This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0748
Commission Regulation (EU) No 748/2012 of 3 August 2012 laying down implementing rules for the airworthiness and environmental certification of aircraft and related products, parts and appliances, as well as for the certification of design and production organisations (recast) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/08/2023
21.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012
tat-3 ta’ Awwissu 2012
li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni
(riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 6(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Billi għandhom isiru iżjed emendi, għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni essenzjali biex jipprovdi għal livell uniformi għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u protezzjoni tal-ambjent. Huwa jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom. Huwa jistabbilixxi “Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) biex tassisti l-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-imsemmija regoli ta’ implimentazzjoni. |
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni biex jiżguraw l-airworthiness u l-kompatibilità ambjentali tal-prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dawn ir-rekwiżiti u l-proċeduri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, il-manteniment, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati relattivi. |
(4) |
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u produzzjoni tal-prodotti, partijiet u tagħmir għandhom jintalbu biex ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti tekniċi sabiex juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom biex jaqdu dmirijiethom u l-privileġġi assoċjati magħhom. Il-Kummissjoni hija mitluba tistabbilixxi miżuri biex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-ħruġ, il-manteniment, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati li jagħtu xhieda ta’ dik il-konformità. |
(5) |
Fl-istabbiliment ta’ miżuri għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti essenzjali komuni fil-qasam tal-airworthiness, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li dawn ikunu jirriflettu l-istat tal-arti u l-aqwa prattiċi, meta jkunu konsidrati l-esperjenza tal-avjazzjoni fid-dinja u l-progress xjentifiku u tekniku, filwaqt li tippermetti li jkun hemm reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta’ inċidenti serji. |
(6) |
Il-bżonn li tkun żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-airworthiness u ambjentali komuni għall-prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsegwu proċeduri komuni u, fejn ikun japplika, l-Aġenzija trid teżamina l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. L-Aġenzija għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll materjal ta’ gwida biex tiġi ffaċilitata l-uniformità regolatorja meħtieġa. |
(7) |
Huwa meħtieġ li jiġi rikonoxxut l-issoktar tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(8) |
Sabiex jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jiddaħħlu bidliet fir-rekwiżiti u fil-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni, b’mod partikulari sabiex jitfasslu r-regoli marbutin mal-wiri tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali u sabiex tiddaħħal il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jikkonforma ma’ standards li jinħarġu wara għal bidliet fiċ-ċertifikati tat-tip. |
(9) |
Il-kunċett u l-kumplessità tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja jixbhu ’l dawk tal-magni tal-inġenji tal-ajru u, xi kultant, id-disinn tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja jkun saħansitra ġej mid-disinn tal-magni. Għalhekk, jeħtieġ li jsiru bidliet fid-dispożizzjonijiet dwar it-tiswija tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja sabiex jerġa’ jkun hemm konsistenza mal-proċessi tat-tiswija tal-magni. |
(10) |
Sabiex l-inġenji tal-ajru bil-magni mhux kumplessi, l-inġenji tal-ajru ta’ rikreazzjoni u l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir relatati jiġu suġġetti għal miżuri li jkunu proporzjonati mad-disinn u mat-tip ta’ tħaddim sempliċi tagħhom, filwaqt li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jiddaħħlu bidliet fir-rekwiżiti u fil-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk l-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir relatati, kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni u, b’mod partikulari, għas-sidien ta’ inġenji tal-ajru ħfief Ewropej ta’ inqas minn 2 000 kilogramm (ELA2) u ta’ inqas minn 1 200 kilogramm (ELA1), sabiex tiddaħħal il-possibbiltà li ċerti partijiet li mhumiex kritiċi għas-sikurezza jiġu aċċettati għall-installazzjoni mingħajr il-Formola 1 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA). |
(11) |
L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u bagħtithom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 bħala l-opinjonijiet bin-numri 01/2009 dwar “Il-possibbiltà li wieħed ma jżommx mal-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà fil-każ ta’ bidla fid-disinn”, 02/2009 dwar “Bidliet fl-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew marbutin mat-tiswija u mad-disinn”, 01/2010 dwar “is-Sottoparti J DOA” u 01/2011 dwar “Il-proċess tal-ELA u ‘l-bidliet u t-tiswijiet standard’ ”. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f'konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, u jispeċifika:
(a) |
il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, ċertifikati tat-tip supplementari u tibdiliet għal dawk iċ-ċertifikati; |
(b) |
il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness, ċertifikati tal-airworthiness ristretti, permessi għat-titjir u ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat; |
(c) |
il-ħruġ ta’ approvazzjonijiet ta’ disinji ta’ tiswija; |
(d) |
it-turija tal-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent; |
(e) |
il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss; |
(f) |
l-identifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir; |
(g) |
iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet u tagħmir; |
(h) |
iċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni; |
(i) |
il-ħruġ ta’ direttivi tal-airworthiness. |
2. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“JAA” tfisser “Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Konġunti”; |
(b) |
“JAR” tfisser “Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Konġunti”; |
(c) |
“Parti 21” tfisser ir-rekwiżiti u proċeduri li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
“Parti M” tfisser ir-rekwiżiti applikabbli tal-airworthiness kontinwa adottati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008; |
(e) |
“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament; |
(f) |
“oġġett” tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili; |
(g) |
“ETSO” tfisser Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Order). L-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta’ airworthiness maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-“Aġenzija”) biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bħala standard ta’ prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi; |
(h) |
“EPA” tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti (European Part Approval). L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti ta’ oġġett tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO; |
(i) |
“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA1’ ” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:
|
(j) |
“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA2’ ” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:
|
Artikolu 2
Ċertifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir
1. Il-prodotti, partijiet u tagħmir għandu jinħarġilhom ċertifikat kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti 21).
2. B’deroga mill-punt 1, inġenji tal-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li ma jkunux reġistrati fi Stat Membru, għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet H u I tal-Anness I (il-Parti 21). Dawn għandhom ikunu eżentati wkoll mid-dispożizzjonijiet tas-Subparti P tal-Anness I (il-Parti 21) minbarra meta l-marki ta’ identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru jkunu preskritti minn Stat Membru.
Artikolu 3
Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip u ċertifikati tal-airworthiness relatati
1. Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip, jew dokument li kien jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness, maħruġ qabel it-28 ta’ Settembru 2003 minn Stat Membru, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-prodott għandu jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ skont dan ir-Regolament meta:
|
(b) |
Id-disinn ta’ inġenju tal-ajru individwali, li kien fir-reġistru ta’ Stat Membru qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandu jitqies li kien approvat skont dan ir-Regolament meta:
|
2. Rigward prodotti li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-tip mill-JAA jew Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
jekk prodott ikun taħt ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza; |
(b) |
il-punti 21.A.15(a), (b) u (c) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw; |
(c) |
b’deroga mill-punt 21.A.17(a) tal-Anness I (il-Parti 21), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni; |
(d) |
konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.20(a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21). |
3. Rigward prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ bidla li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun skont dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
jekk ikun qed jiġi eżegwit proċess ta’ approvazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza; |
(b) |
il-punt 21.A.93 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika; |
(c) |
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, mill-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-bidla; |
(d) |
konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.103(a)(2) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21). |
4. Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun iddeterminat skont dan ir-Regolament, konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.433(a) tal-Anness I (il-Parti 21).
5. Ċertifikat tal-airworthiness maħruġ minn Stat Membru li jkun jafferma l-konformità maċ-ċertifikat tat-tip determinat skont il-punt 1 għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip supplementari
1. Rigward ċertifikati tat-tip supplementari maħruġa minn Stat Membru skont il-proċeduri tal-JAA jew proċeduri nazzjonali applikabbli u rigward tibdiliet fil-prodotti propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li kienu ġew approvati minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jekk iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla, kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu skont dan ir-Regolament.
2. Rigward ċertifikati tat-tip supplementari li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri tal-JAA applikabbli għal ċertifikat tat-tip supplementari u rigward bdil maġġuri fil-prodotti, propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li għalih kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza; |
(b) |
il-punti 21.A.113 (a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw; |
(c) |
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni għal bidla maġġuri; |
(d) |
konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.115(a) tal-Anness I (il-Parti 21). |
Artikolu 5
Tħaddim kontinwu ta’ ċerti inġenji tal-ajru rreġistrati minn Stati Membri
Rigward inġenju tal-ajru li ma jistax jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ skont l-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, li jkun inħariġlu ċertifikat tal-airworthiness minn Stat Membru qabel ma r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 sar applikabbli f’dak l-Istat Membru (4), li kien fir-reġistru tiegħu f’dik id-data, u li kien għadu fir-reġistru ta’ Stat Membru fit-28 ta’ Marzu 2007, il-kombinazzjoni ta’ dan li ġej għandha titqies li tikkostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet partikolari tal-airworthiness maħruġa skont dan ir-Regolament:
(a) |
l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip għall-ħoss, jew dokumenti ekwivalenti, tal-Istat tad-disinn, bil-kundizzjoni li l-Istat tad-disinn ikun daħal fi ftehim ta’ ħidma xieraq mal-Aġenzija skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jkun ikopri l-airworthiness kontinwa tad-disinn ta’ tali inġenju tal-ajru; |
(b) |
ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, skont kif ikunu japplikaw għal dak l-inġenju tal-ajru; u |
(c) |
l-informazzjoni mandatarja dwar l-airworthiness kontinwa tal-Istat tad-disinn. |
Artikolu 6
Validità kontinwa ta’ ċertifikati ta’ partijiet u tagħmir
1. Approvazzjonijiet ta’ partijiet u tagħmir maħruġa minn Stat Membru u li kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont dan ir-Regolament.
