Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1354

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1354 tal-20 ta' Lulju 2017 li jispeċifika kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/5058

ĠU L 190, 21.7.2017, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1354/oj

21.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1354

tal-20 ta' Lulju 2017

li jispeċifika kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(10) u 45(2), tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE jistipula li f'każijiet ta' restrizzjonijiet ta' tqiegħed fis-servizz jew ta' rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu, l-informazzjoni disponibbli fuq l-imballaġġ għandha tippermetti l-identifikazzjoni tal-Istati Membri jew iż-żona ġeografika fi Stat Membru fejn hemm restrizzjonijiet ta' tqegħid fis-servizz jew ta' rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu. Din l-informazzjoni għandha tiġi kompluta fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju.

(2)

Skont l-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw kif għandha tiġi ppreżentata l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 10(10).

(3)

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva Nru 2014/53/UE.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Valutazzjoni tal-Konformità u s-Sorveljanza tas-Suq tat-Telekomunikazzjonijiet, stabbilit skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/53/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jispeċifika kif trid tiġi ppreżentati l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE u għandu japplika biss għal tagħmir tar-radju li huwa soġġett għal restrizzjonijiet dwar tqegħid fis-servizz jew għal rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu f'mill-inqas Stat Membru wieħed.

Artikolu 2

1.   Jekk it-tagħmir tar-radju jkun suġġett għal restrizzjonijiet dwar tqegħid fis-servizz jew għal rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu, kif previst fl-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE, l-imballaġġ tat-tagħmir tar-radju għandu jindika b'mod viżibbli u li jinqara:

(a)

pittogramma, kif stabbilit fl-Anness I; jew

(b)

il-kliem “Restrizzjonijiet jew Rekwiżiti għal”, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, segwit bit-taqsiriet tal-Istati Membri, kif preskritt fl-Anness II, fejn jeżistu tali restrizzjonijiet jew rekwiżiti.

2.   Jekk it-tagħmir tar-radju jkun suġġett għal restrizzjonijiet ta' tqiegħed fis-servizz jew ta' rekwiżiti għal awtorizzazzjoni tal-użu, kif previst fl-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE, l-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju għandhom jindikaw, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, il-lista ta' Stati Membri u żoni ġeografiċi ġewwa l-Istati Membri fejn jeżistu tali restrizzjonijiet jew rekwiżiti, kif ukoll it-tipi ta' restrizzjonijiet jew rekwiżiti applikabbli f'kull Stat Membru u f'kull żona ġeografika fi ħdan Stat Membru.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jidħol fis-seħħ mid-9 ta' Awwissu 2018.

Tagħmir tar-radju li jitqiegħed fis-suq wara t-8 ta' Awwissu 2017 u hu f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala li hu f'konformità mal-Artikolu 10(10) tad-Direttiva 2014/53/UE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.


ANNESS I

Pittogramma

1.

Il-pittogramma għandha tkun fil-forma ta' tabella.

2.

Il-pittogramma għandha tinkludi s-sinjal li ġej:

Image

3.

Il-pittogramma għandha ssemmi wkoll, taħt jew ħdejn is-sinjal indikat fil-paragrafu 2, l-abbrevjazzjonijiet tal-Istati Membri, kif preskritt fl-Anness II, fejn jeżistu kwalunkwe restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz jew kwalunkwe rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-użu.

4.

Il-pittogramma u l-kontenut tagħha tista' tkun ta' varjazzjonijiet differenti (pereżempju, kulur, solida jew vojta, il-ħxuna tal-linja), sakemm dawn jibqgħu viżibbli u leġibbli.

5.

Eżempji ta' pittogramma

Image

ES

LU

RO

CZ

FR

HU

SI

DK

HR

Image

BG

EE

BE


ANNESS II

Abbrevjazzjonijiet

L-abbrevjazzjonijiet għall-Istati Membri għandhom ikunu kif ġej:

Il-Belġju (BE), il-Bulgarija (BG), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), il-Ġermanja (DE), l-Estonja (EE), l-Irlanda (IE), il-Greċja (EL), Spanja (ES), Franza (FR), il-Kroazja (HR), l-Italja (IT), Ċipru (CY), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (LU), l-Ungerija (HU), Malta (MT), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), l-Awstrija (AT), il-Polonja (PL), il-Portugall (PT), ir-Rumanija (RO), is-Slovenja (SI), is-Slovakkja (SK), il-Finlandja (FI), l-Iżvezja (SE) u r-Renju Unit (UK).


Top