EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0005
Case F-5/10: Action brought on 19 January 2010 — Nicole Clarke v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs)
Kawża F-5/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Jannar 2010 — Clarke vs UASI
Kawża F-5/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Jannar 2010 — Clarke vs UASI
ĠU C 63, 13.3.2010, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/54 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Clarke vs UASI
(Kawża F-5/10)
2010/C 63/96
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nicole Clarke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, dikjarazzjoni tal-annullament tal-klawżola tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti li tipprevedi t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol fil-każ li r-rikorrenti ma tintgħażilx f’kompetizzjoni esterna intiża għal xogħol mal-UASI, u min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet UASI/AD/01/07, UASI/AD/02/07, UASI/AST/01/07 u UASI/AST/02/02, m’għandhomx effett fuq il-kuntratt tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI inklużi fl-ittra tat-12 ta’ Marzu 2009, li permezz tagħhom ġie mitmum il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti b’applikazzjoni tat-terminu ta’ avviż minn qabel ta’ 8 xhur, li jibda jiddekorri mis-16 ta’ Marzu 2009, u jiddikjara t-tkomplija tal-kuntratt ta’ xogħol, mhux xolt, bejn ir-rikorrenti u l-UASI. Sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis neċessarju, ir-rikorrenti titlob ukoll l-annullament tal-atti l-oħra tal-UASI, li r-rikorrenti tqis mhux awtonomi, tat-3 ta’ Awwissu 2009 (sospensjoni tat-terminu ta’ avviż minn qabel għal tliet xhur) u tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ilment miċħud). |
— |
jannulla jew jiddikjara l-annullament tal-klawżola ta’ xoljiment fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti mal-UASI; u, sussidjarjament, jiddikjara li, anki fil-futur, it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti ma tistax tkun ibbażata fuq klawżola ta’ xoljiment f’tali kuntratt; jiddikjara, b’mod iktar sussidjarju, li fi kwalunkwe każ il-kompetizzjonijiet imsemmija fl-ittra tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2009 ma setgħux ikollhom effetti negattivi li jirriżultaw mill-klawżola ta’ xoljiment. |
— |
jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti, b’ammont xieraq stabbilit mill-qorti, għad-dannu morali u immaterjali subit minnha minħabba d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tar-rikors. |
— |
Fil-każ li tiġi mitmuma l-attività konkretament imwettqa mir-rikorrenti fil-mument li tingħata d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u/jew jintemm il-pagament ta’ ħlas dovut mill-UASI lir-rikorrenti, minkejja li jkun hemm kuntratt ta’ xogħol, minħabba l-aġir illegali tal-UASI:
|
— |
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |