EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0748

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 224, 21.8.2012, p. 1–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 024 P. 47 - 131

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/08/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj

21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Billi għandhom isiru iżjed emendi, għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni essenzjali biex jipprovdi għal livell uniformi għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u protezzjoni tal-ambjent. Huwa jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom. Huwa jistabbilixxi “Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) biex tassisti l-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-imsemmija regoli ta’ implimentazzjoni.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni biex jiżguraw l-airworthiness u l-kompatibilità ambjentali tal-prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dawn ir-rekwiżiti u l-proċeduri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, il-manteniment, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati relattivi.

(4)

L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u produzzjoni tal-prodotti, partijiet u tagħmir għandhom jintalbu biex ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti tekniċi sabiex juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom biex jaqdu dmirijiethom u l-privileġġi assoċjati magħhom. Il-Kummissjoni hija mitluba tistabbilixxi miżuri biex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-ħruġ, il-manteniment, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati li jagħtu xhieda ta’ dik il-konformità.

(5)

Fl-istabbiliment ta’ miżuri għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti essenzjali komuni fil-qasam tal-airworthiness, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li dawn ikunu jirriflettu l-istat tal-arti u l-aqwa prattiċi, meta jkunu konsidrati l-esperjenza tal-avjazzjoni fid-dinja u l-progress xjentifiku u tekniku, filwaqt li tippermetti li jkun hemm reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta’ inċidenti serji.

(6)

Il-bżonn li tkun żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-airworthiness u ambjentali komuni għall-prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsegwu proċeduri komuni u, fejn ikun japplika, l-Aġenzija trid teżamina l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. L-Aġenzija għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll materjal ta’ gwida biex tiġi ffaċilitata l-uniformità regolatorja meħtieġa.

(7)

Huwa meħtieġ li jiġi rikonoxxut l-issoktar tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(8)

Sabiex jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jiddaħħlu bidliet fir-rekwiżiti u fil-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni, b’mod partikulari sabiex jitfasslu r-regoli marbutin mal-wiri tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali u sabiex tiddaħħal il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jikkonforma ma’ standards li jinħarġu wara għal bidliet fiċ-ċertifikati tat-tip.

(9)

Il-kunċett u l-kumplessità tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja jixbhu ’l dawk tal-magni tal-inġenji tal-ajru u, xi kultant, id-disinn tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja jkun saħansitra ġej mid-disinn tal-magni. Għalhekk, jeħtieġ li jsiru bidliet fid-dispożizzjonijiet dwar it-tiswija tal-unitajiet ta’ qawwa awżiljarja sabiex jerġa’ jkun hemm konsistenza mal-proċessi tat-tiswija tal-magni.

(10)

Sabiex l-inġenji tal-ajru bil-magni mhux kumplessi, l-inġenji tal-ajru ta’ rikreazzjoni u l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir relatati jiġu suġġetti għal miżuri li jkunu proporzjonati mad-disinn u mat-tip ta’ tħaddim sempliċi tagħhom, filwaqt li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jiddaħħlu bidliet fir-rekwiżiti u fil-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk l-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir relatati, kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni u, b’mod partikulari, għas-sidien ta’ inġenji tal-ajru ħfief Ewropej ta’ inqas minn 2 000 kilogramm (ELA2) u ta’ inqas minn 1 200 kilogramm (ELA1), sabiex tiddaħħal il-possibbiltà li ċerti partijiet li mhumiex kritiċi għas-sikurezza jiġu aċċettati għall-installazzjoni mingħajr il-Formola 1 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA).

(11)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u bagħtithom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 bħala l-opinjonijiet bin-numri 01/2009 dwar “Il-possibbiltà li wieħed ma jżommx mal-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà fil-każ ta’ bidla fid-disinn”, 02/2009 dwar “Bidliet fl-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew marbutin mat-tiswija u mad-disinn”, 01/2010 dwar “is-Sottoparti J DOA” u 01/2011 dwar “Il-proċess tal-ELA u ‘l-bidliet u t-tiswijiet standard’ ”.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f'konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, u jispeċifika:

(a)

il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, ċertifikati tat-tip supplementari u tibdiliet għal dawk iċ-ċertifikati;

(b)

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness, ċertifikati tal-airworthiness ristretti, permessi għat-titjir u ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat;

(c)

il-ħruġ ta’ approvazzjonijiet ta’ disinji ta’ tiswija;

(d)

it-turija tal-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent;

(e)

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss;

(f)

l-identifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir;

(g)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet u tagħmir;

(h)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni;

(i)

il-ħruġ ta’ direttivi tal-airworthiness.

2.   Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“JAA” tfisser “Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Konġunti”;

(b)

“JAR” tfisser “Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Konġunti”;

(c)

“Parti 21” tfisser ir-rekwiżiti u proċeduri li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(d)

“Parti M” tfisser ir-rekwiżiti applikabbli tal-airworthiness kontinwa adottati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(e)

“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament;

(f)

“oġġett” tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili;

(g)

“ETSO” tfisser Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Order). L-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta’ airworthiness maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-“Aġenzija”) biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bħala standard ta’ prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi;

(h)

“EPA” tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti (European Part Approval). L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti ta’ oġġett tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO;

(i)

“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA1’ ” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i)

ajruplan b’massa ta’ tluq massima ta’ 1 200 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii)

glider jew glider bil-mutur b’massa ta’ tluq massima ta’ 1 200 kilogramma jew inqas;

(iii)

ballun tal-arja bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għall-blalen tal-arja sħuna, minn 1 050 m3 għall-blalen tal-arja tal-gass u minn 300 m3 għall-blalen tal-gass marbutin (“tethered”);

(iv)

ġifen tal-ajru magħmul b’mod li fih joqogħdu mhux aktar minn erba' (4) persuni u bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għall-iġfna tal-ajru li jaħdmu b’arja sħuna u ta’ mhux aktar minn 1 000 m3 għall-iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-gass;

(j)

“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA2’ ” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i)

ajruplan b’massa ta’ tluq massima ta’ 2 000 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii)

glider jew glider bil-mutur b’massa ta’ tluq massima ta’ 2 000 kilogramma jew inqas;

(iii)

ballun tal-arja;

(iv)

ġifen tal-ajru li jaħdem b’arja sħuna;

(v)

ġifen tal-ajru li jaħdem bil-gass, li jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

toqol statiku massimu ta’ 3 %;

forza propulsiva mhix diriġuta (għajr fid-direzzjoni opposta),

disinn konvenzjonali u sempliċi tal-istruttura, tas-sistema ta’ kontroll u tas-sistema “ballonet”,

kontrolli mhux assistiti;

(vi)

inġenju tal-ajru ħafif ħafna li jaħdem bir-rotors.

Artikolu 2

Ċertifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir

1.   Il-prodotti, partijiet u tagħmir għandu jinħarġilhom ċertifikat kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti 21).

2.   B’deroga mill-punt 1, inġenji tal-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li ma jkunux reġistrati fi Stat Membru, għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet H u I tal-Anness I (il-Parti 21). Dawn għandhom ikunu eżentati wkoll mid-dispożizzjonijiet tas-Subparti P tal-Anness I (il-Parti 21) minbarra meta l-marki ta’ identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru jkunu preskritti minn Stat Membru.

Artikolu 3

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip u ċertifikati tal-airworthiness relatati

1.   Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip, jew dokument li kien jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness, maħruġ qabel it-28 ta’ Settembru 2003 minn Stat Membru, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodott għandu jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ skont dan ir-Regolament meta:

(i)

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tiegħu kienet:

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-JAA, għal prodotti li jkunu ġew iċċertifikati skont il-proċeduri tal-JAA, kif iddefinit fl-iskeda informattiva tal-JAA tagħhom, jew

għal prodotti oħrajn, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kif iddefinita fl-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-Istat tad-disinn, jekk dak l-Istat tad-disinn kien:

Stat Membru, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kodiċijiet tal-airworthiness applikati u l-esperjenza fis-servizz, li din il-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip ma tipprevedix livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir Regolament (KE) Nru 216/2008 u dan ir-Regolament, jew

Stat li miegħu Stat Membru kien ikkonkluda ftehim bilaterali dwar l-airworthiness jew arranġament simili li taħtu dawn il-prodotti jkunu ġew iċċertifikati fuq il-bażi tal-kodiċijiet tal-airworthiness ta’ dak l-Istat tad-disinn, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax li dawn il-kodiċijiet tal-airworthiness jew l-esperjenza fis-servizz jew is-sistema ta’ sigurtà ta’ dak l-Istat tad-disinn ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha tagħmel l-ewwel evalwazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż bil-ħsieb li tgħaddi opinjoni lill-Kummissjoni inklużi emendi possibbli għal dan ir-Regolament;

(ii)

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali kienu dawk stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, applikabbli għall-prodott;

(iii)

id-direttivi applikabbli dwar l-airworthiness kienu dawk tal-Istat tad-disinn.