2. Rigward partijiet u tagħmir li għalihom kien għaddej proċess ta’ awtorizzazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ awtorizzazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza; |
(b) |
il-punt 21.A.603 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika; |
(c) |
ir-rekwiżiti għad-dejta applikabbli stabbiliti fil- punt 21.A.605 tal-Anness I (il-Parti 21) għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Istat Membru rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni; |
(d) |
konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-Istat Membru rilevanti għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.606(b) tal-Anness I (il-Parti 21). |
Artikolu 7
Permess għat-titjir
Il-kundizzjonijiet determinati qabel it-28 ta’ Marzu 2007 mill-Istati Membri għall-permessi għat-titjir jew ċertifikat tal-airworthiness ieħor maħruġ għal inġenju tal-ajru li ma kellux ċertifikat tal-airworthiness jew ċertifikat tal-airworthiness ristrett maħruġ skont dan ir-Regolament, jitqiesu li jkunu ġew iddeterminati skont dan ir-Regolament, sakemm l-Aġenzija ma tkunx iddeċidiet qabel it-28 ta’ Marzu 2008 li dawn il-kundizzjonijiet ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Organizzazzjonijiet tad-disinn
1. Organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, jew mit-tibdiliet jew tiswijiet ta’ dawn, għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21).
2. B’deroga mill-punt 1, organizzazzjoni li l-post ewlieni tagħha tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, tista’ turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom din tkun qed tapplika, sakemm:
(a) |
l-Istat ikun l-Istat tad-disinn; u |
(b) |
l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat. |
3. L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Organizzazzjonijiet tal-produzzjoni
1. Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir għandha turi l-kapaċità tagħha f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21).
2. B’deroga mill-punt 1, manifattur li l-post ewlieni tiegħu tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, jista’ juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom dan ikun qed japplika, sakemm:
(a) |
l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura; u |
(b) |
l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess l-livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat. |
3. L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Miżuri meħudin mill-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli tal-konformità (minn hawn ’il quddiem imsejħin “MAK”) li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet, mill-organizzazzjonijiet u mill-persunal kompetenti biex tintwera l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.
2. Il-MAK li toħroġ l-Aġenzija la għandhom idaħħlu rekwiżiti ġodda u lanqas m’għandhom itaffu r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.
3. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, meta jintużaw il-mezzi aċċettabbli tal-konformità li toħroġ l-Aġenzija, ir-rekwiżiti relatati mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu ntlaħqu mingħajr il-bżonn li dan jintwera b’iktar affarijiet.
Artikolu 11
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(3) Ara l-Anness II.
(4) Għall-UE 15: it-28 ta’ Settembru 2003; għall-UE 10: l-1 ta’ Mejju 2004 u għall-UE 2: l-1 ta’ Jannar 2007.
ANNESS I
PARTI 21
Iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni
Kontenut
21.1 |
Ġenerali | 14 |
TAQSIMA A — |
REKWIŻITI TEKNIĊI | 14 |
SUBPARTI A – |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 14 |
21.A.1 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 14 |
21.A.2 |
Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat | 14 |
21.A.3A |
Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti | 14 |
21.A.3B |
Direttivi tal-airworthiness | 15 |
21.A.4 |
Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni | 15 |
SUBPARTI B – |
ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI | 15 |
21.A.11 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 15 |
21.A.13 |
Eliġibbiltà | 16 |
21.A.14 |
Turija tal-kapaċità | 16 |
21.A.15 |
Applikazzjoni | 16 |
21.A.16A |
Kodiċijiet tal-airworthiness | 16 |
21.A.16B |
Kundizzjonijiet speċjali | 16 |
21.A.17 |
Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip | 17 |
21.A.18 |
Għażla ta’ rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli u speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni | 17 |
21.A.19 |
Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid | 18 |
21.A.20 |
Konformità mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali | 18 |
21.A.21 |
Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip | 18 |
21.A.23 |
Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett | 18 |
21.A.31 |
Disinn tat-tip | 19 |
21.A.33 |
Spezzjoni u testijiet | 19 |
21.A.35 |
Testijiet tat-titjiriet | 19 |
21.A.41 |
Ċertifikat tat-tip | 20 |
21.A.44 |
Obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat | 20 |
21.A.47 |
Trasferibbiltà | 20 |
21.A.51 |
Perjodu u validità kontinwa | 20 |
21.A.55 |
Żamma tar-rekords | 20 |
21.A.57 |
Manwali | 21 |
21.A.61 |
Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa | 21 |
(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI) | 21 |
SUBPARTI D — |
TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI | 21 |
21.A.90A |
Kamp ta’ applikazzjoni | 21 |
21A.90B |
Tibdil standard | 21 |
21.A.91 |
Klassifikazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip | 21 |
21.A.92 |
Eliġibbiltà | 22 |
21.A.93 |
Applikazzjoni | 22 |
21.A.95 |
Tibdiliet minuri | 22 |
21.A.97 |
Tibdiliet maġġuri | 22 |
21.A.101 |
Għażla tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli | 22 |
21.A.103 |
Ħruġ tal-approvazzjoni | 23 |
21.A.105 |
Żamma tar-rekords | 24 |
21.A.107 |
Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa | 24 |
21.A.109 |
Obbligi u mmarkar tal-EPA | 24 |
SUBPARTI E – |
ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI | 24 |
21.A.111 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 24 |
21.A.112A |
Eliġibbiltà | 24 |
21.A.112B |
Turija tal-kapaċità | 24 |
21.A.113 |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari | 25 |
21.A.114 |
Turija tal-konformità | 25 |
21.A.115 |
Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplementari | 25 |
21.A.116 |
Trasferibbiltà | 25 |
21.A.117 |
Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari | 25 |
21.A.118A |
Obbligi u mmarkar tal-EPA | 26 |
21.A.118B |
Perjodu u validità kontinwa | 26 |
21.A.119 |
Manwali | 26 |
21.A.120 |
Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa | 26 |
SUBPARTI F – |
PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI | 26 |
21.A.121 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 26 |
21.A.122 |
Eliġibbiltà | 27 |
21.A.124 |
Applikazzjoni | 27 |
21.A.125A |
Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim | 27 |
21.A.125B |
Konstatazzjonijiet | 27 |
21.A.125C |
Perjodu u validità kontinwa | 28 |
21.A.126 |
Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni | 28 |
21.A.127 |
Testijiet: inġenji tal-ajru | 28 |
21.A.128 |
Testijiet: magni u skrejjen | 29 |
21.A.129 |
Obbligi tal-manifattur | 29 |
21.A.130 |
Dikjarazzjoni tal-konformità | 29 |
SUBPARTI G – |
APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI | 30 |
21.A.131 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 30 |
21.A.133 |
Eliġibbiltà | 30 |
21.A.134 |
Applikazzjoni | 30 |
21.A.135 |
Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni | 30 |
21.A.139 |
Sistema tal-Kwalità | 30 |
21.A.143 |
Espożizzjoni | 31 |
21.A.145 |
Rekwiżiti għall-approvazzjoni | 32 |
21.A.147 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata | 32 |
21.A.148 |
Tibdiliet fil-post | 33 |
21.A.149 |
Trasferibbiltà | 33 |
21.A.151 |
Termini tal-approvazzjoni | 33 |
21.A.153 |
Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni | 33 |
21.A.157 |
Investigazzjonijiet | 33 |
21.A.158 |
Konstatazzjonijiet | 33 |
21.A.159 |
Perjodu u validità kontinwa | 34 |
21.A.163 |
Privileġġi | 34 |
21.A.165 |
Obbligi tad-detentur | 34 |
SUBPARTI H — |
ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI | 35 |
21.A.171 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 35 |
21.A.172 |
Eliġibbiltà | 35 |
21.A.173 |
Klassifikazzjoni | 35 |
21.A.174 |
Applikazzjoni | 35 |
21.A.175 |
Lingwa | 36 |
21.A.177 |
Emenda jew modifika | 36 |
21.A.179 |
Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri | 36 |
21.A.180 |
Spezzjonijiet | 37 |
21.A.181 |
Perjodu u validità kontinwa | 37 |
21.A.182 |
Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru | 37 |
SUBPARTI I – |
ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS | 37 |
21.A.201 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 37 |
21.A.203 |
Eliġibbiltà | 37 |
21.A.204 |
Applikazzjoni | 37 |
21.A.207 |
Emenda jew modifika | 38 |
21.A.209 |
Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri | 38 |
21.A.210 |
Spezzjonijiet | 38 |
21.A.211 |
Perjodu u validità kontinwa | 38 |
SUBPARTI J – |
APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN | 38 |
21.A.231 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 38 |
21.A.233 |
Eliġibbiltà | 38 |
21.A.234 |
Applikazzjoni | 39 |
21.A.235 |
Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn | 39 |
21.A.239 |
Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn | 39 |
21.A.243 |
Dejta | 39 |
21.A.245 |
Rekwiżiti għall-approvazzjoni | 39 |
21.A.247 |
Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn | 40 |
21.A.249 |
Trasferibbiltà | 40 |
21.A.251 |
Termini tal-approvazzjoni | 40 |
21.A.253 |
Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni | 40 |
21.A.257 |
Investigazzjonijiet | 40 |
21.A.258 |
Konstatazzjonijiet | 40 |
21.A.259 |
Perjodu u validità kontinwa | 41 |
21.A.263 |
Privileġġi | 41 |
21.A.265 |
Obbligi tad-detentur | 42 |
SUBPARTI K – |
PARTIJIET U TAGĦMIR | 42 |
21.A.301 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 42 |
21.A.303 |
Konformità mar-rekwiżiti applikabbli | 42 |
21.A.305 |
Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir | 42 |
21.A.307 |
Rilaxx ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni | 42 |
(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI) | 43 |
SUBPARTI M — |
TISWIJIET | 43 |
21.A.431A |
Kamp ta’ applikazzjoni | 43 |
21A.431B |
Tiswijiet standard | 43 |
21.A.432A |
Eliġibbiltà | 43 |
21.A.432B |
Turija tal-kapaċità | 43 |
21.A.433 |
Disinn tat-tiswija | 44 |
21.A.435 |
Klassifikazzjoni tat-tiswijiet | 44 |
21.A.437 |
Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija | 44 |
21.A.439 |
Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija | 44 |
21.A.441 |
Tiswir tat-tiswija | 44 |
21.A.443 |
Limitazzjonijiet | 45 |
21.A.445 |
Ħsara mhux imsewwija | 45 |
21.A.447 |
Żamma tar-rekords | 45 |
21.A.449 |
Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa | 45 |
21.A.451 |
Obbligi u mmarkar tal-EPA | 45 |
(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI) | 46 |
SUBPARTI O – |
AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW | 46 |
21.A.601 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 46 |
21.A.602A |
Eliġibbiltà | 46 |
21.A.602B |
Turija tal-kapaċità | 46 |
