EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1983

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1983 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni

C/2019/8646

OJ L 308, 29.11.2019, p. 82–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1983/oj

29.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/82


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1983

tat-28 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2) jistabbilixxi r-regoli, fost l-oħrajn, għar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni mhux mitluba bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għall-iskejjel li nnotifikaw ir-rieda tagħhom li jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom. L-ammont tal-allokazzjoni indikattiva li jista’ jiġi riallokat lil Stat Membru ieħor irid ikun ibbażat fuq il-livell ta’ użu tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni fis-sena skolastika preċedenti minn dak l-Istat Membru. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba skont l-iskema għall-iskejjel, ir-regoli għall-kalkolu tal-ammonti tal-allokazzjoni indikattiva li jridu jiġu riallokati jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar. Sabiex tiġi pprovduta l-aktar bażi aġġornata għar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri li saru sal-31 ta’ Diċembru jenħtieġ li jitqiesu għall-kalkolu.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ammont tal-allokazzjoni indikattiva li jista’ jiġi riallokat lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq il-livell ta’ użu tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni fis-sena skolastika ta’ qabel għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel rispettivament minn dak l-Istat Membru. Filwaqt li jitqiesu d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mibgħuta lill-Kummissjoni dwar in-nefqa li tkun saret sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sottomissjoni tat-talba għal għajnuna tal-Unjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (*1), l-ammont tal-allokazzjoni definittiva għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

meta l-użu tal-allokazzjoni definittiva jkun ta’ 50 % jew inqas, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni addizzjonali;

(b)

meta l-użu tal-allokazzjoni definittiva jaqbeż il-50 % iżda jkun ta’ 75 % jew inqas, l-allokazzjoni addizzjonali massima għandha tkun limitata għal 50 % tal-allokazzjoni indikattiva;

(c)

meta l-użu tal-allokazzjoni definittiva jaqbeż il-75 %, l-allokazzjoni addizzjonali massima ma għandhiex tkun limitata.

Il-kalkolu deskritt fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema għall-iskejjel jew għal wieħed mill-komponenti tagħha matul l-ewwel sentejn ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).


Top