(b)

Id-disinn ta’ inġenju tal-ajru individwali, li kien fir-reġistru ta’ Stat Membru qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandu jitqies li kien approvat skont dan ir-Regolament meta:

(i)

id-disinn tat-tip bażiku tiegħu kien parti miċ-ċertifikat tat-tip imsemmi fil-punt (a);

(ii)

kull bdil f’dan id-disinn tat-tip bażiku, li ma kienx fir-responsabbiltà tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, kien ġie approvat; u

(iii)

id-direttivi tal-airworthiness maħruġa jew adottati mill-Istat Membru tar-reġistru qabel it-28 ta’ Settembru 2003 kienu osservati, inkluża kwalunkwe varjazzjoni fid-direttivi tal-airworthiness tal-Istat tad-disinn aċċettati mill-Istat Membru tar-reġistru.

2.   Rigward prodotti li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-tip mill-JAA jew Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a)

jekk prodott ikun taħt ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b)

il-punti 21.A.15(a), (b) u (c) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw;

(c)

b’deroga mill-punt 21.A.17(a) tal-Anness I (il-Parti 21), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni;

(d)

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.20(a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21).

3.   Rigward prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ bidla li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun skont dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

(a)

jekk ikun qed jiġi eżegwit proċess ta’ approvazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b)

il-punt 21.A.93 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika;

(c)

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, mill-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-bidla;

(d)

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.103(a)(2) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21).

4.   Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun iddeterminat skont dan ir-Regolament, konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.433(a) tal-Anness I (il-Parti 21).

5.   Ċertifikat tal-airworthiness maħruġ minn Stat Membru li jkun jafferma l-konformità maċ-ċertifikat tat-tip determinat skont il-punt 1 għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip supplementari

1.   Rigward ċertifikati tat-tip supplementari maħruġa minn Stat Membru skont il-proċeduri tal-JAA jew proċeduri nazzjonali applikabbli u rigward tibdiliet fil-prodotti propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li kienu ġew approvati minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jekk iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla, kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu skont dan ir-Regolament.

2.   Rigward ċertifikati tat-tip supplementari li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri tal-JAA applikabbli għal ċertifikat tat-tip supplementari u rigward bdil maġġuri fil-prodotti, propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li għalih kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a)

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b)

il-punti 21.A.113 (a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw;

(c)

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni għal bidla maġġuri;

(d)

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.115(a) tal-Anness I (il-Parti 21).

Artikolu 5

Tħaddim kontinwu ta’ ċerti inġenji tal-ajru rreġistrati minn Stati Membri

Rigward inġenju tal-ajru li ma jistax jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ skont l-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, li jkun inħariġlu ċertifikat tal-airworthiness minn Stat Membru qabel ma r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 sar applikabbli f’dak l-Istat Membru (4), li kien fir-reġistru tiegħu f’dik id-data, u li kien għadu fir-reġistru ta’ Stat Membru fit-28 ta’ Marzu 2007, il-kombinazzjoni ta’ dan li ġej għandha titqies li tikkostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet partikolari tal-airworthiness maħruġa skont dan ir-Regolament:

(a)

l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip għall-ħoss, jew dokumenti ekwivalenti, tal-Istat tad-disinn, bil-kundizzjoni li l-Istat tad-disinn ikun daħal fi ftehim ta’ ħidma xieraq mal-Aġenzija skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jkun ikopri l-airworthiness kontinwa tad-disinn ta’ tali inġenju tal-ajru;

(b)

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, skont kif ikunu japplikaw għal dak l-inġenju tal-ajru; u

(c)

l-informazzjoni mandatarja dwar l-airworthiness kontinwa tal-Istat tad-disinn.

Artikolu 6

Validità kontinwa ta’ ċertifikati ta’ partijiet u tagħmir

1.   Approvazzjonijiet ta’ partijiet u tagħmir maħruġa minn Stat Membru u li kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont dan ir-Regolament.

2.   Rigward partijiet u tagħmir li għalihom kien għaddej proċess ta’ awtorizzazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a)

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ awtorizzazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b)

il-punt 21.A.603 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika;

(c)

ir-rekwiżiti għad-dejta applikabbli stabbiliti fil- punt 21.A.605 tal-Anness I (il-Parti 21) għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Istat Membru rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni;

(d)

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-Istat Membru rilevanti għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.606(b) tal-Anness I (il-Parti 21).

Artikolu 7

Permess għat-titjir

Il-kundizzjonijiet determinati qabel it-28 ta’ Marzu 2007 mill-Istati Membri għall-permessi għat-titjir jew ċertifikat tal-airworthiness ieħor maħruġ għal inġenju tal-ajru li ma kellux ċertifikat tal-airworthiness jew ċertifikat tal-airworthiness ristrett maħruġ skont dan ir-Regolament, jitqiesu li jkunu ġew iddeterminati skont dan ir-Regolament, sakemm l-Aġenzija ma tkunx iddeċidiet qabel it-28 ta’ Marzu 2008 li dawn il-kundizzjonijiet ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Organizzazzjonijiet tad-disinn

1.   Organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, jew mit-tibdiliet jew tiswijiet ta’ dawn, għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21).

2.   B’deroga mill-punt 1, organizzazzjoni li l-post ewlieni tagħha tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, tista’ turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom din tkun qed tapplika, sakemm:

(a)

l-Istat ikun l-Istat tad-disinn; u

(b)

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

3.   L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Organizzazzjonijiet tal-produzzjoni

1.   Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir għandha turi l-kapaċità tagħha f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21).

2.   B’deroga mill-punt 1, manifattur li l-post ewlieni tiegħu tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, jista’ juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom dan ikun qed japplika, sakemm:

(a)

l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura; u

(b)

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess l-livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

3.   L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Miżuri meħudin mill-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli tal-konformità (minn hawn ’il quddiem imsejħin “MAK”) li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet, mill-organizzazzjonijiet u mill-persunal kompetenti biex tintwera l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.

2.   Il-MAK li toħroġ l-Aġenzija la għandhom idaħħlu rekwiżiti ġodda u lanqas m’għandhom itaffu r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.

3.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, meta jintużaw il-mezzi aċċettabbli tal-konformità li toħroġ l-Aġenzija, ir-rekwiżiti relatati mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu ntlaħqu mingħajr il-bżonn li dan jintwera b’iktar affarijiet.

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  Għall-UE 15: it-28 ta’ Settembru 2003; għall-UE 10: l-1 ta’ Mejju 2004 u għall-UE 2: l-1 ta’ Jannar 2007.


ANNESS I

PARTI 21

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni

Kontenut

21.1

Ġenerali 14

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI 14

SUBPARTI A –

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 14

21.A.1

Kamp ta’ applikazzjoni 14

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat 14

21.A.3A

Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti 14

21.A.3B

Direttivi tal-airworthiness 15

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni 15

SUBPARTI B –

ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI 15

21.A.11

Kamp ta’ applikazzjoni 15

21.A.13

Eliġibbiltà 16

21.A.14

Turija tal-kapaċità 16

21.A.15

Applikazzjoni 16

21.A.16A

Kodiċijiet tal-airworthiness 16

21.A.16B

Kundizzjonijiet speċjali 16

21.A.17

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip 17

21.A.18

Għażla ta’ rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli u speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni 17

21.A.19

Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid 18

21.A.20

Konformità mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali 18

21.A.21

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip 18

21.A.23

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett 18

21.A.31

Disinn tat-tip 19

21.A.33

Spezzjoni u testijiet 19

21.A.35

Testijiet tat-titjiriet 19

21.A.41

Ċertifikat tat-tip 20

21.A.44

Obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat 20

21.A.47

Trasferibbiltà 20

21.A.51

Perjodu u validità kontinwa 20

21.A.55

Żamma tar-rekords 20

21.A.57

Manwali 21

21.A.61

Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa 21
(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI) 21