21.A.603 |
Applikazzjoni | 46 |
21.A.604 |
Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) | 46 |
21.A.605 |
Rekwiżiti tad-dejta | 47 |
21.A.606 |
Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO | 47 |
21.A.607 |
Privileġġi tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO | 47 |
21.A.608 |
Dikjarazzjoni tad-Disinn u Prestazzjoni (DDP) | 47 |
21.A.609 |
Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO | 47 |
21.A.610 |
Approvazzjoni għal devjazzjoni | 48 |
21.A.611 |
Tibdiliet fid-disinn | 48 |
21.A.613 |
Żamma tar-rekords | 48 |
21.A.615 |
Spezzjoni mill-Aġenzija | 48 |
21.A.619 |
Perjodu u validità kontinwa | 48 |
21.A.621 |
Trasferibbiltà | 49 |
SUBPARTI P – |
PERMESS GĦAT-TITJIR | 49 |
21.A.701 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 49 |
21.A.703 |
Eliġibbiltà | 49 |
21.A.705 |
Awtorità kompetenti | 49 |
21.A.707 |
Applikazzjoni għal permess għat-titjir | 50 |
21.A.708 |
Kundizzjonijiet tat-titjir | 50 |
21.A.709 |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir | 50 |
21.A.710 |
Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir | 50 |
21.A.711 |
Ħruġ ta’ permess għat-titjir | 51 |
21.A.713 |
Tibdiliet | 51 |
21.A.715 |
Lingwa | 51 |
21.A.719 |
Trasferibbiltà | 51 |
21.A.721 |
Spezzjonijiet | 52 |
21.A.723 |
Perjodu u validità kontinwa | 52 |
21.A.725 |
Tiġdid ta’ permess għat-titjir | 52 |
21.A.727 |
Obbligi tad-detentur tal-permess għat-titjir | 52 |
21.A.729 |
Żamma tar-rekords | 52 |
SUBPARTI Q – |
IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR | 52 |
21.A.801 |
Identifikazzjoni ta’ prodotti | 52 |
21.A.803 |
Immaniġġjar tad-dejta ta’ identifikazzjoni | 53 |
21.A.804 |
Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir | 53 |
21.A.805 |
Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi | 53 |
21.A.807 |
Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO | 53 |
TAQSIMA B — |
PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI | 54 |
SUBPARTI A – |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 54 |
21.B.5 |
Kamp ta’ applikazzjoni | 54 |
21.B.20 |
Obbligi tal-awtorità kompetenti | 54 |
21.B.25 |
Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti | 54 |
21.B.30 |
Proċeduri dokumentati | 54 |
21.B.35 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri | 54 |
21.B.40 |
Riżoluzzjoni ta’ tilwim | 55 |
21.B.45 |
Rappurtar/koordinazzjoni | 55 |
21.B.55 |
Żamma tar-rekords | 55 |
21.B.60 |
Direttivi tal-airworthiness | 55 |
SUBPARTI B – |
ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI | 55 |
(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI) | 55 |
SUBPARTI D — |
TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI | 55 |
SUBPARTI E – |
ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI | 55 |
SUBPARTI F – |
PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI | 55 |
21.B.120 |
Investigazzjoni | 55 |
21.B.125 |
Konstatazzjonijiet | 56 |
21.B.130 |
Ħruġ tal-ittra ta’ ftehim | 56 |
21.B.135 |
Żamma tal-ittra ta’ ftehim | 56 |
21.B.140 |
Emenda ta’ ittra ta’ ftehim | 57 |
21.B.145 |
Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ ittra ta’ ftehim | 57 |
21.B.150 |
Żamma tar-rekords | 57 |
SUBPARTI G – |
APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI | 57 |
21.B.220 |
Investigazzjoni | 57 |
21.B.225 |
Konstatazzjonijiet | 58 |
21.B.230 |
Ħruġ ta’ ċertifikat | 58 |
21.B.235 |
Sorveljanza kontinwa | 58 |
21.B.240 |
Emenda ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni | 59 |
21.B.245 |
Sospensjoni u revoka ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni | 59 |
21.B.260 |
Żamma tar-rekords | 59 |
SUBPARTI H — |
ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI | 59 |
21.B.320 |
Investigazzjoni | 59 |
21.B.325 |
Ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness | 60 |
21.B.326 |
Ċertifikat tal-airworthiness | 60 |
21.B.327 |
Ċertifikat tal-airworthiness ristrett | 60 |
21.B.330 |
Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-airworthiness u ta’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti | 61 |
21.B.345 |
Żamma tar-rekords | 61 |
SUBPARTI I – |
ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS | 61 |
21.B.420 |
Investigazzjoni | 61 |
21.B.425 |
Ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss | 62 |
21.B.430 |
Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss | 62 |
21.B.445 |
Żamma tar-rekords | 62 |
SUBPARTI J – |
APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN | 62 |
SUBPARTI K – |
PARTIJIET U TAGĦMIR | 62 |
(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI) | 62 |
SUBPARTI M — |
TISWIJIET | 62 |
(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI) | 62 |
SUBPARTI O – |
AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW | 62 |
SUBPARTI P – |
PERMESS GĦAT-TITJIR | 63 |
21.B.520 |
Investigazzjoni | 63 |
21.B.525 |
Ħruġ ta’ permessi għat-titjir | 63 |
21.B.530 |
Revoka ta’ permessi għat-titjir | 63 |
21.B.545 |
Żamma tar-rekords | 63 |
SUBPARTI Q – |
IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR | 63 |
Appendiċijiet | 64 |
Appendiċi I — |
il-Formola 1 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat; | 65 |
Appendiċi II — |
il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Airworthiness; | 70 |
Appendiċi III — |
il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-titjir; | 71 |
Appendiċi IV — |
il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati; | 72 |
Appendiċi V — |
il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett; | 73 |
Appendiċi VI — |
il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Airworthiness; | 74 |
Appendiċi VII — |
il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-ħoss; | 75 |
Appendiċi VIII — |
il-Formola 52 tal-EASA — Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru; | 76 |
Appendiċi IX — |
il-Formola 53 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz; | 79 |
Appendiċi X — |
il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni; | 81 |
Appendiċi XI — |
il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. | 83 |
21.1 Ġenerali
Għall-għan ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), “l-awtorità kompetenti” għandha tkun:
(a) |
għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru; jew l-Aġenzija jekk ikun mitlub hekk minn dak l-Istat Membru; jew |
(b) |
għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat li mhux membru, l-Aġenzija. |
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
SUBPARTI A – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
21.A.1 Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, u ta’ detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li se jinħareġ f’konformità ma’ din it-Taqsima.
21.A.2 Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat
L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li jittieħdu kif suppost mid-detentur ta’, jew mill-applikant għal, ċertifikat għal xi prodott, parti jew tagħmir taħt din it-Taqsima, jistgħu jittieħdu f’ismu minn kwalunkwe persuna oħra, fiżika jew ġuridika, sakemm id-detentur ta’, jew l-applikant għal, dak iċ-ċertifikat ikun jista’ juri li dan ikun għamel ftehim mal-persuna l-oħra biex ikun żgurat li l-obbligi tad-detentur ikunu jew ikunu se jiġu eżegwiti kif suppost.
21.A.3A Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti
(a) |
Sistema ta’ Ġbir, Investigazzjoni u Analiżi tad-Dejta Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (ETSO), ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jkollu sistema biex jiġbor, jinvestiga u janalizza rapporti ta’ u informazzjoni marbuta ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw, jew jistgħu jikkawżaw, effetti kuntrarji fuq l-airworthiness kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament. L-informazzjoni fuq din is-sistema għandha tkun disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt Regolamenti ta’ implimentazzjoni assoċjati oħra. |
(b) |
Rappurtar lill-Aġenzija
|
(c) |
Investigazzjoni ta’ Okkorrenzi Rappurtati
|
21.A.3B Direttivi tal-airworthiness
(a) |
Direttiva tal-airworthiness tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru biex dawn jerġgħu lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza, meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru altrimenti tista’ tkun kompromessa. |
(b) |
L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva tal-airworthiness meta:
|
(c) |
Meta direttiva tal-airworthiness ikollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza msemmija fil-punt (b), jew biex jintalab it-twettiq ta’ spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu:
|
(d) |
Direttiva tal-airworthiness għandu jkollha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
21.A.4 Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni
Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni ta’ tibdila fid-disinn tat-tip jew approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija, għandu jikkollabora mal-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikun żgurat:
(a) |
il-koordinazzjoni sodisfaċenti tad-disinn u l-produzzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.122 jew mill-punt 21.A.133 jew mill-punt 21.A.165(c)(2), kif xieraq; u |
(b) |
l-appoġġ xieraq tal-airworthiness kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir. |
SUBPARTI B – ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
21.A.11 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip għall-prodotti u ċertifikati tat-tip ristretti għall-inġenji tal-ajru, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.
21.A.13 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrettp taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.
21.A.14 Turija tal-kapaċità
(a) |
Kwalunkwe organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J. |
(b) |
B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet ta’ disinn speċifiku, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21), meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
B’deroga mill-punt (a), għat-turija tal-kapaċità applikant jista’ jagħżel li jipprovdi lill-Aġenzija bil-programm taċ-ċertifikazzjoni meħtieġ skont il-punt 21A.20(b) meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
21.A.15 Applikazzjoni
(a) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija. |
(b) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandha tkun akkumpanjata minn disinn tridimensjonali ta’ dak l-inġenju tal-ajru, kif ukoll minn dejta bażika preliminari, inklużi l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim proposti. |
(c) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip ta’ magna jew skrun għandha tkun akkumpanjata minn disinn ta’ arranġament ġenerali, minn deskrizzjoni tal-karatteristiċi tad-disinn, il-karatteristiċi tat-tħaddim, u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim proposti, tal-magna jew l-iskrun. |
21.A.16A Kodiċijiet tal-airworthiness
L-Aġenzija għandha toħroġ f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 kodiċijiet tal-airworthiness bħala mezz standard biex tintwera l-konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dawn il-kodiċijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi b’mod suffiċjenti biex juru lill-applikanti l-kundizzjonijiet li taħthom jinħarġu ċ-ċertifikati.
