wieħed mill-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa minn dan l-Artikolu.

4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddisinjati bil-għan waħdieni li jaqdu d-difiża nazzjonali jew meħuda fil-każ ta’ emerġenzi ċivili.

5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddikjarati fl-Anness I li għalihom il-proċedura ta’ parteċipazzjoni mill-pubbliku titwettaq taħt id-Direttiva2002/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi dwar l-ambjent [7] jew taħt id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-kamp tal-politika dwar l-ilma [8].

Artikolu 3

L-emenda għad-Direttiva 85/337/KEE

Id-Direttiva 85/337/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

""il-pubbliku" : ifisser: persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

"il-pubbliku interessat" : ifisser: il-pubbliku affettwat jew x’altarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;"

2. fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq il-bażi ta’ każ b’każ jekk hekk ipprovvdut taħt il-liġijiet nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li jaqdu l-għanijiet tad-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li din l-applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawn il-għanijiet.";

3. fl- l-Artikolu 2(3), il- punti (a) u (b) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"(a) jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata;

(b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku interessat it-tagħrif miksub taħt għamla jew oħra ta’ l-istima riferita fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħti.";

4. fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula bil-paragrafi li ġejjin:

"2. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista’ jiġi pprovvdut b’mod raġjonevoli:

(a) fuq it-talba għall-kunsens dwar l-iżvilupp;

(b) il-fatt illi l-proġett huwa bla ħsara għal proċedura ta’ l-istima ta’ l-impatt ambjentali u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

(ċ) id-dettalji ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista’ jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistioqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5;

(f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-posijiet meta u li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g) id-dettalji ta’ l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:

(a) kull tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5;

(b) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku interessat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(ċ) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/4/KE tal-Parlamewnt Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [9], it-tagħrif għajr dak riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4. Il-pubbliku interessat għandu jingħata opportunitajiet minn kmienu u effettivi għalbiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens fl-iżvilupp.

5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f’ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b’sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

6. Għandhom jiġu pprovvduti kwdari raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku interessat iħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu."

5. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"1. Meta Stat Membru isir ikun jaf illi proġett x’aktarx li jkun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x’aktarx ikun sejjer jiġi affettwat sinifikatament jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra, bi:

(a) deskrizjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt possibbli tiegħu meta dan jaqsam il-fruntieri;

(b) tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista’ tittieħed,

u għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġjonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2), u jista’ jinkludi t-tagħrif riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2. Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skond il-paragrafu 1 jindika illi jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 6(20 u li jagħmel disponibbli skond l-Artikolu 6(3)(a) u (b)."

(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri interessati u għandhom ikunu hekk li jgħinu lill-pubbiku interessat fit-territorju ta’ l-Istat membru affettwat li jipparteċipa b’mod effettiv fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) għall-proġett."

6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu konċessi jew irrifjutati kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku bihom skond il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

- il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kondizzjoni mehmuża magħha,

- wara li jkunu eżaminaw it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interesst, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet lifuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku,

- deskrizzjoni, fejn meħtieġa, tal-miżuri ewliena sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi maġġuri."

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skond l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tagħhom.";

7. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 10a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:

(a) li jkollhom interess biżżejjed, jew alternattivament,

(b) li jżommu l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,

ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafi (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-orgnizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jintgħamel tagħif prattiku disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduiri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.";

8. fl-Anness I, għandu jiżdied l-punt li ġej:

"22. Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta din il-bidla jew estensjoni fihom infushom jilħqu l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati f’dan l-Anness.";

9. fl-Anness II, Nru 13, l-ewwel inċiż, għandu jiżdied dan li ġej fit-tarf:

"(bidla jew estensjoni mhux inklużi fl-Anness I)".

Artikolu 4

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Id-Direttiva 96/61/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu 10(b):

"Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I.";

(b) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"13. "il-pubbliku" għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

14. "il-pubbliku interessat" għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;"

2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

"- l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant."

3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal:

- il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda,

- il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni,

- l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13.

Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u

(b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.";

4. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 13a

L-aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:

(a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament,

(b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni;

ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.";

5. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti."

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.";

6. għandu jiżdied l-Anness V, kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Ir-Rappurtaġġ u r-rivista

Sal-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva. Bil-ħsieb li jżid il-ħtiġiet ta’ l-integrazzjoni tal-protezzjoni ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, u filwaqt li jqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, jekk approprjat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva għall-pjani u l-programmi l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.

Artikolu 6

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 123.

[2] ĠU C 221, tas-7.8.2001, p. 65

[3] ĠU C 357, ta’ l-14.12.2001, p. 58.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2001 (ĠU C 112, tad-9.5.2002, p. 125), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2002 (ĠU C 170 E, tas-16.7.2002, p. 22) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Jannar 1998 u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2003.

[5] ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, ta’ l-14.3.1997, p. 5).

[6] ĠU L 257, tal-10.10.1996, p. 26.

[7] ĠU L 197, tal-21.07.01, p. 30.

[8] ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 1).

[9] ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 26.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2

(a) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulhu 1975 dwar l-iskart [1].

(b) L-Artikolu 6 tad-Diretiva tl-Kunill 91/157/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi [2]

(ċ) L-Artikolu 5(1) tad-Direttuiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tirrigwarda l-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli [3].

(d) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż [4].

(e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-pakkeġġjar u l-iskart mill-pakkeġġjar [5].

(f) L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja ta' mad-dwar [6].

[1] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32).

[2] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1).

[3] ĠU L 375, tal-31.12.1991 p.1.

[4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p.20. Direttiva kifd l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p.28)

[5] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

[6] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fid-Direttiva 96/61/KE, għandu jiżdied l-Anness li ġej:

"

L-ANNESS

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet

1. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif dan it-tagħrif ikun jista' jiġi pprovvdut b'mod raġjonevoli:

(a) l-applikazzjoni għal permess jew, skond kif ikun il-każ, il-proposta għall-aġġornament ta' permess jew tal-kondizzjonijiet ta' permes skond l-Arikolu 1(1), inkluża d-deskrizzjoni ta' l-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1);

(b) meta japplika, il-fatt illi deċiżjoni hija bla ħsara għal stima ta' l-impatt ambjentali nazzjonali jew li jaqsam il-fruntieri jew għal konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 17;

(ċ) id-dettalji ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) meta japplikaw, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' proposta sabiex jiġu aġġornati permess jew il-kondizzjonijiet ta' permess;

(f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-postijiet meta, u li permezz tagħhom. it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g) id-dettalji ta' l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-punt 5.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri approprjati taż-żmien, dan li jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:

(a) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri maħruġa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku interessat jiġi mgħarraf skond il-punt 1;

(b) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [1], it-tagħrif għajr dak riferit fil-punt 1 li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-punt 1.

3. Il-pubbliku interessat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni.

4. Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet miżmuma skond dan l-Anness iridu jitqiesu kif mistħoqq fit-teħid ta' deċiżjoni.

5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f'ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b'sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku u l-pubbliku interessat jiġu mgħarrfa sabiex iħejju ruħhom u jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

"

[1] ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 26.

--------------------------------------------------

Top