SUBPARTI D —

TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI 21

21.A.90A

Kamp ta’ applikazzjoni 21

21A.90B

Tibdil standard 21

21.A.91

Klassifikazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip 21

21.A.92

Eliġibbiltà 22

21.A.93

Applikazzjoni 22

21.A.95

Tibdiliet minuri 22

21.A.97

Tibdiliet maġġuri 22

21.A.101

Għażla tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli 22

21.A.103

Ħruġ tal-approvazzjoni 23

21.A.105

Żamma tar-rekords 24

21.A.107

Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa 24

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA 24

SUBPARTI E –

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI 24

21.A.111

Kamp ta’ applikazzjoni 24

21.A.112A

Eliġibbiltà 24

21.A.112B

Turija tal-kapaċità 24

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari 25

21.A.114

Turija tal-konformità 25

21.A.115

Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplementari 25

21.A.116

Trasferibbiltà 25

21.A.117

Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari 25

21.A.118A

Obbligi u mmarkar tal-EPA 26

21.A.118B

Perjodu u validità kontinwa 26

21.A.119

Manwali 26

21.A.120

Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa 26

SUBPARTI F –

PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI 26

21.A.121

Kamp ta’ applikazzjoni 26

21.A.122

Eliġibbiltà 27

21.A.124

Applikazzjoni 27

21.A.125A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim 27

21.A.125B

Konstatazzjonijiet 27

21.A.125C

Perjodu u validità kontinwa 28

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni 28

21.A.127

Testijiet: inġenji tal-ajru 28

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen 29

21.A.129

Obbligi tal-manifattur 29

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità 29

SUBPARTI G –

APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI 30

21.A.131

Kamp ta’ applikazzjoni 30

21.A.133

Eliġibbiltà 30

21.A.134

Applikazzjoni 30

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni 30

21.A.139

Sistema tal-Kwalità 30

21.A.143

Espożizzjoni 31

21.A.145

Rekwiżiti għall-approvazzjoni 32

21.A.147

Tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata 32

21.A.148

Tibdiliet fil-post 33

21.A.149

Trasferibbiltà 33

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni 33

21.A.153

Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni 33

21.A.157

Investigazzjonijiet 33

21.A.158

Konstatazzjonijiet 33

21.A.159

Perjodu u validità kontinwa 34

21.A.163

Privileġġi 34

21.A.165

Obbligi tad-detentur 34

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI 35

21.A.171

Kamp ta’ applikazzjoni 35

21.A.172

Eliġibbiltà 35

21.A.173

Klassifikazzjoni 35

21.A.174

Applikazzjoni 35

21.A.175

Lingwa 36

21.A.177

Emenda jew modifika 36

21.A.179

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri 36

21.A.180

Spezzjonijiet 37

21.A.181

Perjodu u validità kontinwa 37

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru 37

SUBPARTI I –

ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS 37

21.A.201

Kamp ta’ applikazzjoni 37

21.A.203

Eliġibbiltà 37

21.A.204

Applikazzjoni 37

21.A.207

Emenda jew modifika 38

21.A.209

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri 38

21.A.210

Spezzjonijiet 38

21.A.211

Perjodu u validità kontinwa 38

SUBPARTI J –

APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN 38

21.A.231

Kamp ta’ applikazzjoni 38

21.A.233

Eliġibbiltà 38

21.A.234

Applikazzjoni 39

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn 39

21.A.239

Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn 39

21.A.243

Dejta 39

21.A.245

Rekwiżiti għall-approvazzjoni 39

21.A.247

Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn 40

21.A.249

Trasferibbiltà 40

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni 40

21.A.253

Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni 40

21.A.257

Investigazzjonijiet 40

21.A.258

Konstatazzjonijiet 40

21.A.259

Perjodu u validità kontinwa 41

21.A.263

Privileġġi 41

21.A.265

Obbligi tad-detentur 42

SUBPARTI K –

PARTIJIET U TAGĦMIR 42

21.A.301

Kamp ta’ applikazzjoni 42

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli 42

21.A.305

Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir 42

21.A.307

Rilaxx ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni 42
(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI) 43

SUBPARTI M —

TISWIJIET 43

21.A.431A

Kamp ta’ applikazzjoni 43

21A.431B

Tiswijiet standard 43

21.A.432A

Eliġibbiltà 43

21.A.432B

Turija tal-kapaċità 43

21.A.433

Disinn tat-tiswija 44

21.A.435

Klassifikazzjoni tat-tiswijiet 44

21.A.437

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija 44

21.A.439

Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija 44

21.A.441

Tiswir tat-tiswija 44

21.A.443

Limitazzjonijiet 45

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija 45

21.A.447

Żamma tar-rekords 45

21.A.449

Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa 45

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA 45
(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI) 46

SUBPARTI O –

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW 46

21.A.601

Kamp ta’ applikazzjoni 46

21.A.602A

Eliġibbiltà 46

21.A.602B

Turija tal-kapaċità 46

21.A.603

Applikazzjoni 46

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 46

21.A.605

Rekwiżiti tad-dejta 47

21.A.606

Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO 47

21.A.607

Privileġġi tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO 47

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-Disinn u Prestazzjoni (DDP) 47

21.A.609

Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO 47

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni 48

21.A.611

Tibdiliet fid-disinn 48

21.A.613

Żamma tar-rekords 48

21.A.615

Spezzjoni mill-Aġenzija 48

21.A.619

Perjodu u validità kontinwa 48

21.A.621

Trasferibbiltà 49

SUBPARTI P –

PERMESS GĦAT-TITJIR 49

21.A.701

Kamp ta’ applikazzjoni 49

21.A.703

Eliġibbiltà 49

21.A.705

Awtorità kompetenti 49

21.A.707

Applikazzjoni għal permess għat-titjir 50

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir 50

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir 50

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir 50

21.A.711

Ħruġ ta’ permess għat-titjir 51

21.A.713

Tibdiliet 51

21.A.715

Lingwa 51

21.A.719

Trasferibbiltà 51

21.A.721

Spezzjonijiet 52

21.A.723

Perjodu u validità kontinwa 52

21.A.725

Tiġdid ta’ permess għat-titjir 52

21.A.727

Obbligi tad-detentur tal-permess għat-titjir 52

21.A.729

Żamma tar-rekords 52

SUBPARTI Q –

IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR 52

21.A.801

Identifikazzjoni ta’ prodotti 52

21.A.803

Immaniġġjar tad-dejta ta’ identifikazzjoni 53

21.A.804

Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir 53

21.A.805

Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi 53

21.A.807

Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO 53

TAQSIMA B —

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI 54

SUBPARTI A –

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 54

21.B.5

Kamp ta’ applikazzjoni 54

21.B.20

Obbligi tal-awtorità kompetenti 54

21.B.25

Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti 54

21.B.30

Proċeduri dokumentati 54

21.B.35

Tibdiliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri 54

21.B.40

Riżoluzzjoni ta’ tilwim 55

21.B.45

Rappurtar/koordinazzjoni 55

21.B.55

Żamma tar-rekords 55

21.B.60

Direttivi tal-airworthiness 55

SUBPARTI B –

ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI 55
(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI) 55

SUBPARTI D —

TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI 55

SUBPARTI E –

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI 55

SUBPARTI F –

PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI 55

21.B.120

Investigazzjoni 55

21.B.125

Konstatazzjonijiet 56

21.B.130

Ħruġ tal-ittra ta’ ftehim 56

21.B.135

Żamma tal-ittra ta’ ftehim 56

21.B.140

Emenda ta’ ittra ta’ ftehim 57

21.B.145

Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ ittra ta’ ftehim 57

21.B.150

Żamma tar-rekords 57

SUBPARTI G –

APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI 57

21.B.220

Investigazzjoni 57

21.B.225

Konstatazzjonijiet 58

21.B.230

Ħruġ ta’ ċertifikat 58

21.B.235

Sorveljanza kontinwa 58

21.B.240

Emenda ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni 59

21.B.245

Sospensjoni u revoka ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni 59

21.B.260

Żamma tar-rekords 59

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI 59

21.B.320

Investigazzjoni 59

21.B.325

Ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness 60

21.B.326

Ċertifikat tal-airworthiness 60

21.B.327

Ċertifikat tal-airworthiness ristrett 60

21.B.330

Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-airworthiness u ta’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti 61

21.B.345

Żamma tar-rekords 61

SUBPARTI I –

ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS 61

21.B.420

Investigazzjoni 61

21.B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss 62

21.B.430

Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss 62

21.B.445

Żamma tar-rekords 62

SUBPARTI J –

APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN 62

SUBPARTI K –

PARTIJIET U TAGĦMIR 62
(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI) 62

SUBPARTI M —

TISWIJIET 62
(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI) 62

SUBPARTI O –

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW 62

SUBPARTI P –

PERMESS GĦAT-TITJIR 63

21.B.520

Investigazzjoni 63

21.B.525

Ħruġ ta’ permessi għat-titjir 63

21.B.530

Revoka ta’ permessi għat-titjir 63

21.B.545

Żamma tar-rekords 63

SUBPARTI Q –

IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR 63
Appendiċijiet 64

Appendiċi I —

il-Formola 1 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat; 65

Appendiċi II —

il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Airworthiness; 70

Appendiċi III —

il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-titjir; 71

Appendiċi IV —

il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati; 72

Appendiċi V —

il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett; 73

Appendiċi VI —

il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Airworthiness; 74

Appendiċi VII —

il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-ħoss; 75

Appendiċi VIII —

il-Formola 52 tal-EASA — Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru; 76

Appendiċi IX —

il-Formola 53 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz; 79

Appendiċi X —

il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni; 81

Appendiċi XI —

il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. 83

21.1   Ġenerali

Għall-għan ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), “l-awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a)

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru; jew l-Aġenzija jekk ikun mitlub hekk minn dak l-Istat Membru; jew

(b)

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat li mhux membru, l-Aġenzija.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A –   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1   Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, u ta’ detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li se jinħareġ f’konformità ma’ din it-Taqsima.

21.A.2   Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li jittieħdu kif suppost mid-detentur ta’, jew mill-applikant għal, ċertifikat għal xi prodott, parti jew tagħmir taħt din it-Taqsima, jistgħu jittieħdu f’ismu minn kwalunkwe persuna oħra, fiżika jew ġuridika, sakemm id-detentur ta’, jew l-applikant għal, dak iċ-ċertifikat ikun jista’ juri li dan ikun għamel ftehim mal-persuna l-oħra biex ikun żgurat li l-obbligi tad-detentur ikunu jew ikunu se jiġu eżegwiti kif suppost.

21.A.3A   Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

(a)

Sistema ta’ Ġbir, Investigazzjoni u Analiżi tad-Dejta

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (ETSO), ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jkollu sistema biex jiġbor, jinvestiga u janalizza rapporti ta’ u informazzjoni marbuta ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw, jew jistgħu jikkawżaw, effetti kuntrarji fuq l-airworthiness kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament. L-informazzjoni fuq din is-sistema għandha tkun disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt Regolamenti ta’ implimentazzjoni assoċjati oħra.

(b)

Rappurtar lill-Aġenzija

1.

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO, ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe ħsara, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra li huwa jkun jaf biha li għandha x’taqsam mal-prodott, il-parti jew it-tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, u li jkun irriżulta, jew jista’ jirriżulta, f’kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza.

2.

Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ dawn għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni tan-nuqqas ta’ sikurezza, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi straordinarji li ma jkunux jippermettu dan.

(c)

Investigazzjoni ta’ Okkorrenzi Rappurtati

1.

Meta okkorrenza rappurtata taħt il-punt (b), jew taħt il-punti 21.A.129(f)(2) jew 21.A.165(f)(2) tkun ġejja minn defiċjenza fid-disinn, jew minn defiċjenza fil-manifattura, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella l-manifattur kif xieraq, għandu jinvestiga r-raġuni għad-defiċjenza u jirrapporta lill-Aġenzija r-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u dwar kwalunkwe azzjoni li dan ikun qed jieħu, jew li qed jipproponi li jieħu, biex isewwi dik id-defiċjenza.

2.

Jekk l-Aġenzija ssib li azzjoni tkun meħtieġa biex tissewwa d-defiċjenza, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella l-manifattur, għandu jissottometti d-dejta rilevanti lill-Aġenzija.

21.A.3B   Direttivi tal-airworthiness

(a)

Direttiva tal-airworthiness tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru biex dawn jerġgħu lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza, meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru altrimenti tista’ tkun kompromessa.

(b)

L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva tal-airworthiness meta:

1.

ikun ġie stabbilita mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’inġenju tal-ajru, u dan b’riżultat ta’ defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun, f’parti jew f’tagħmir installat fuq dan l-inġenju tal-ajru; u

2.

dik il-kundizzjoni x’aktarx li tkun teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħra.

(c)

Meta direttiva tal-airworthiness ikollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza msemmija fil-punt (b), jew biex jintalab it-twettiq ta’ spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu:

1.

jipproponi l-azzjoni xierqa ta’ korrezzjoni jew spezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta’ dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

2.

wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-proposti msemmija taħt il-punt (1), jagħmel disponibbli lill-operaturi jew lis-sidien magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna meħtieġa li tikkonforma mad-direttiva tal-airworthiness, id-dejta deskrittiva xierqa kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni.

(d)

Direttiva tal-airworthiness għandu jkollha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2.

identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru affettwat;

3.

l-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4.

iż-żmien ta’ konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5.

id-data tad-dħul fis-seħħ.

21.A.4   Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni ta’ tibdila fid-disinn tat-tip jew approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija, għandu jikkollabora mal-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikun żgurat:

(a)

il-koordinazzjoni sodisfaċenti tad-disinn u l-produzzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.122 jew mill-punt 21.A.133 jew mill-punt 21.A.165(c)(2), kif xieraq; u

(b)

l-appoġġ xieraq tal-airworthiness kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir.

SUBPARTI B –   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip għall-prodotti u ċertifikati tat-tip ristretti għall-inġenji tal-ajru, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.

21.A.13   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrettp taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21.A.14   Turija tal-kapaċità

(a)

Kwalunkwe organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J.

(b)

B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet ta’ disinn speċifiku, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21), meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

inġenju tal-ajru tat-tip “ELA2”;

2.

magna jew skrun installat f’inġenju tal-ajru tat-tip ELA2;

3.

magna bil-pistin;

4.

skrun b’angolu tal-qala’ (pitch) fiss jew aġġustabbli.

(c)

B’deroga mill-punt (a), għat-turija tal-kapaċità applikant jista’ jagħżel li jipprovdi lill-Aġenzija bil-programm taċ-ċertifikazzjoni meħtieġ skont il-punt 21A.20(b) meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

inġenju tal-ajru tat-tip “ELA1”;

2.

magna jew skrun installat f’inġenju tal-ajru tat-tip ELA1.

21.A.15   Applikazzjoni

(a)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija.

(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandha tkun akkumpanjata minn disinn tridimensjonali ta’ dak l-inġenju tal-ajru, kif ukoll minn dejta bażika preliminari, inklużi l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim proposti.

(c)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip ta’ magna jew skrun għandha tkun akkumpanjata minn disinn ta’ arranġament ġenerali, minn deskrizzjoni tal-karatteristiċi tad-disinn, il-karatteristiċi tat-tħaddim, u l-limitazzjonijiet tat-tħaddim proposti, tal-magna jew l-iskrun.

21.A.16A   Kodiċijiet tal-airworthiness

L-Aġenzija għandha toħroġ f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 kodiċijiet tal-airworthiness bħala mezz standard biex tintwera l-konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dawn il-kodiċijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi b’mod suffiċjenti biex juru lill-applikanti l-kundizzjonijiet li taħthom jinħarġu ċ-ċertifikati.

21.A.16B   Kundizzjonijiet speċjali

(a)

L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa kundizzjonijiet speċjali, għal prodott, jekk il-kodiċi tal-airworthiness relatat ma jkunx fih standards ta’ sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott, jew għax:

1.

il-prodott, b’rabta mal-prattiċi tad-disinn li fuqhom il-kodiċi tal-airworthiness applikabbli jkun ibbażat, ikollu karatterisitiċi ta’ disinn ġodda jew mhux tas-soltu; jew

2.

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3.

l-esperjenza minn prodotti simili oħra fis-servizz jew minn prodotti li jkollhom karatteristiċi tad-disinn simili, tkun uriet li jistgħu jiżviluppaw xi kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ sikurezza.

(b)

Il-kundizzjonijiet speċjali jkollhom tali standards ta’ sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li jkunu meħtieġa sabiex tistabbilixxi livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi tal-airworthiness applikabbli.

21.A.17   Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip

(a)

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip li għandha tiġi notifikata għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tkun tikkonsisti minn dan li ġej:

1.

il-kodiċi tal-airworthiness applikabbli stabbilit mill-Aġenzija li jkun effettiv fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat sakemm:

(i)

ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija; jew

(ii)

il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ emendi li jsiru effettivi aktar tard ma jkunux ġew magħżula mill-applikant jew meħtieġa taħt il-punti (c) u (d);

2.

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta f’konformità mal-punt 21.A.16B(a).

(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip għal ajruplani kbar u inġenji tal-ajru kbar bir-rotors għandha tkun effettiva għal ħames snin u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip ieħor għandha tkun effettiva għal tliet snin, sakemm l-applikant ma jurix fiż-żmien tal-applikazzjoni li l-prodott tiegħu jkun jeħtieġ perjodu ta’ żmien itwal għad-disinn, l-iżvilupp, u l-ittestjar, u l-Aġenzija ma tkunx approvat perjodu itwal ta’ żmien.

(c)

Fil-każ fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip, jew ikun ċar li ċ-ċertifikat tat-tip ma jkunx se jinħareġ, fil-limitu ta’ żmien stabbilit taħt il-punt (b), l-applikant jista’:

1.

jagħmel applikazzjoni ġdida għaċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-punt (a) applikabbli għal applikazzjoni oriġinali; jew

2.

japplika għal estensjoni tal-applikazzjoni oriġinali u jikkonforma mal-kodiċijiet tal-airworthiness applikabbli li kienu effettivi f’data, li għandha tingħażel mill-applikant, mhux qabel id-data li tippreċedi d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tat-tip bil-limitu taż-żmien stabbilit taħt il-punt (b) għall-applikazzjoni oriġinali.

(d)

Jekk l-applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ emenda għall-kodiċijiet tal-airworthiness li tkun effettiva wara l-preżentazzjoni uffiċjali tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip, huwa għandu wkoll jikkonforma ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata b’mod dirett.

21.A.18   Għażla ta’ rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli u speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

(a)

Ir-rekwiżiti tal-ħoss li huma applikabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru huma preskritti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tal-Anness 16, Volum I, Parti II tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:

1.

għal ajruplani ġett subsoniċi, fil-Volum I, Parti II, Kapitoli 2, 3 u 4, kif applikabbli;

2.

għal ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Volum I, Parti II, Kapitoli 3, 4, 5, 6 u 10, kif applikabbli;

3.

għal ħelikopters, fil-Volum I, Parti II, Kapitoli 8 u 11, kif applikabbli; u

4.

għal ajruplani supersoniċi, fil-Volum I, Parti II, Kapitolu 12, kif applikabbli.

(b)

Ir-rekwiżiti ta’ emissjoni li huma applikabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip għal inġenju tal-ajru u magna huma preskritti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:

1.

għall-prevenzjoni ta’ vventjar intenzjonali għall-fjuwil, fil-Volum II, Parti II, Kapitolu 2;

2.

għall-emissjonijiet ta’ magni turboġett u turbofan maħsuba biss għall-propulsjoni f’veloċitajiet subsoniċi, fil-Volum II, Parti III, Kapitolu 2; u

3.

għall-emissjonijiet ta’ magni turboġett u turbofan maħsuba biss għall-propulsjoni f’veloċitajiet supersoniċi, fil-Volum II, Parti III, Kapitolu 3.

(c)

L-Aġenzija għandha toħroġ, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni li jipprovdu għal mezzi aċċettabbli għat-turija ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-ħoss u l-emissjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) rispettivament.

21.A.19   Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi tibdiliet fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdiliet fid-disinn, il-qawwa, il-forza propulsiva jew il-massa jkunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sostanzjalment kompleta tal-konformità mal-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.

21.A.20   Konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

(a)

L-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif ukoll mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u għandu jipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi li permezz tagħhom tkun intweriet din il-konformità.

(b)

L-applikant għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi programm taċ-ċertifikazzjoni li jkun fih id-dettalji dwar il-mezzi li bihom se tintwera l-konformità. Dan id-dokument għandu jiġi aġġornat skont il-bżonn matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni.

(c)

L-applikant għandu jirreġistra l-ġustifikazzjoni tal-konformità fid-dokumenti tal-konformità skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti skont il-punt (b).

(d)

L-applikant għandu jiddikjara li huwa wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni stabbilit skont il-punt (b).

(e)

Fejn l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta’ organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-punt (d) għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti J.

21.A.21   Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip ta’ prodott maħruġ mill-Aġenzija wara:

(a)

li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.14;

(b)

li jkun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija f’punt 21.A.20(d); u

(c)

li jkun wera li:

1.

il-prodott li jkun se jiġi ċertifikat ikun jissodisfa l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali magħżula f’konformità mal-punti 21.A.17 u 21.A.18;

2.

kwalunkwe dispożizzjonijiet tal-airworthiness li ma jkunx hemm konformità magħhom jiġu kkumpensati b’fatturi li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza;

3.

l-ebda karatteristika ma tkun toħloq nuqqas ta’ sikurezza għall-użu li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni; u

4.

l-applikant għaċ-ċertifikat tat-tip ikun iddikjara espressament li huwa lest li jikkonforma mal-punt 21.A.44.

(d)

Fil-każ ta’ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, il-magna jew l-iskrun, jew it-tnejn, jekk dawn ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru, għandu jkollhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

21.A.23   Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

Għal inġenju tal-ajru li ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.21(c), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip ristrett maħruġ mill-Aġenzija wara:

1.

li jkun ikkonforma mal-bażi xierqa taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita mill-Aġenzija biex tkun żgurata s-sikurezza adegwata tal-użu li għalih l-inġenju tal-ajru huwa maħsub, kif ukoll mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

2.

li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma mal-punt 21.A.44.

(b)

Il-magna jew l-iskrun installat(a) fuq l-ajruplan, jew it-tnejn, għandhom:

1.

ikollhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew

2.

ikunu wrew konformità mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa taċ-ċertifikazzjoni biex ikunu żgurati titjiriet mingħajr periklu.

21.A.31   Disinn tat-tip

(a)

Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:

1.

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u l-lista ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, li huma meħtieġa biex ikunu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li jkun juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

2.

informazzjoni fuq materjali u proċessi u fuq metodi ta’ manifattura u twaħħil tal-prodott meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità tal-prodott;

3.

taqsima approvata tal-limitazzjonijiet tal-airworthiness tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, kif stabbilit bil-kodiċi tal-airworthiness applikabbli; u

4.

kwalunkwe dejta oħra meħtieġa biex tippermetti b’mod komparattiv, id-determinazzjoni tal-airworthiness, il-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil, u emissjonijiet ta’ duħħan (fejn applikabbli) ta’ prodotti tal-istess tip li jkunu saru wara.

(b)

Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat b’mod adegwat.

21.A.33   Spezzjoni u testijiet

(a)

L-applikant għandu jwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kollha meħtieġa biex juri konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali.

(b)

Qabel ma jsir kull test meħtieġ taħt il-punt (a), l-applikant għandu jkun stabbilixxa:

1.

għall-kampjun tat-test:

(i)

li l-materjali u l-proċessi jkunu jikkonformaw b’mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tip propost;

(ii)

li l-partijiet tal-prodott ikunu jikkonformaw b’mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost;

(iii)

li l-proċessi tal-manifattura, l-kostruzzjoni u t-twaħħil ikunu jikkonformaw b’mod adegwat ma’ dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; u

2.

li t-tagħmir tat-test u t-tagħmir kollu tal-kejl li jintuża għat-testijiet ikunu adegwati għat-test u jkunu kalibrati b’mod xieraq.

(c)

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija tagħmel kwalunkwe spezzjoni meħtieġa biex tivverifika l-konformità mal-punt (b).

(d)

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, u tagħmel jew tkun preżenti għal kwalunkwe titjira jew test fuq l-art li jkunu meħtieġa biex tkun tista’ tivverifika l-validità tad-dikjarazzjoni ta’ konformità sottomessa mill-applikant taħt il-punt 21.A.20(d), kif ukoll biex tistabbilixxi li l-ebda karatteristika ma tkun qed tnaqqas is-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(e)

Għal testijiet magħmula jew ivverifikati mill-Aġenzija taħt il-punt (d):

1.

l-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija dikjarazzjoni ta’ konformità mal-punt (b); u

2.

b’rabta mat-test, bejn iż-żmien li fih tintwera konformità mal-punt (b) u ż-żmien li fih prodott, parti jew tagħmir jiġi ppreżentat lill-Aġenzija għat-test, ma tista’ ssir l-ebda tibdila fil-prodott, parti jew tagħmir li tista’ taffettwa d-dikjarazzjoni ta’ konformità.

21.A.35   Testijiet tat-titjiriet

(a)

L-ittestjar tat-tijiriet għall-għan li jinkiseb ċertifikat tat-tip għandu jsir f’konformità mal-kundizzjonijiet għal dan it-tip ta’ ttestjar speċifikat mill-Aġenzija.

(b)

L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha li l-Aġenzija tkun tikkonsidra bħala meħtieġa:

1.

biex tkun stabbilita l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

2.

biex ikun stabbilit jekk hemmx garanzija biżżejjed li l-inġenji tal-ajru, il-partijiet u t-tagħmir tagħhom ikunu ta’ min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost biex inġenji tal-ajru jiġu ċċertifikati taħt dan l-Anness I (il-Parti 21), għajr għal

(i)

gliders u gliders bil-magna;

(ii)

blalen tal-arja u iġfna tal-ajru ddefiniti bħala tat-tip “ELA1” jew “ELA2”, u

(iii)

ajruplani li għandhom Massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 722 kg jew inqas.

(c)

(Riżervat)

(d)

(Riżervat)

(e)

(Riżervat)

(f)

It-testijiet tat-titjira preskritti fil-punt (b)(2) għandhom jinkludu:

1.

għal inġenji tal-ajru li jkun fihom magni b’turbina ta’ tip li ma jkunx intuża qabel f’inġenju tal-ajru li għandu ċertifikat tat-tip, tal-anqas 300 siegħa ta’ tħaddim bil-kompliment kollu ta’ magni li jkunu jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip; u

2.

għal kull inġenju tal-ajru ieħor, tal-anqas 150 siegħa ta’ tħaddim.

21.A.41   Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett huma t-tnejn konsidrati li jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-airworthiness u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru t-tnejn jinkludu l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-ħoss. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna tinkludi r-rekord ta’ konformità ta’ emissjoni.

21.A.44   Obbligi tad-detentur

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.55, 21.A.57 u 21.A.61; u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà taħt il-punt 21.A.14; u

(b)

jispeċifika l-immarkar f’konformità mas-Subparti Q.

21.A.47   Trasferibbiltà

It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tista’ tassumi l-obbligi taħt il-punt 21.A.44, u li, għal dan il-għan, tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.14.

21.A.51   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Ċertifikat tat-tip u ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinħarġu għal perjodu illimitat. Dawn jibqgħu validi jekk:

1.

id-detentur taċ-ċertifikat jibqa’ konformi ma’ dan l-Anness 1 (il-Parti 21); u

2.

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jingħata lura lill-Aġenzija.

21.A.55   Żamma tar-rekords

L-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott ittestjat, għandhom jinżammu mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-airworthiness kontinwa u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott.

21.A.57   Manwali

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għall-prodott, u għandu jipprovdi kopji tagħhom, jekk jintalab, lill-Aġenzija.

21.A.61   Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a)

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet kompleti għall-airworthiness kontinwa, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar jew meta dawn jiġu konsenjati jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru konċernat, liema minn dawn it-tnejn jiġi l-aħħar, u sussegwentement jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li jikkonċernaw l-ispezzjoni jew inkella forom oħra ta’ manutenzjoni maġġuri, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda t-tagħrif għandu jkun disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet.

(b)

Barra minn hekk, tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott u għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa.

(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.90 A   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. Din is-Subparti tiddefinixxi wkoll it-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. F’din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21A.90B   Tibdil standard

(a)

It-tibdil standard huwa tibdil f’disinn tat-tip:

1.

marbut ma’:

(i)

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii)

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii)

gliders, gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

2.

li jsegwi dejta tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettaq u jiġi identifikat it-tibdil standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

3.

li ma jkunx f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

(b)

Il-punti 21A.91 sa 21A.109 ma japplikawx għat-tibdil standard.

21.A.91   Klassifikazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn tat-tip

It-tibdiliet fid-disinn tat-tip huma kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Tibdila minuri” hija waħda li ma jkollha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi tat-tħaddim, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil, l-emissjoni ta’ duħħan, jew kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ taffettwa l-airworthiness tal-prodott. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, it-tibdiliet l-oħra kollha huma “tibdiliet maġġuri” taħt din is-Subparti. Tibdiliet maġġuri u minuri għandhom ikunu approvati f’konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom ikunu identifikati b’mod adegwat.

21.A.92   Eliġibbiltà

(a)

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip biss jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Subparti; l-applikanti l-oħra kollha għal tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip għandhom japplikaw taħt is-Subparti E.

(b)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip taħt din is-Subparti.

21.A.93   Applikazzjoni

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tibdila fid-disinn tat-tip għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija u għandha tinkludi:

(a)

Deskrizzjoni tat-tibdila li tidentifika:

1.

il-partijiet kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati affettwati mit-tibdila; u

2.

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom it-tibdila tkun tfasslet li tikkonforma skont il-punt 21.A.101.

(b)

L-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe investigazzjoni mill-ġdid li tkun meħtieġa biex turi l-konformità tal-prodott mibdul mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli.

21.A.95   Tibdiliet minuri

Tibdiliet minuri fid-disinn tat-tip għandhom ikunu kklassifikati u approvati jew:

(a)

mill-Aġenzija; jew

(b)

minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif xieraq taħt proċedura miftehma mal-Aġenzija.

21.A.97   Tibdiliet maġġuri

(a)

Applikant għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri għandu:

1.

jissottometti lill-Aġenzija dejta li tissostanzja flimkien ma’ kwalunkwe dejta deskrittiva meħtieġa għall-inklużjoni fid-disinn tat-tip;

2.

juri li l-prodott mibdul jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, kif speċifikat fil-punt 21.A.101;

3.

jikkonforma mal-punti 21A.20(b), (c) u (d); u

4.

fejn l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta’ organizzazzjoni tad-disinn, jagħmel id-dikjarazzjoni tal-punt 21A.20(d) f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti J;

5.

jikkonforma mal-punt 21.A.33 u, fejn applikabbli, mal-punt 21.A.35.

(b)

Approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri f’disinn tat-tip hija limitata għal dik jew dawk il-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fid-disinn tat-tip li fuqhom tkun saret it-tibdila.

21.A.101   Għażla tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli

(a)

L-applikant għal tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip għandu juri li l-prodott mibdul ikun konformi mal-kodiċi tal-airworthiness applikabbli għall-prodott mibdul, u li jkun effettiv fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila, sakemm l-applikant ma jagħżilx il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ emendi li jidħlu fis-seħħ wara, jew sakemm din it-tip ta’ konformità ma tkunx meħtieġa skont il-punti (e) u (f), kif ukoll li dan ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti fil-punt 21.A.18.

(b)

B’deroga mill-punt (a), applikant jista’ juri li l-prodott mibdul ikun konformi ma’ emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi tal-airworthiness definit fil-punt (a), kif ukoll fi kwalunkwe speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun relatata b’mod dirett. Madankollu, il-kodiċi tal-airworthiness ta’ qabel ma jistax jippreċedi l-kodiċi tal-airworthiness korrispondenti inkorporat b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. L-applikant jista’ juri konformità ma’ emenda li tkun saret qabel fil-kodiċi tal-airworthiness għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Tibdila li l-Aġenzija jidhrilha li mhijiex sinifikanti. Fid-determinazzjoni jekk tibdila speċifika hijiex sinifikanti, l-Aġenzija tikkonsidra t-tibdila fil-kuntest tagħha flimkien mat-tibdiliet kollha li jkunu saru qabel fid-disinn rilevanti u fir-reviżjonijiet kollha relatati mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni inkorporati fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott. It-tibdiliet li jissodisfaw wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin huma kkonsidrati awtomatikament bħala sinifikanti:

(i)

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji ta’ kostruzzjoni ma jinżammux;

(ii)

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li se jinbidel ma jibqgħux validi.

2.

Kull żona, sistema, parti jew tagħmir li l-Aġenzija jidhrilha li ma jkunx affettwat mit-tibdila.

3.

Kull żona, sistema, parti jew tagħmir li jkun affettwat mit-tibdila, li għalih l-Aġenzija jidhrilha li l-konformità ma’ kodiċi tal-airworthiness deskritt fil-punt (a) ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta’ sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(c)

Applikant li japplika għal tibdila f’inġenju tal-ajru (għajr inġenju tal-ajru bir-rotors) ta’ toqol massimu ta’ 2 722 kg (6 000 lbs) jew inqas jew f’inġenji tal-ajru bir-rotors mingħajr turbina ta’ toqol massimu ta’ 1 361 kg (3 000 lbs) jew inqas, jista’ juri li l-prodott mibdul jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Madankollu, jekk l-Aġenzija jidhrilha li t-tibdila hija sinifikanti f’xi żona, l-Aġenzija tista’ tagħżel li jkun hemm konformità ma’ emenda fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni, u ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata direttament, sakemm l-Aġenzija ma jidhrilhiex ukoll li l-konformità ma’ dik l-emenda jew speċifikazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta’ sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(d)

Jekk l-Aġenzija jidhrilha li l-kodiċi tal-airworthiness li jkun fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila ma jkunx jipprovdi livelli adegwati fir-rigward tat-tibdila proposta, l-applikant għandu wkoll jikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni speċjali oħra, u ma’ emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, preskritti taħt id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.16B, sabiex jipprovdi livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fil-kodiċi tal-airworthiness fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni għat-tibdila.

(e)

Applikazzjoni għal tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip ta’ ajruplani kbar u ta’ inġenji tal-ajru kbar bir-rotors tkun effettiva għal ħames snin, u applikazzjoni għal tibdila fi kwalunkwe tip ieħor ta’ ċertifikat tat-tip tkun effettiva għal tliet snin. F’każ fejn it-tibdila ma tkunx ġiet approvata, jew fejn ikun ċar li din mhux se tkun approvata fil-limitu ta’ żmien stabbilit taħt dan il-punt, l-applikant jista’:

1.

jissottometti applikazzjoni ġdida għal tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-punt (a) applikabbli għal applikazzjoni oriġinali għal tibdila; jew

2.

japplika għal estensjoni tal-applikazzjoni oriġinali u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-punt (a) għal data effettiva tal-applikazzjoni, li għandha tintgħażel mill-applikant, mhux aktar kmieni mid-data li tippreċedi lil dik tal-approvazzjoni tat-tibdila saż-żmien stabbilit taħt dan il-punt għall-applikazzjoni oriġinali għat-tibdila.

(f)

Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma’ speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ emenda għall-kodiċijiet tal-airworthiness li tkun effettiva wara t-tressiq tal-applikazzjoni għal tibdil fit-tip, huwa għandu jikkonforma wkoll ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li hija relatata b’mod dirett.

21.A.103   Ħruġ tal-approvazzjoni

(a)

L-applikant għandu jkun intitolat ikollu tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip approvata mill-Aġenzija wara li:

1.

jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A. 20(d); u

2.

ikun muri li:

(i)

il-prodott mibdul ikun jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, kif speċifikat fil-punt 21.A.101;

(ii)

kwalunkwe dispożizzjoni tal-airworthiness li ma jkunx hemm konformità magħha tiġi kkumpensata b’fatturi li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza; u

(iii)

l-ebda karatteristika ma tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

Tibdila minuri f’disinn tat-tip għandha tiġi approvata biss f’konformità mal-punt 21.A.95 jekk jintwera li l-prodott mibdul jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni, kif speċifikat fil-punt 21.A.101.

21.A.105   Żamma tar-rekords

Għal kull tibdila, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott mibdul li jkun ġie ttestjat, għandhom jinżammu mill-applikant għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-airworthiness kontinwa u l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli tal-prodott mibdul.

21.A.107   Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a)

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati, jekk ikun hemm, tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa tal-prodott li fuqu tkun se ssir it-tibdila minuri, imħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, jew mal-kunsinna, jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet.

(b)

Barra minn hekk, it-tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ prodott li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet.

21.A.109   Obbligi u mmarkar tal-EPA

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fid-disinn tat-tip għandu:

(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.105 u 21.A.107; u

(b)

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA (“l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti”), f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

SUBPARTI E –   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21.A.111   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet maġġuri fid-disinn tat-tip taħt il-proċeduri ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.

21.A.112A   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.112B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21.A.112B   Turija tal-kapaċità

(a)

Kull organizzazzjoni li tapplika għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha turi l-kapaċità tagħha billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J.

(b)

B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi speċifiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din is-Subparti.

(c)

B’deroga mill-punti (a) u (b), biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jagħżel li jkollu l-approvazzjoni tal-Aġenzija għal programm taċ-ċertifikazzjoni li jkun fih id-dettalji dwar il-mezzi li bihom se tintwera l-konformità għal ċertifikat tat-tip supplementari għal inġenju tal-ajru, magna jew skrun iddefiniti fil-punt 21A.14(c).

21.A.113   Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

(a)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha tinkludi d-deskrizzjonijiet u l-identifikazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.93. Barra minn hekk, din l-applikazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni li l-informazzjoni li fuqha jkunu bbażati dawk l-identifikazzjonijiet tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-applikant stess, jew inkella permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip.

21.A.114   Turija tal-konformità

Kull applikant li japplika għal ċertifikat tat-tip supplementari għandu jkun konformi mal-punt 21.A.97.

21.A.115   Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip supplementari maħruġ mill-Aġenzija wara:

(a)

li jkun issottometta d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21A.20(d); u

(b)

li jintwera li:

1.

il-prodott mibdul ikun jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, kif speċifikat fil-punt 21A.101;

2.

kwalunkwe dispożizzjoni tal-airworthiness li ma jkunx hemm konformità magħha tiġi kkumpensata b’fatturi li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza; and

3.

l-ebda karatteristika ma tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(c)

li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.112B;

(d)

fejn, taħt il-punt 21.A.113(b), l-applikant ikun daħal f’arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip,

1.

li d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun ta parir li ma hemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni sottomessa taħt il-punt 21.A.93; u

2.

li d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun ftiehem li jikkollabora mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għall-airworthiness kontinwa tal-prodott mibdul permezz ta’ konformità mal-punti 21.A.44 u 21.A.118A.