21.A.16B Kundizzjonijiet speċjali
(a) |
L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa kundizzjonijiet speċjali, għal prodott, jekk il-kodiċi tal-airworthiness relatat ma jkunx fih standards ta’ sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott, jew għax:
|
(b) |
Il-kundizzjonijiet speċjali jkollhom tali standards ta’ sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li jkunu meħtieġa sabiex tistabbilixxi livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi tal-airworthiness applikabbli. |
21.A.17 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip
(a) |
Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip li għandha tiġi notifikata għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tkun tikkonsisti minn dan li ġej:
|
(b) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għal ajruplani kbar u inġenji tal-ajru kbar bir-rotors għandha tkun effettiva għal ħames snin u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip ieħor għandha tkun effettiva għal tliet snin, sakemm l-applikant ma jurix fiż-żmien tal-applikazzjoni li l-prodott tiegħu jkun jeħtieġ perjodu ta’ żmien itwal għad-disinn, l-iżvilupp, u l-ittestjar, u l-Aġenzija ma tkunx approvat perjodu itwal ta’ żmien. |
(c) |
Fil-każ fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip, jew ikun ċar li ċ-ċertifikat tat-tip ma jkunx se jinħareġ, fil-limitu ta’ żmien stabbilit taħt il-punt (b), l-applikant jista’:
|
(d) |
Jekk l-applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ emenda għall-kodiċijiet tal-airworthiness li tkun effettiva wara l-preżentazzjoni uffiċjali tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip, huwa għandu wkoll jikkonforma ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata b’mod dirett. |
21.A.18 Għażla ta’ rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli u speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni
(a) |
Ir-rekwiżiti tal-ħoss li huma applikabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru huma preskritti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tal-Anness 16, Volum I, Parti II tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:
|
(b) |
Ir-rekwiżiti ta’ emissjoni li huma applikabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru u magna huma preskritti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:
|
(c) |
L-Aġenzija għandha toħroġ, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni li jipprovdu għal mezzi aċċettabbli għat-turija ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ħoss u l-emissjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) rispettivament. |
21.A.19 Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi tibdiliet fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdiliet fid-disinn, il-qawwa, il-forza propulsiva jew il-massa jkunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sostanzjalment kompleta tal-konformità mal-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.
21.A.20 Konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali
(a) |
L-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif ukoll mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u għandu jipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi li permezz tagħhom tkun intweriet din il-konformità. |
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi programm taċ-ċertifikazzjoni li jkun fih id-dettalji dwar il-mezzi li bihom se tintwera l-konformità. Dan id-dokument għandu jiġi aġġornat skont il-bżonn matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni. |
(c) |
L-applikant għandu jirreġistra l-ġustifikazzjoni tal-konformità fid-dokumenti tal-konformità skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti skont il-punt (b). |
(d) |
L-applikant għandu jiddikjara li huwa wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni stabbilit skont il-punt (b). |
(e) |
Fejn l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta’ organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-punt (d) għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti J. |
21.A.21 Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip
L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip ta’ prodott maħruġ mill-Aġenzija wara:
(a) |
li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.14; |
(b) |
li jkun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija f’punt 21.A.20(d); u |
(c) |
li jkun wera li:
|
(d) |
Fil-każ ta’ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, il-magna jew l-iskrun, jew it-tnejn, jekk dawn ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru, għandu jkollhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
21.A.23 Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett
(a) |
Għal inġenju tal-ajru li ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.21(c), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip ristrett maħruġ mill-Aġenzija wara:
|
(b) |
Il-magna jew l-iskrun installat(a) fuq l-ajruplan, jew it-tnejn, għandhom:
|
21.A.31 Disinn tat-tip
(a) |
Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:
|
(b) |
Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat b’mod adegwat. |
21.A.33 Spezzjoni u testijiet
(a) |
L-applikant għandu jwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kollha meħtieġa biex juri konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali. |
(b) |
Qabel ma jsir kull test meħtieġ taħt il-punt (a), l-applikant għandu jkun stabbilixxa:
|
(c) |
L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija tagħmel kwalunkwe spezzjoni meħtieġa biex tivverifika l-konformità mal-punt (b). |
(d) |
L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, u tagħmel jew tkun preżenti għal kwalunkwe titjira jew test fuq l-art li jkunu meħtieġa biex tkun tista’ tivverifika l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ konformità sottomessa mill-applikant taħt il-punt 21.A.20(d), kif ukoll biex tistabbilixxi li l-ebda karatteristika ma tkun qed tnaqqas is-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. |
(e) |
Għal testijiet magħmula jew ivverifikati mill-Aġenzija taħt il-punt (d):
|
21.A.35 Testijiet tat-titjiriet
(a) |
L-ittestjar tat-tijiriet għall-għan li jinkiseb ċertifikat tat-tip għandu jsir f’konformità mal-kundizzjonijiet għal dan it-tip ta’ ttestjar speċifikat mill-Aġenzija. |
(b) |
L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha li l-Aġenzija tkun tikkonsidra bħala meħtieġa:
|
(c) |
(Riżervat) |
(d) |
(Riżervat) |
(e) |
(Riżervat) |
(f) |
It-testijiet tat-titjira preskritti fil-punt (b)(2) għandhom jinkludu:
|
21.A.41 Ċertifikat tat-tip
Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett huma t-tnejn konsidrati li jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-airworthiness u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru t-tnejn jinkludu l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-ħoss. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna tinkludi r-rekord ta’ konformità ta’ emissjoni.
21.A.44 Obbligi tad-detentur
Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu:
(a) |
jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.55, 21.A.57 u 21.A.61; u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà taħt il-punt 21.A.14; u |
(b) |
jispeċifika l-immarkar f’konformità mas-Subparti Q. |
21.A.47 Trasferibbiltà
It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tista’ tassumi l-obbligi taħt il-punt 21.A.44, u li, għal dan il-għan, tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.14.
21.A.51 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Ċertifikat tat-tip u ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinħarġu għal perjodu illimitat. Dawn jibqgħu validi jekk:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jingħata lura lill-Aġenzija. |
21.A.55 Żamma tar-rekords
L-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott ittestjat, għandhom jinżammu mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-airworthiness kontinwa u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott.
21.A.57 Manwali
Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għall-prodott, u għandu jipprovdi kopji tagħhom, jekk jintalab, lill-Aġenzija.
21.A.61 Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa
(a) |
Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet kompleti għall-airworthiness kontinwa, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar jew meta dawn jiġu konsenjati jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru konċernat, liema minn dawn it-tnejn jiġi l-aħħar, u sussegwentement jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li jikkonċernaw l-ispezzjoni jew inkella forom oħra ta’ manutenzjoni maġġuri, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda t-tagħrif għandu jkun disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet. |
(b) |
Barra minn hekk, tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott u għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa. |
(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI)
SUBPARTI D — TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
21.A.90 A Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. Din is-Subparti tiddefinixxi wkoll it-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. F’din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.
21A.90B Tibdil standard
(a) |
It-tibdil standard huwa tibdil f’disinn tat-tip:
|
(b) |
Il-punti 21A.91 sa 21A.109 ma japplikawx għat-tibdil standard. |
21.A.91 Klassifikazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip
It-tibdiliet fid-disinn tat-tip huma kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Tibdila minuri” hija waħda li ma jkollha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi tat-tħaddim, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil, l-emissjoni ta’ duħħan, jew kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ taffettwa l-airworthiness tal-prodott. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, it-tibdiliet l-oħra kollha huma “tibdiliet maġġuri” taħt din is-Subparti. Tibdiliet maġġuri u minuri għandhom ikunu approvati f’konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom ikunu identifikati b’mod adegwat.
21.A.92 Eliġibbiltà
(a) |
Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip biss jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Subparti; l-applikanti l-oħra kollha għal tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip għandhom japplikaw taħt is-Subparti E. |
(b) |
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Subparti. |
21.A.93 Applikazzjoni
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tibdila fid-disinn tat-tip għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija u għandha tinkludi:
(a) |
Deskrizzjoni tat-tibdila li tidentifika:
|
(b) |
L-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe investigazzjoni mill-ġdid li tkun meħtieġa biex turi l-konformità tal-prodott mibdul mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. |
21.A.95 Tibdiliet minuri
Tibdiliet minuri fid-disinn tat-tip għandhom ikunu kklassifikati u approvati jew:
(a) |
mill-Aġenzija; jew |
(b) |
minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif xieraq taħt proċedura miftehma mal-Aġenzija. |
21.A.97 Tibdiliet maġġuri
(a) |
Applikant għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri għandu:
|
(b) |
Approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri f’disinn tat-tip hija limitata għal dik jew dawk il-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-disinn tat-tip li fuqhom tkun saret it-tibdila. |
21.A.101 Għażla tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli
(a) |
L-applikant għal tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip għandu juri li l-prodott mibdul ikun konformi mal-kodiċi tal-airworthiness applikabbli għall-prodott mibdul, u li jkun effettiv fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila, sakemm l-applikant ma jagħżilx il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ emendi li jidħlu fis-seħħ wara, jew sakemm din it-tip ta’ konformità ma tkunx meħtieġa skont il-punti (e) u (f), kif ukoll li dan ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti fil-punt 21.A.18. |
(b) |
B’deroga mill-punt (a), applikant jista’ juri li l-prodott mibdul ikun konformi ma’ emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi tal-airworthiness definit fil-punt (a), kif ukoll fi kwalunkwe speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun relatata b’mod dirett. Madankollu, il-kodiċi tal-airworthiness ta’ qabel ma jistax jippreċedi l-kodiċi tal-airworthiness korrispondenti inkorporat b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. L-applikant jista’ juri konformità ma’ emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi tal-airworthiness għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
Applikant li japplika għal tibdila f’inġenju tal-ajru (għajr inġenju tal-ajru bir-rotors) ta’ toqol massimu ta’ 2 722 kg (6 000 lbs) jew inqas jew f’inġenji tal-ajru bir-rotors mingħajr turbina ta’ toqol massimu ta’ 1 361 kg (3 000 lbs) jew inqas, jista’ juri li l-prodott mibdul jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Madankollu, jekk l-Aġenzija jidhrilha li t-tibdila hija sinifikanti f’xi żona, l-Aġenzija tista’ tagħżel li jkun hemm konformità ma’ emenda fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni, u ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata direttament, sakemm l-Aġenzija ma jidhrilhiex ukoll li l-konformità ma’ dik l-emenda jew speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta’ sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika. |
(d) |
Jekk l-Aġenzija jidhrilha li l-kodiċi tal-airworthiness li jkun fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila ma jkunx jipprovdi livelli adegwati fir-rigward tat-tibdila proposta, l-applikant għandu wkoll jikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni speċjali oħra, u ma’ emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, preskritti taħt id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.16B, sabiex jipprovdi livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi tal-airworthiness fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila. |
(e) |
Applikazzjoni għal tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip ta’ ajruplani kbar u ta’ inġenji tal-ajru kbar bir-rotors tkun effettiva għal ħames snin, u applikazzjoni għal tibdila fi kwalunkwe tip ieħor ta’ ċertifikat tat-tip tkun effettiva għal tliet snin. F’każ fejn it-tibdila ma tkunx ġiet approvata, jew fejn ikun ċar li din mhux se tkun approvata fil-limitu ta’ żmien stabbilit taħt dan il-punt, l-applikant jista’:
|
(f) |
Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ emenda għall-kodiċijiet tal-airworthiness li tkun effettiva wara t-tressiq tal-applikazzjoni għal tibdil fit-tip, huwa għandu jikkonforma wkoll ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata b’mod dirett. |
21.A.103 Ħruġ tal-approvazzjoni
(a) |
L-applikant għandu jkun intitolat ikollu tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip approvata mill-Aġenzija wara li:
|
(b) |
Tibdila minuri f’disinn tat-tip għandha tiġi approvata biss f’konformità mal-punt 21.A.95 jekk jintwera li l-prodott mibdul jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni, kif speċifikat fil-punt 21.A.101. |
21.A.105 Żamma tar-rekords
Għal kull tibdila, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott mibdul li jkun ġie ttestjat, għandhom jinżammu mill-applikant għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-airworthiness kontinwa u l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli tal-prodott mibdul.
