EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0033

Kawża T-33/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Zenab vs Il-Kummssjoni ( Sostenn finanzjarju Komunitarju — Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għat-tqassim u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) — Sejħa għal proposti — Ċaħda tal-proposta — Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aċċess għad-dokumenti — Rikors għal annullament u għad-danni )

OJ C 205, 29.8.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Zenab vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-33/06) (1)

(“Sostenn finanzjarju Komunitarju - Programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp, għat-tqassim u għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) - Sejħa għal proposti - Ċaħda tal-proposta - Delegazzjoni illegali allegata ta’ kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aċċess għad-dokumenti - Rikors għal annullament u għad-danni”)

2009/C 205/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zenab SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Wndey u P. De Bandt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 648599 tad-9 ta’ Novembru 2005, u, fit-tieni lok, konstatazzjoni tar-reponsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea u l-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 37 807 bħala danni għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti, l-ammont tad-danni morali minħabba l-ħsara għar-reputazzjoni u l-ammont tad-danni materjali minħabba d-dewmin fl-eżekuzzjoni tal-proġett EuroVOD kif ukoll il-ħatra ta’ espert sabiex jiġu evalwati dawn id-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Zenab SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 74, 25.3.2006.


Top