21.A.116   Trasferibbiltà

Ċertifikat tat-tip supplementari jista’ jkun trasferit biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun kapaċi tassumi l-obbligi tal-punt 21.A.118A, u għal dan il-għan tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.112B ħlief għal inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” li għalihom il-persuna fiżika jew ġuridika tkun talbet għall-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħha sabiex jitwettqu dawk l-obbligi.

21.A.117   Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari

(a)

Tibdiliet minuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandhom ikunu kklassifikati u approvati f’konformità mas-Subparti D.

(b)

Kull tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplementari separat f’konformità ma’ din is-Subparti.

(c)

B’deroga mill-punt (b), tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari nnifsu tista’ tiġi approvata bħala tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari eżistenti.

21.A.118A   Obbligi u mmarkar tal-EPA

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu:

(a)

jassumi l-obbligi:

1.

stabbiliti fil-punti 21.A.3A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.105, 21.A.119 u 21.A.120;

2.

li huma impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip taħt il-punt 21.A.115(c)(2);

u għal dan il-għan ikompli jissodisfa l-kriterji tal-punt 21.A.112B;

(b)

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

21.A.118B   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1.

id-detentur jibqa’ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u

2.

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Meta ċertifikat tat-tip supplementari jiġi ċedut jew revokat, dan għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21.A.119   Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm, u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-varjazzjonijiet fil-manwali meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli għall-prodott, liema varjazzjonijiet huma meħtieġa li jkunu jkopru t-tibdiliet introdotti taħt iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, u għandu jipprovdi kopji ta’ dawn il-manwali lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba għalihom.

21.A.120   Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għal inġenju tal-ajru, magna, jew skrun, għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa mħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jinkorporaw il-karatteristiċi taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew mal-kunsinna, jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbilità ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-varjazzjonijiet għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li għandhom x’jaqsmu mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet.

(b)

Barra minn hekk, tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott li jinkorpora ċ-ċertifikat tat-tip supplementari u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa.

SUBPARTI F –   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija ta’ konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli ta’ prodott, parti jew tagħmir li huwa maħsub li jkun manifatturat mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G.

(b)

Din is-Subparti tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-obbligi tal-manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti.

21.A.122   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika biex turi konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali taħt din is-Subparti, jekk:

(a)

ikollha jew tkun applikat għal approvazzjoni li tkun tkopri d-disinn ta’ dak il-prodott, parti jew tagħmir; jew

(b)

tkun żgurat koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta’ ftehim xieraq mal-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ dan id-disinn.

21.A.124   Applikazzjoni

(a)

Kull applikazzjoni għal ftehim dwar turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(b)

Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:

1.

provi li juru, fejn japplika, li:

(i)

il-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G ma jkunx adattat; jew

(ii)

iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni ta’ prodott, parti jew tagħmir taħt din is-Subparti tkun meħtieġa sakemm tinħareġ l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G;

2.

il-punti ewlenin tal-informazzjoni meħtieġa fil-punt 21.A.125A(b).

21.A.125A   Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill- awtorità kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar it-turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:

(a)

li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(b)

li jkun ġie pprovdut manwal li jkun fih:

1.

deskrizzjoni tas-sistema ta’ spezzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt (a);

2.

deskrizzjoni tal-mezzi biex tiġi stabbilita s-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni;

3.

deskrizzjoni tat-testijiet meħtieġa fil-punti 21.A.127 u 21.A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-finijiet tal-punt 21.A.130(a);

(c)

li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21.A.3A u 21.A.129(d).

21.A.125B   Konstatazzjonijiet

(a)

Meta tinstab evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata kif ġej:

1.

konstatazzjoni tal-ewwel livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li jista’ jwassal biex ikun hemm nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2.

konstatazzjoni tat-tieni livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li mhijiex ikklassifikata bħala tal-ewwel livell.

(b)

Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

(c)

Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.125:

1.

f’każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell, id-detentur tal-ittra ta’ ftehim għandu juri azzjoni korrettiva, li tkun tissodisfa lill-awtorità kompetenti, fi żmien ta’ mhux aktar minn 21 ġurnata ta’ xogħol wara konferma bil-miktub tal-konstatazzjoni;

2.

f’każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, il-perjodu ta’ azzjoni korrettiva li jingħata mill-awtorità kompetenti għandu jkun adattat għan-natura tal-konstatazzjoni, imma fi kwalunkwe każ inizjalment dan m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur. F’ċerti ċirkustanzi u suġġett għan-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan il-perjodu ta’ tliet xhur, suġġett għall-forniment ta’ pjan xieraq ta’ azzjoni korrettiva li jkun ġie miftiehem mal-awtorità kompetenti;

3.

konstatazzjoni tat-tielet livell ma għandhiex teħtieġ azzjoni immedjata mid-detentur tal-ittra ta’ ftehim.

(d)

Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-ittra ta’ ftehim tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.145. Id-detentur tal-ittra tal-ftehim għandu jipprovdi fi żmien xieraq konferma li jkun irċieva l-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-ittra ta’ ftehim.

21.A.125C   Perjodu u validità kontinwa

(a)

L-ittra ta’ ftehim għandha tinħareġ għal perjodu limitat li ma jkunx jeċċedi sena. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1.

id-detentur tal-ittra ta’ ftehim ma jkunx naqas milli juri konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2.

ma jkunx hemm evidenza li l-manifattur ma jistax iżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, partijiet jew tagħmir taħt il-ftehim; jew

3.

il-manifattur ma jistax jissodisfa aktar ir-rekwiżiti tal-punt 21.A.122; jew

4.

l-ittra ta’ ftehim ma tkunx ġiet ċeduta, revokata taħt il-punt 21.B.145, jew inkella ma tkunx skadiet.

(b)

Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra ta’ ftehim għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.126   Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

(a)

Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa taħt il-punt 21.A.125A(a) għandha tipprovdi mezz biex ikun stabbilit li:

1.

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, użati fil-prodott lest, ikunu kif speċifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli;

2.

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, jiġu identifikati kif suppost;

3.

il-proċessi, it-tekniki tal-manifattura u l-metodi ta’ twaħħil li jaffettwaw il-kwalità u s-sikurezza tal-prodott lest ikunu eżegwiti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;

4.

tibdiliet fid-disinn, inkluż il-bdil ta’ materjali, ikunu ġew approvati taħt is-Subparti D jew E u kkontrollati qabel ma jiġu inkorporati fil-prodott lest.

(b)

Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa bil-punt 21.A.125A(a), għandha tkun ukoll tali li tiżgura li:

1.

partijiet li jkunu għadhom fil-proċess jiġu spezzjonati għall-konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli f’punti tal-produzzjoni fejn ikunu jistgħu jsiru determinazzjonijiet eżatti;

2.

materjali suġġetti għal ħsara jew deterjorament jkunu maħżuna u protetti b’mod adegwat;

3.

it-tpinġijiet tad-disinn kurrenti jkunu disponibbli mill-ewwel għall-persunal tal-manifattura u l-ispezzjonar, u jintużaw meta jkunu meħtieġa;

4.

materjali u partijiet irrifjutati jkunu mifruda u identifikati b’manjiera li tipprekludi l-installazzjoni tagħhom fil-prodott lest;

5.

materjali u partijiet li jitqiegħdu fil-ġenb minħabba li jkunu jmorru lil hinn mid-dejta jew mill-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, u li għandhom ikunu kkonsidrati biex jiġu installati fil-prodott lest, ikunu suġġetti għal proċedura approvata ta’ reviżjoni tal-inġinerija u l-manifattura. Dawk il-materjali u partijiet li jkunu ġew stabbiliti b’din il-proċedura li jistgħu jintużaw fis-servizz għandhom ikunu identifikati b’mod xieraq u spezzjonati mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ xi xogħol jew tiswija fuqhom. Materjali u partijiet li jkunu rrifjutati b’din il-proċedura għandhom jiġu mmarkati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali;

6.

ir-riżultati li jinkisbu taħt din is-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni jinżammu, jkunu identifikati mal-prodott jew parti kompluta, fejn ikun prattiku, u jinżammu mill-manifattur biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodott.

21.A.127   Testijiet: inġenji tal-ajru

(a)

Kull manifattur ta’ inġenju tal-ajru manifatturat taħt din is-Subparti għandu jistabbilixxi proċedura approvata ta’ test ta’ produzzjoni fuq l-art u fl-ajru kif ukoll formoli ta’ ċċekkjar, u f’konformità ma’ dawk il-formoli, jittestja kull inġenju tal-ajru manifatturat, bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti tal-konformità mal-punt 21.A.125A(a).

(b)

Kull proċedura ta’ test ta’ produzzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

1.

verifika dwar il-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar;

2.

verifika dwar il-prestazzjoni tat-titjira (bl-użu ta’ tagħmir tal-inġenji tal-ajru normali);

3.

verifika dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir kollu u s-sistemi kollha tal-inġenju tal-ajru;

4.

verifika li l-istrumenti kollha huma mmarkati tajjeb, u li l-avviżi u l-manwali tat-titjira kollha huma installati wara t-test tat-titjira;

5.

verifika tal-karatteristiċi tat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru fuq l-art;

6.

verifika dwar kwalunkwe oġġett ieħor li huwa speċjali għall-inġenju tal-ajru lijkun qed jiġi ttestjat.