21.A.107 Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa
(a) |
Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati, jekk ikun hemm, tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa tal-prodott li fuqu tkun se ssir it-tibdila minuri, imħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, jew mal-kunsinna, jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. |
(b) |
Barra minn hekk, it-tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ prodott li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet. |
21.A.109 Obbligi u mmarkar tal-EPA
Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip għandu:
(a) |
jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.105 u 21.A.107; u |
(b) |
jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA (“l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti”), f’konformità mal-punt 21.A.804(a). |
SUBPARTI E – ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI
21.A.111 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet maġġuri fid-disinn tat-tip taħt il-proċeduri ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.
21.A.112A Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.112B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.
21.A.112B Turija tal-kapaċità
(a) |
Kull organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J. |
(b) |
B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi speċifiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din is-Subparti. |
(c) |
B’deroga mill-punti (a) u (b), biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jagħżel li jkollu l-approvazzjoni tal-Aġenzija għal programm taċ-ċertifikazzjoni li jkun fih id-dettalji dwar il-mezzi li bihom se tintwera l-konformità għal ċertifikat tat-tip supplementari għal inġenju tal-ajru, magna jew skrun iddefiniti fil-punt 21A.14(c). |
21.A.113 Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari
(a) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. |
(b) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha tinkludi d-deskrizzjonijiet u l-identifikazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.93. Barra minn hekk, din l-applikazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni li l-informazzjoni li fuqha jkunu bbażati dawk l-identifikazzjonijiet tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-applikant stess, jew inkella permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip. |
21.A.114 Turija tal-konformità
Kull applikant li japplika għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jkun konformi mal-punt 21.A.97.
21.A.115 Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplementari
L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip supplementari maħruġ mill-Aġenzija wara:
(a) |
li jkun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21A.20(d); u |
(b) |
li jintwera li:
|
(c) |
li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.112B; |
(d) |
fejn, taħt il-punt 21.A.113(b), l-applikant ikun daħal f’arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip,
|
21.A.116 Trasferibbiltà
Ċertifikat tat-tip supplementari jista’ jkun trasferit biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun kapaċi tassumi l-obbligi tal-punt 21.A.118A, u għal dan il-għan tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.112B ħlief għal inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” li għalihom il-persuna fiżika jew ġuridika tkun talbet għall-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħha sabiex jitwettqu dawk l-obbligi.
21.A.117 Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari
(a) |
Tibdiliet minuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandhom ikunu kklassifikati u approvati f’konformità mas-Subparti D. |
(b) |
Kull tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplementari separat f’konformità ma’ din is-Subparti. |
(c) |
B’deroga mill-punt (b), tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari nnifsu tista’ tiġi approvata bħala tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari eżistenti. |
21.A.118A Obbligi u mmarkar tal-EPA
Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu:
(a) |
jassumi l-obbligi:
u għal dan il-għan ikompli jissodisfa l-kriterji tal-punt 21.A.112B; |
(b) |
jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a). |
21.A.118B Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:
|
(b) |
Meta ċertifikat tat-tip supplementari jiġi ċedut jew revokat, dan għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija. |
21.A.119 Manwali
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm, u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-varjazzjonijiet fil-manwali meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għall-prodott, liema varjazzjonijiet huma meħtieġa li jkunu jkopru t-tibdiliet introdotti taħt iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, u għandu jipprovdi kopji ta’ dawn il-manwali lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba għalihom.
21.A.120 Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa
(a) |
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għal inġenju tal-ajru, magna, jew skrun, għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa mħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jinkorporaw il-karatteristiċi taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew mal-kunsinna, jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbilità ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-varjazzjonijiet għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li għandhom x’jaqsmu mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet. |
(b) |
Barra minn hekk, tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott li jinkorpora ċ-ċertifikat tat-tip supplementari u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa. |
SUBPARTI F – PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
21.A.121 Kamp ta’ applikazzjoni
(a) |
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija ta’ konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli ta’ prodott, parti jew tagħmir li huwa maħsub li jkun manifatturat mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G. |
(b) |
Din is-Subparti tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-obbligi tal-manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti. |
21.A.122 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika biex turi konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali taħt din is-Subparti, jekk:
(a) |
ikollha jew tkun applikat għal approvazzjoni li tkun tkopri d-disinn ta’ dak il-prodott, parti jew tagħmir; jew |
(b) |
tkun żgurat koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta’ ftehim xieraq mal-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ dan id-disinn. |
21.A.124 Applikazzjoni
(a) |
Kull applikazzjoni għal ftehim dwar turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti. |
(b) |
Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:
|
21.A.125A Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim
L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill- awtorità kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar it-turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:
(a) |
li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu; |
(b) |
li jkun ġie pprovdut manwal li jkun fih:
|
(c) |
li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21.A.3A u 21.A.129(d). |
21.A.125B Konstatazzjonijiet
(a) |
Meta tinstab evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata kif ġej:
|
(b) |
Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a). |
(c) |
Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.125:
|
(d) |
Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-ittra ta’ ftehim tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.145. Id-detentur tal-ittra tal-ftehim għandu jipprovdi fi żmien xieraq konferma li jkun irċieva l-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-ittra ta’ ftehim. |
21.A.125C Perjodu u validità kontinwa
(a) |
L-ittra ta’ ftehim għandha tinħareġ għal perjodu limitat li ma jkunx jeċċedi sena. Din għandha tibqa’ valida sakemm:
|
(b) |
Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra ta’ ftehim għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti. |
21.A.126 Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni
(a) |
Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa taħt il-punt 21.A.125A(a) għandha tipprovdi mezz biex ikun stabbilit li:
|
(b) |
Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa bil-punt 21.A.125A(a), għandha tkun ukoll tali li tiżgura li:
|
21.A.127 Testijiet: inġenji tal-ajru
(a) |
Kull manifattur ta’ inġenju tal-ajru manifatturat taħt din is-Subparti għandu jistabbilixxi proċedura approvata ta’ test ta’ produzzjoni fuq l-art u fl-ajru kif ukoll formoli ta’ ċċekkjar, u f’konformità ma’ dawk il-formoli, jittestja kull inġenju tal-ajru manifatturat, bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti tal-konformità mal-punt 21.A.125A(a). |
(b) |
Kull proċedura ta’ test ta’ produzzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
|
21.A.128 Testijiet: magni u skrejjen
Kull manifattur ta’ magni jew skrejjen manifatturati taħt din is-Subparti għandu jissuġġetta kull magna, jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, għal test aċċettabbli tat-tħaddim kif speċifikat fid-dokumentazzjoni tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha ta’ tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti ta’ konformità mal-punt 21.A.125A(a).
21.A.129 Obbligi tal-manifattur
Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti għandu:
(a) |
jagħmel kull prodott, parti jew tagħmir disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti; |
(b) |
iżomm fil-post tal-manifattura d-dejta teknika u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk il-prodott jikkonformax mad-dejta tad-disinn applikabbli; |
(c) |
iżomm sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu; |
(d) |
jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn meta dan ikollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati; |
(e) |
jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi ħalli jkunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rapportabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar l-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata; |
(f) |
|
21.A.130 Dikjarazzjoni tal-konformità
(a) |
Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir manifatturat taħt din is-Subparti għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità, il-Formola 52 tal-EASA, għal inġenju tal-ajru komplut (ara l-Appendiċi VIII), jew il-Formola 1 tal-EASA għal prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor (ara l-Appendiċi I). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni tal-manifattura. |
(b) |
Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi:
|
(c) |
Kull manifattur ta’ tali prodott, parti jew tagħmir għandu:
jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ konformità kurrenti, biex tkun validata mill-awtorità kompetenti. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma b’kontrofirma d-dikjarazzjoni tal-konformità jekk wara spezzjoni din issib li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu. |
SUBPARTI G – APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
21.A.131 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi:
(a) |
il-proċedura għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi l-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir mad-dejta tad-disinn applikabbli; |
(b) |
ir-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, jew tad-detenturi ta’, dawn l-approvazzjonijiet. |
21.A.133 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti. L-applikant għandu:
(a) |
jiġġustifika li, għal għan definit ta’ xogħol, approvazzjoni taħt din is-Subparti tkun adattata għall-finijiet ta’ turija ta’ konformità ma’ disinn speċifiku; u |
(b) |
ikollu jew ikun applika għal approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku; jew |
(c) |
ikun żgura, permezz ta’ arranġament xieraq mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, l-approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku, koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn. |
21.A.134 Applikazzjoni
Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f’forma u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.143 u t-termini ta’ approvazzjoni meħtieġa li jinħarġu taħt il-punt 21.A.151.
21.A.135 Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni
Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.
21.A.139 Sistema tal-Kwalità
(a) |
L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li hija stabbiliet u kapaċi żżomm sistema tal-kwalità. Is-sistema tal-kwalità għandha tkun dokumentata. Din is-sistema tal-kwalità għandha tkun tali li tippermetti lill-organizzazzjoni tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir manifatturat mill-organizzazzjoni jew mill-imsieħba tagħha, jew fornut minn jew subappaltat lil terzi partijiet, ikun jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, u għalhekk li tkun tista’ teżerċita l-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163. |
(b) |
Is-sistema tal-kwalità għandu jkollha:
|
21.A.143 Espożizzjoni
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni billi tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
L-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji ta’ kwalunkwe emenda għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti. |
21.A.145 Rekwiżiti għall-approvazzjoni
L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.143, li:
(a) |
fir-rigward tar-rekwiżiti ġenerali tal-approvazzjoni, il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, in-numru u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati biex jitwettqu l-obbligi taħt il-punt 21.A.165; |
(b) |
fir-rigward tad-dejta kollha meħtieġa dwar l-airworthiness, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan:
|
(c) |
fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-persunal:
|
(d) |
fir-rigward tal-persunal li jiċċertifika, awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa taħt il-punt 21.A.163 fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fit-termini tal-approvazzjoni:
|
21.A.147 Tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata
(a) |
Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull tibdila fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li hija sinifikanti għat-turija tal-konformità jew għall-airworthiness u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tal-prodott, parti jew tagħmir, partikolarment tibdiliet fis-sistema tal-kwalità, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implementata t-tibdila, li hija se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata taħt din is-Subparti tista’ taħdem matul it-tali tibdiliet, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża. |
21.A.148 Tibdiliet fil-post
Tibdila fil-post tal-faċilitajiet tal-manifattura tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha titqies li hija sinifikanti u għalhekk għandha tikkonforma mal-punt 21.A.147.
21.A.149 Trasferibbiltà
Ħlief b’riżultat ta’ tibdila fil-proprjetà, li hija meqjusa sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.147, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax tiġi trasferita.
21.A.151 Termini tal-approvazzjoni
It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-ambitu tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u t-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur tal-approvazzjoni huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi taħt il-punt 21.A.163.
Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.
21.A.153 Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni
Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti. L-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.
21.A.157 Investigazzjonijiet
Organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk hemmx konformità u ssoktar ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.
21.A.158 Konstatazzjonijiet
(a) |
Meta tinsab evidenza oġġettiva li turi li d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tiġi kklassifikata kif ġej:
|
(b) |
Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a). |
(c) |
Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika ta’ konstatazzjonijiet skont il-punt 21.B.225,
|
(d) |
Fil-każ ta’ konstatazzjonijiet tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.245. Id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jagħti fi żmien xieraq konferma tal-irċevuta tal-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni. |
21.A.159 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
L-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti. |
21.A.163 Privileġġi
F’konformità mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa taħt il-punt 21.A.135, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jista’:
(a) |
jeżegwixxi attivitajiet ta’ produzzjoni taħt dan l-Anness I (il-Parti 21); |
(b) |
fil-każ ta’ inġenju tal-ajru komplut u wara preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52 tal-EASA) taħt il-punt 21.A.174, jikseb ċertifikat tal-airworthiness tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-ħoss mingħajr aktar wiri; |
(c) |
fil-każ ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) mingħajr aktar wiri; |
(d) |
iżomm inġenju tal-ajru ġdid li huwa jkun ipproduċa u joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (il-Formola 53 tal-EASA) fir-rigward ta’ dik iż-żamma; |
(e) |
skont proċeduri tal-produzzjoni maqbula mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-produzzjoni, għal inġenju tal-ajru li jkun ipproduċa u meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni nfisha tkun qed tikkontrolla skont il-POA tagħha l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira, joħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21.A.711(c), inkluża l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.710(b). |
21.A.165 Obbligi tad-detentur
Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:
(a) |
jiżgura li l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni pprovduta f’konformità mal-punt 21.A.143 u d-dokumenti li tirreferi għalihom, jintużaw bħala dokumenti bażiċi tax-xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni; |
(b) |
iżomm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mad-dejta u mal-proċeduri approvati għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; |
(c) |
|
(d) |
jirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol li jkun sar; |
(e) |
jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi biex ikunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rappurtabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti marbuta mal-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata; |
(f) |
|
(g) |
jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn meta dan ikun qed jittratta kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati; |
(h) |
jistabbilixxi sistema ta’ arkivjar li tkun tinkorpora fiha rekwiżiti imposti fuq l-imsieħba, l-fornituri u s-subappaltaturi tiegħu, li tiżgura l-konservazzjoni tad-dejta użata biex tkun ġustifikata l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir. It-tali dejta għandha tinżamm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u għandha tinżamm biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir; |
(i) |
fejn, taħt it-termini tal-approvazzjoni, id-detentur joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun ġie suġġett għall-manutenzjoni meħtieġa u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat; |
(j) |
fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom ikun jista’ jinħareġ permess għat-titjir; |
(k) |
fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jistabbilixxi l-konformità mal-punti 21.A.711(c) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenju tal-ajru. |
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI
21.A.171 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness.
21.A.172 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jiġi reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (“l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni”), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-airworthiness għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.
21.A.173 Klassifikazzjoni
Iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:
(a) |
iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); |
(b) |
iċ-ċertifikati tal-airworthiness ristretti għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru:
|
21.A.174 Applikazzjoni
(a) |
F’konformità mal-punt 21.A.172, applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
(b) |
Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness jew għal ċertifikat tal-airworthiness ristrett għandha tinkludi:
|
(c) |
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(2)(i) u (b)(3)(ii) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
21.A.175 Lingwa
Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom ikunu ppreżentati f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
21.A.177 Emenda jew modifika
Ċertifikat tal-airworthiness jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
21.A.179 Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri
(a) |
Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:
|
(b) |
Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, u l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-airworthiness ristrett li ma jikkonformax ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jiġu ttrasferiti flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew jinħarġu biss bil-ftehim formali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn ikun ġie ttrasferit. |
21.A.180 Spezzjonijiet
Id-detentur ta’ ċertifikat tal-airworthiness għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-airworthiness, hekk kif ikun hemm talba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
21.A.181 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Ċertifikat tal-airworthiness għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
21.A.182 Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru
Kull applikant għal ċertifikat tal-airworthiness taħt din is-Subparti għandu juri li l-inġenju tal-ajru tiegħu jkun identifikat f’konformità mas-Subparti Q.
SUBPARTI I – ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS
21.A.201 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss.
21.A.203 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jkun reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (Stat Membru ta’ reġistrazzjoni), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-ħoss għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.
21.A.204 Applikazzjoni
(a) |
F’konformità mal-punt 21.A.203, applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
(b) |
Kull applikazzjoni għandha tinkludi:
|
(c) |
Sakemm mhux miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(1) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
21.A.207 Emenda jew modifika
Ċertifikat tal-ħoss jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.
21.A.209 Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri
Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:
(a) |
jekk l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru; jew |
(b) |
jekk l-inġenju tal-ajru jmur fir-reġistru ta’ Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss ta’ qabel. |
21.A.210 Spezzjonijiet
Id-detentur ta’ ċertifikat tal-ħoss għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-ħoss, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jew tal-Aġenzija, biex isiru spezzjonijiet fuqu.
21.A.211 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni. |
SUBPARTI J – APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN
21.A.231 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, t-tali approvazzjonijiet.
21.A.233 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti
(a) |
f’konformità mal-punti 21.A.14, 21.A.112B, 21.A.432B jew 21.A.602B; jew |
(b) |
għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet minuri jew ta’ disinn ta’ tiswija minuri, meta meħtieġa għall-għan li jinkisbu l-privileġġi taħt il-punt 21.A.263. |
21.A.234 Applikazzjoni
Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.243, u t-termini ta’ approvazzjoni mitluba li jinħarġu taħt il-punt 21.A.251.
21.A.235 Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn
Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija, meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.
21.A.239 Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn
(a) |
Organizzazzjoni tad-disinn għandha turi li tkun stabbiliet u tista’ żżomm sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għall-kontroll u s-superviżjoni tad-disinn, u ta’ tibdiliet fid-disinn, ta’ prodotti, partijiet u tagħmir koperti mill-applikazzjoni. Din is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tkun tali li biha l-organizzazzjoni tkun tista’:
|
(b) |
Is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tinkludi funzjoni indipendenti ta’ verifika tat-turija ta’ konformità li fuq il-bażi tagħha l-organizzazzjoni tissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-konformità u dokumentazzjoni oħra relatata lill-Aġenzija. |
(c) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tispeċifika l-manjiera li biha s-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn twassal biex il-partijiet jew it-tagħmir iddisinjat jew ix-xogħol li jkun sar mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi jiġu aċċettati skont metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub. |
21.A.243 Dejta
(a) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tipprovdi manwal lill-Aġenzija li jiddeskrivi, direttament jew billi ssir referenza għalihom, l-organizzazzjoni, il-proċeduri rilevanti u l-prodotti jew it-tibdiliet fil-prodotti li se jiġu ddisinjati. |
(b) |
Fejn kwalunkwe parti jew tagħmir jew kwalunkwe tibdila fil-prodotti jkunu ġew iddisinjati minn organizzazzjonijiet imsieħba jew subappaltaturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni fuq kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ tagħti, għall-partijiet u t-tagħmir kollu, l-assigurazzjoni tal-konformità meħtieġa mill-punt 21.A.239(b), u għandu jkun fih, direttament jew billi ssir referenza għalihom, deskrizzjonijiet u informazzjoni fuq l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-imsieħba jew dawk is-subappaltaturi, kif ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni. |
(c) |
Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji tal-emendi għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija. |
(d) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tforni dikjarazzjoni tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal maniġerjali u ta’ persuni oħra responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali fl-organizzazzjoni. |
21.A.245 Rekwiżiti għall-approvazzjoni
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.243 li, barra milli tkun konformi mal-punt 21.A.239:
(a) |
il-persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru u ta’ esperjenza suffiċjenti, u jkun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu u dawn, flimkien mal-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet u t-tagħmir, ikunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jilħaq l-objettivi relatati mal-airworthiness u mal-protezzjoni ambjentali tal-prodott; |
(b) |
ikun hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fi ħdan id-dipartimenti fejn jidħlu materji marbuta mal-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali. |
21.A.247 Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn
Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, kull tibdila fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti għat-turija ta’ konformità jew għall-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali tal-prodott, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-Aġenzija u l-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi lill-Aġenzija, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-tibdiliet proposti fil-manwal, u qabel l-implimentazzjoni tat-tibdila, li din se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti wara l-implimentazzjoni tagħha.
21.A.249 Trasferibbiltà
Ħlief b’riżultat ta’ tibdil fil-proprjetà, li huwa meqjus sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.247, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mhijiex trasferibbli.
21.A.251 Termini tal-approvazzjoni
It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi tax-xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni hija obbligata twettaq dwar l-airworthiness u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tal-prodotti. Għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn li tkopri ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.
21.A.253 Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni
Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.
21.A.257 Investigazzjonijiet
(a) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tagħmel arranġamenti li jippermettu lill-Aġenzija tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex ikunu stabbiliti l-konformità u l-issoktar tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti. |
(b) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tippermetti lill-Aġenzija tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun preżenti għal kwalunkwe test fl-ajru u fuq l-art li jkun meħtieġ biex tkun ivverifikata l-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità sottomessi mill-applikant taħt il-punt 21.A.239(b). |
21.A.258 Konstatazzjonijiet
(a) |
Meta jkun hemm evidenza oġġettiva li turi nuqqas ta’ konformità tad-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata kif ġej:
|
(b) |
Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a). |
(c) |
Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika ta’ konstatazzjonijiet taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija,
|
(d) |
Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn tista’ tiġi suġġetta għal sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija. Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jipprovdi fi żmien xieraq konferma tal-irċevuta tal-avviż tas-sospensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn. |
21.A.259 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija. |
21.A.263 Privileġġi
(a) |
Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat li jwettaq attivitajiet ta’ disinn taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni tiegħu. |
(b) |
Suġġett għall-punt 21.A.257(b), l-Aġenzija għandha taċċetta mingħajr verifika ulterjuri d-dokumenti ta’ konformità li ġejjin sottomessi mill-applikant bl-iskop li jikseb:
|
(c) |
Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni tiegħu u taħt il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn:
|
21.A.265 Obbligi tad-detentur
Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu:
(a) |
iżomm il-manwal f’konformità mas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn; |
(b) |
jiżgura li dan il-manwal jintuża bħala dokument bażiku ta’ xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni; |
(c) |
jistabbilixxi li d-disinn tal-prodotti, jew it-tibdiliet jew it-tiswijiet li jsiru fihom, kif applikabbli, ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u ma jkollhomx karatteristiċi ta’ nuqqas ta’ sikurezza; |
(d) |
ħlief għal tibdiliet jew tiswijiet minuri approvati taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263, jipprovdi lill-Aġenzija dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata li jikkonfermaw il-konformità mal-punt (c); |
(e) |
jipprovdi lill-Aġenzija informazzjoni jew struzzjonijiet relatati mal-azzjonijiet meħtieġa taħt il-punt 21.A.3B; |
(f) |
fejn ikun applikabbli, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)(6), jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir; |
(g) |
fejn ikun applikabbli, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)7, jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21.A.711(b) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenju tal-ajru. |
SUBPARTI K – PARTIJIET U TAGĦMIR
21.A.301 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura marbuta mal-approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir.
21.A.303 Konformità mar-rekwiżiti applikabbli
It-turija ta’ konformità ta’ partijiet u tagħmir li se jiġu installati fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir:
(a) |
f’rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subpartijiet B, D jew E għall-prodott li fih dan ikun se jkun installat; jew |
(b) |
fejn applikabbli, taħt il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O; jew |
(c) |
fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment. |
21.A.305 Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir
Fil-każijiet kollha fejn l-approvazzjoni ta’ parti jew tagħmir hija meħtieġa b’mod espliċitu bil-liġi tal-Unjoni jew bil-miżuri tal-Aġenzija, il-parti jew it-tagħmir għandu jikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.
21.A.307 Rilaxx ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni
Parti jew tagħmirgħandu jkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip meta dan ikun f’kundizzjoni li jista’ jitħaddem mingħajr periklu u jkun:
(a) |
akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata u li huwa mmarkat f’konformità mas-Subparti Q; jew |
(b) |
parti standard; jew |
(c) |
fil-każ ta’ inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” u “ELA2”, parti jew tagħmir:
|
(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI)
SUBPARTI M — TISWIJIET
21.A.431 A Kamp ta’ applikazzjoni
(a) |
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. |
(b) |
Din is-Subparti tiddefinixxi t-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. |
(c) |
“Tiswija” tfisser it-tneħħija ta’ ħsara u/jew li prodott, parti jew tagħmir jitreġġa’ lura għal kundizzjoni ta’ airworthiness wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur. |
(d) |
It-tneħħija ta’ ħsara billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta’ attività ta’ disinn għandha titqies bħala xogħol ta’ manutenzjoni, u għalhekk ma għandha teħtieġ ebda approvazzjoni taħt dan l-Anness I (il-Parti 21). |
(e) |
Tiswija fuq oġġett tal-ETSO minbarra fuq unità ta’ qawwa awżiljarja (APU) għandha tiġi ttrattata bħala tibdila fid-disinn tal-ETSO u għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-punt 21.A.611. |
21A.431B Tiswijiet standard
(a) |
It-tiswijiet standard huma tiswijiet:
|
(b) |
Il-punti 21A.432A sa 21A.451 ma japplikawx għat-tiswijiet standard. |
21.A.432A Eliġibbiltà
(a) |
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21.A.432B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti. |
(b) |
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri. |
21.A.432B Turija tal-kapaċità
(a) |
Applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J. |
(b) |
B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa sabiex jikkonforma ma’ din is-Subparti. |
(c) |
B’deroga mill-punti (a) u (b), applikant jista’ jfittex il-qbil tal-Aġenzija għall-approvazzjoni ta’ programm taċ-ċertifikazzjoni li jistabbilixxi l-prattiki tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet speċifiċi meħtieġa biex ikun konformi ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) għat-tiswija ta’ prodott iddefinit fil-punt 21A.14(c). |
21.A.433 Disinn tat-tiswija
(a) |
L-applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għandu:
|
(b) |
Fejn l-applikant ma jkunx id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, skont kif japplika, l-applikant jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt (a) permezz tal-użu tar-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, skont kif japplika. |
21.A.435 Klassifikazzjoni tat-tiswijiet
(a) |
Tiswija tista’ tkun “maġġuri” jew “minuri”. Il-klassifikazzjoni għandha ssir f’konformità mal-kriterji tal-punt 21.A.91 għal tibdila fid-disinn tat-tip. |
(b) |
Tiswija għandha tiġi kklassifikata bħala “maġġuri” jew “minuri” taħt il-punt (a) jew:
|
21.A.437 Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija
Meta jiġi ddikjarat u jintwera bis-sħiħ li d-disinn tat-tiswija jkun jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali tal-punt 21.A.433(a)(1), dan għandu jiġi approvat:
(a) |
mill-Aġenzija; jew |
(b) |
minn organizzazzjoni approvata kif suppost u li tkun ukoll id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija; jew |
(c) |
għal tiswijiet minuri biss, minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija. |
21.A.439 Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija
Il-partijiet u t-tagħmir li jintużaw biex issir it-tiswija għandhom ikunu mmanifatturati f’konformità mad-dejta tal-produzzjoni bbażata fuq id-dejta tad-disinn kollha meħtieġa, kif ipprovduta mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:
(a) |
taħt is-Subparti F; jew |
(b) |
minn organizzazzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G; jew |
(c) |
minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost. |
21.A.441 Tiswir tat-tiswija
(a) |
It-tiswir ta’ tiswija għandu jsir skont il-Parti M jew il-Parti 145, kif ikun xieraq, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.163(d). |
(b) |
L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tgħaddi lill-organizzazzjoni li se twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha meħtieġa. |
21.A.443 Limitazzjonijiet
Disinn ta’ tiswija jista’ jkun approvat suġġett għal ċerti limitazzjonijiet, f’liema każ l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandha tinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha meħtieġa. Dawn l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jintbagħtu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operatur f’konformità ma’ proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.
21.A.445 Ħsara mhux imsewwija
(a) |
Meta prodott, parti jew tagħmir bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi, u dan ma jkunx kopert minn dejta approvata qabel, l-evalwazzjoni tal-ħsara għall-finijiet tal-konsegwenzi għall-airworthiness tiegħu tista’ ssir biss:
Kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-proċeduri tal-punt 21.A.443. |
(b) |
Fejn l-organizzazzjoni li tkun qed tevalwa l-ħsara taħt il-punt (a) la tkun l-Aġenzija u lanqas ma tkun id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, din l-organizzazzjoni għandha tiġġustifika li l-informazzjoni li fuqha hija bbażata l-evalwazzjoni tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-organizzazzjoni stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, jew mal-manifattur, skont kif japplika. |
21.A.447 Żamma tar-rekords
Għal kull tiswija, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet, ir-rapporti tat-testijiet, l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet li possibbilment ikunu nħarġu f’konformità mal-punt 21.A.443, il-ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni, kif ukoll l-evidenza tal-approvazzjoni tad-disinn, għandhom:
(a) |
jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija; u |
(b) |
jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, partijiet jew tagħmir imsewwija. |
21.A.449 Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa
(a) |
Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed komplut ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa li jirriżultaw mid-disinn tat-tiswija, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli, lil kull operatur ta’ inġenju tal-ajru li jkun jinkorpora t-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista’ jkun irrilaxxat għas-servizz qabel ma jkunu tlestew it-tibdiliet f’dawk l-istruzzjonijiet, imma dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija. Dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mit-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, marbuta mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sa wara li l-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ tijiriet. |
(b) |
Jekk għal dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa jinħarġu aġġornamenti mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija, wara li t-tiswija tkun ġiet l-ewwel approvata, dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu pprovduti lil kull operatur u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Programm li juri kif se jitqassmu l-aġġornamenti għat-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandu jkun sottomess lill-Aġenzija. |
21.A.451 Obbligi u mmarkar tal-EPA
(a) |
Kull detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu:
|
(b) |
Ħlief għal detenturi ta’ ċertifikat tat-tip jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal APU li għalihom japplika l-punt 21.A.44, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri għandu:
|
(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI)
SUBPARTI O – AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW
21.A.601 Kamp ta’ applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO u r-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, it-tali awtorizzazzjonijiet.
21.A.602A Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi, jew tinsab fil-proċess li tipproduċi, oġġett tal-ETSO, u li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.602B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO.
21.A.602B Turija tal-kapaċità
Kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandu juri l-kapaċità tiegħu kif ġej:
(a) |
għall-produzzjoni, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, maħruġa f’konformità mas-Subparti G, jew permezz ta’ konformità mal-proċeduri tas-Subparti F; u |
(b) |
għad-disinn:
|
21.A.603 Applikazzjoni
(a) |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.605. |
(b) |
Meta tkun antiċipata sensiela ta’ tibdiliet minuri f’konformità mal-punt 21.A.611, l-applikant għandu jniżżel fl-applikazzjoni tiegħu n-numru bażiku tal-mudell tal-oġġett segwit min-numri assoċjati tal-parti b’parentesi miftuħa biex juri li ittri jew numri (jew kombinazzjoni tagħhom it-tnejn) tas-suffiss li jinbidlu se jiżdiedu minn żmien għal żmien. |
21.A.604 Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU)
Fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja:
(a) |
il-punti 21.A.15, 21.A.16B, 21.A.17, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, u 21.A.44 għandhom japplikaw b’deroga mill-punti 21.A.603, 21.A.606(c), 21.A.610 u 21.A.615, ħlief li Awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ f’konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip; |
(b) |
is-Subparti D jew is-Subparti E tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn b’deroga mill-punt 21.A.611. Meta tintuża s-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplementari. |
(c) |
Is-Subparti M tapplika għall-approvazzjoni tad-disinji tat-tiswijiet. |
21.A.605 Rekwiżiti tad-dejta
L-applikant għandu jissottometti d-dokumenti li ġejjin lill-Aġenzija:
(a) |
dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li l-applikant issodisfa r-rekwiżiti ta’ din is-Subparti; |
(b) |
Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP); |
(c) |
kopja waħda tad-dejta teknika meħtieġa fl-ETSO applikabbli; |
(d) |
l-espożizzjoni (jew referenza għall-espożizzjoni) imsemmija fil-punt 21.A.143 għall-għan li tinkiseb approvazzjoni adattata ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G jew il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi fil-punt 21.A.125A(b) għall-għan ta’ manifattura taħt is-Subparti F mingħajr approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni; |
(e) |
għal APU, il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi fil-punt 21.A.243 għall-għan li tinkiseb approvazzjoni adattata ta’ organizzazzjoni tad-disinn taħt is-Subparti J; |
(f) |
għall-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri msemmija fil-punt 21.A.602B(b)(2). |
21.A.606 Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO
L-applikant għandu jkun intitolat ikollu awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa mill-Aġenzija wara:
(a) |
li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.602B; u |
(b) |
li jkun wera li l-oġġett jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi tal-ETSO applikabbli, u jkun issottometta d-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità; |
(c) |
li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma mal-punt 21.A.609. |
21.A.607 Privileġġi ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO
Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO huwa intitolat jipproduċi u jimmarka l-oġġett bl-immarkar adattat tal-ETSO.
21.A.608 Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)
(a) |
Id-DDP għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Id-DDP għandha ġġib id-data u l-firma tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
21.A.609 Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO
Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt din is-Subparti għandu:
(a) |
jimmanifattura kull oġġett f’konformità mas-Subparti G jew is-Subparti F, li jiżgura li kull oġġett komplut ikun konformi mad-dejta tad-disinn tiegħu u jkun jista’ jiġi installat b’mod sikur; |
(b) |
jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, fajl kurrenti ta’ dejta u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.613; |
(c) |
jipprepara, jżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-airworthiness għall-oġġett; |
(d) |
jagħmel disponibbli lill-utenti tal-oġġett u lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba, dawk il-manwali tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni u t-tiswija li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tal-oġġett, kif ukoll it-tibdiliet li jsiru f’dawk il-manwali; |
(e) |
jimmarka kull oġġett f’konformità mal-punt 21.A.807; |
(f) |
jikkonforma mal-punti 21.A.3A, 21.A.3B u 21.A.4; |
(g) |
ikompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifikazzjoni tal-punt 21.A.602B. |
21.A.610 Approvazzjoni għal devjazzjoni
(a) |
Kull manifattur li jitlob l-approvazzjoni għal devjazzjoni minn kwalunkwe standard tal- prestazzjoni tal-ETSO għandu juri li l-istandards li minnhom tkun qed tintalab devjazzjoni jkunu kkompensati b’fatturi jew karatteristiċi tad-disinn li jkunu jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. |
(b) |
It-talba għall-approvazzjoni ta’ devjazzjoni, flimkien mad-dejta rilevanti kollha, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija. |
21.A.611 Tibdiliet fid-disinn
(a) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jista’ jagħmel tibdiliet minuri fid-disinn (kwalunkwe tibdila għajr tibdila maġġuri) mingħajr awtorizzazzjoni ulterjuri mill-Aġenzija. F’dan il-każ, l-oġġett mibdul għandu jżomm in-numru tal-mudell oriġinali (tibdiliet jew emendi fin-numri tal-partijiet għandhom jintużaw biex ikunu identifikati t-tibdiliet minuri) u d-detentur għandu jgħaddi lill-Aġenzija kwalunkwe dejta riveduta li tkun meħtieġa għall-konformità mal-punt 21.A.603(b). |
(b) |
Kwalunkwe tibdila fid-disinn li ssir mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO li tkun estensiva biżżejjed li tkun teħtieġ investigazzjoni sostanzjalment kompluta biex tkun stabbilita l-konformità mal-ETSO hija tibdila maġġuri. Qabel ma ssir it-tali tibdila, id-detentur għandu jassenja lill-oġġett deskrizzjoni ġdida tat-tip jew tal-mudell u japplika għal awtorizzazzjoni ġdida taħt il-punt 21.A.603. |
(c) |
L-ebda tibdila fid-disinn minn persuna fiżika jew ġuridika, għajr id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li tkun issottomettiet id-dikjarazzjoni tal-konformità għall-oġġett ma hija eliġibbli għall-approvazzjoni taħt din is-Subparti O, sakemm il-persuna li tkun qed titlob it-tali approvazzjoni ma tkunx applikat taħt il-punt 21.A.603 għal awtorizzazzjoni separata tal-ETSO. |
21.A.613 Żamma tar-rekords
B’referenza għar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords adattati għal jew assoċjati mas-sistema tal-kwalità, l-informazzjoni rilevanti kollha fuq id-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni għall-oġġett ittestjat, għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-oġġett u tal-prodott biċ-ċertifikat tat-tip li jkun twaħħal fih.
21.A.615 Spezzjoni mill-Aġenzija
Fuq talba tal-Aġenzija, kull applikant għal, jew detentur ta’, awtorizzazzjoni tal-ETSO għal oġġett, għandu jippermetti lill-Aġenzija:
(a) |
tkun preżenti għal kwalunkwe test; |
(b) |
tispezzjona l-fajls tad-dejta teknika ta’ dak l-oġġett. |
21.A.619 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija. |
21.A.621 Trasferibbiltà
Ħlief għal bdil fil-proprjetà tad-detentur, li għandu jitqies bħala tibdila sinifikanti, u għalhekk għandu jkun konformi mal-punt 21.A.147 u 21.A.247 kif applikabbli, awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) mhijiex trasferibbli.
SUBPARTI P – PERMESS GĦAT-TITJIR
21.A.701 Kamp ta’ applikazzjoni
(a) |
Il-permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx, jew li ma jkunx intwera li jissodisfaw, ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli imma li jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:
|
(b) |
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u l-approvazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tat-titjir. |
21.A.703 Eliġibbiltà
(a) |
Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra għal permess għat-titjir mitlub għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)15, fejn l-applikant għandu jkun is-sid. |
(b) |
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir. |
21.A.705 Awtorità kompetenti
Minkejja l-punt 21.1 ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), għall-iskop ta’ din is-Subparti, l-“awtorità kompetenti” għandha tkun:
(a) |
l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; jew |
(b) |
għal inġenju tal-ajru li ma jkunx irreġistrat, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ordna l-marki ta’ identifikazzjoni. |
21.A.707 Applikazzjoni għal permess għat-titjir
(a) |
F’konformità mal-punt 21.A.703 u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ joħroġ permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għal permess għat-titjir lill-awtorità kompetenti fil-forma u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità. |
(b) |
Kull applikazzjoni għal permess għat-titjir għandha tinkludi:
|
(c) |
Fejn il-kundizzjonijiet tat-titjir ma jkunux ġew approvati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għal permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.709. |
21.A.708 Kundizzjonijiet tat-titjir
Il-kundizzjonijiet tat-titjir jinkludu:
(a) |
il-konfigurazzjonijiet li għalihom ikun qed jintalab il-permess għat-titjir; |
(b) |
kull kundizzjoni jew restrizzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi:
|
(c) |
il-konvalidazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt (b); |
(d) |
il-metodu użat għall-kontroll tal-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, biex jibqa’ fil-limiti tal-kundizzjonijiet stabbiliti. |
21.A.709 Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir
(a) |
F’konformità mal-punt 21.A.707(c) u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir:
|
(b) |
Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għandha tinkludi:
|
21.A.710 Approvazzjoni tal-ku