21.A.128   Testijiet: magni u skrejjen

Kull manifattur ta’ magni jew skrejjen manifatturati taħt din is-Subparti għandu jissuġġetta kull magna, jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, għal test aċċettabbli tat-tħaddim kif speċifikat fid-dokumentazzjoni tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha ta’ tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti ta’ konformità mal-punt 21.A.125A(a).

21.A.129   Obbligi tal-manifattur

Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti għandu:

(a)

jagħmel kull prodott, parti jew tagħmir disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti;

(b)

iżomm fil-post tal-manifattura d-dejta teknika u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk il-prodott jikkonformax mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(c)

iżomm sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(d)

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn meta dan ikollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati;

(e)

jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi ħalli jkunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rapportabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar l-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata;

(f)

1.

jirrapporta lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn, il-każijiet kollha fejn il-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-manifattur u wara jkun instab li għandhom devjazzjonijiet mid-dejta tad-disinn applikabbli, u jagħmel investigazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni tad-disinn biex jiġu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2.

jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza, li jkunu ġew identifikati f’konformità mal-punt (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt il-punt 21.A.3A(b)(2) jew li jkunu aċċettati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

3.

fejn il-manifattur jagħmilha ta’ fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ikunu ġew rilaxxati prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni u wara jkun instab li għandhom xi devjazzjonijiet mid-dejta tad-disinn applikabbli.

21.A.130   Dikjarazzjoni tal-konformità

(a)

Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir manifatturat taħt din is-Subparti għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità, il-Formola 52 tal-EASA, għal inġenju tal-ajru komplut (ara l-Appendiċi VIII), jew il-Formola 1 tal-EASA għal prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor (ara l-Appendiċi I). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni tal-manifattura.

(b)

Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi:

1.

għal kull prodott, parti jew tagħmir, dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn approvata, u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

2.

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru f’konformità mal-punt 21.A.127(a); u

3.

għal kull magna, jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, dikjarazzjoni li l-magna jew l-iskrun ikunu ġew suġġetti mill-manifattur għal test finali ta’ tħaddim, f’konformità mal-punt 21.A.128, u, barra minn hekk f’każ ta’ magni, dikjarazzjoni skont id-dejta pprovduta mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna, li kull magna kompluta hija f’konformità mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet applikabbli li jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna.

(c)

Kull manifattur ta’ tali prodott, parti jew tagħmir għandu:

1.

meta jsir it-trasferiment inizjali minnu tal-proprjetà ta’ tali prodott, parti jew tagħmir, jew

2.

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ ċertifikat tal-airworthiness ta’ inġenju tal-ajru; jew

3.

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ dokument tar-rilaxx tal-airworthiness għal xi magna, skrun, parti jew tagħmir,

jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ konformità kurrenti, biex tkun validata mill-awtorità kompetenti.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma b’kontrofirma d-dikjarazzjoni tal-konformità jekk wara spezzjoni din issib li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu.

SUBPARTI G –   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a)

il-proċedura għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi l-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(b)

ir-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, jew tad-detenturi ta’, dawn l-approvazzjonijiet.

21.A.133   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti. L-applikant għandu:

(a)

jiġġustifika li, għal għan definit ta’ xogħol, approvazzjoni taħt din is-Subparti tkun adattata għall-finijiet ta’ turija ta’ konformità ma’ disinn speċifiku; u

(b)

ikollu jew ikun applika għal approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku; jew

(c)

ikun żgura, permezz ta’ arranġament xieraq mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, l-approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku, koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn.

21.A.134   Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f’forma u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.143 u t-termini ta’ approvazzjoni meħtieġa li jinħarġu taħt il-punt 21.A.151.

21.A.135   Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

21.A.139   Sistema tal-Kwalità

(a)

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li hija stabbiliet u kapaċi żżomm sistema tal-kwalità. Is-sistema tal-kwalità għandha tkun dokumentata. Din is-sistema tal-kwalità għandha tkun tali li tippermetti lill-organizzazzjoni tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir manifatturat mill-organizzazzjoni jew mill-imsieħba tagħha, jew fornut minn jew subappaltat lil terzi partijiet, ikun jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, u għalhekk li tkun tista’ teżerċita l-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163.

(b)

Is-sistema tal-kwalità għandu jkollha:

1.

kif applikabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni, proċeduri ta’ kontroll għal:

(i)

il-ħruġ, l-approvazzjoni jew it-tibdil ta’ dokument;

(ii)

il-valutazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-bejjiegħ u s-subappaltatur;

(iii)

il-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inklużi dawk l-oġġetti, ġodda jew użati, li jiġu fornuti minn xerrejja ta’ prodotti, ikunu kif speċifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli;

(iv)

l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà;

(v)

il-proċessi ta’ manifattura;

(vi)

l-ispezzjoni u ttestjar, inklużi testijiet tat-titjiriet tal-produzzjoni;

(vii)

il-kalibrazzjoni ta’ għodda, jigs u tagħmir tat-test;

(viii)

il-kontroll fuq oġġetti li ma jikkonformawx;

(ix)

il-koordinazzjoni tal-airworthiness mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, l-approvazzjoni tad-disinn;

(x)

l-ikkompletar u ż-żamma tar-rekords;

(xi)

il-kompetenza u l-kwalifiki tal-persunal;

(xii)

il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ rilaxx tal-airworthiness;

(xiii)

l-immaniġġjar, il-ħażna u l-ippakkjar;

(xiv)

l-awditjar intern tal-kwalità u l-azzjonijiet korrettivi riżultanti;

(xv)

ix-xogħol fit-termini tal-approvazzjoni li jkun sar fi kwalunkwe post għajr il-faċilitajiet approvati;

(xvi)

ix-xogħol li jkun sar wara l-ikkompletar tal-produzzjoni iżda qabel il-kunsinna, biex l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(xvii)

il-ħruġ ta’ permess għat-titjir u l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-titjir assoċjati.

Il-proċeduri ta’ kontroll jeħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għal kwalunkwe parti kritika.

2.

Funzjoni indipendenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità biex tissorvelja l-konformità ma’, u l-adegwatezza ta’, il-proċeduri dokumentati tas-sistema tal-kwalità. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta’ feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.145(c)(2) u fl-aħħar lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.145 (c)(1) biex dan jiżgura, kif meħtieġ, azzjoni korrettiva.

21.A.143   Espożizzjoni

(a)

L-organizzazzjoni għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni billi tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li fiha jikkonferma li f’kull ħin se jkun hemm konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni u ma’ kwalunkwe manwali assoċjati li jiddefinixxu l-konformità tal-organizzazzjoni approvata ma’ din is-Subparti;

2.

it-titolu(i) u l-ismijiet tal-maniġers aċċettati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.A.145(c)(2);

3.

id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-maniġer(s) kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(2), inklużi l-materji li fuqhom dawn jistgħu jittrattaw direttament mal-awtorità kompetenti f’isem l-organizzazzjoni;

4.

ċart organizzattiva li turi r-rabtiet assoċjati ta’ responsabbiltà tal-maniġers kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(1) u (2);

5.

lista tal-persunal li jiċċertifika kif imsemmi fil-punt 21.A.145(d);

6.

deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi umani;

7.

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet li hemm f’kull indirizz speċifikat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8.

deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;

9.

il-proċedura għan-notifika ta’ tibdiliet organizzattivi lill-awtorità kompetenti;

10.

il-proċedura ta’ emenda għall-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

11.

deskrizzjoni tas-sistema tal-kwalità u tal-proċeduri kif meħtieġa mill-punt 21.A.139(b)(1);

12.

lista ta’ dawk it-terzi partijiet imsemmija fil-punt 21.A.139(a).

(b)

L-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji ta’ kwalunkwe emenda għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti.

21.A.145   Rekwiżiti għall-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.143, li:

(a)

fir-rigward tar-rekwiżiti ġenerali tal-approvazzjoni, il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, in-numru u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati biex jitwettqu l-obbligi taħt il-punt 21.A.165;

(b)

fir-rigward tad-dejta kollha meħtieġa dwar l-airworthiness, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun irċeviet it-tali dejta mill-Aġenzija, u mid-detentur ta’, jew l-applikant għal, ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett jew approvazzjoni tad-disinn, biex tiġi stabbilita l-konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli;

2.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun stabbiliet proċedura biex ikun żgurat li d-dejta dwar l-airworthiness, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tiġi inkorporata b’mod korrett fid-dejta tal-produzzjoni tagħha;

3.

it-tali informazzjoni hija miżmuma aġġornata u hija disponibbli għall-persunal kollu li jkollu bżonn jaċċedi għat-tali dejta ħalli jaqdi d-dmirijiet tiegħu;

(c)

fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-persunal:

1.

jkun ġie nnominat maniġer mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni li jkun responsabbli lejn l-awtorità kompetenti. Ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha fi ħdan l-organizzazzjoni għandha tikkonsisti f’li jiġi żgurat li l-produzzjoni kollha tkun tilħaq l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun kontinwament f’konformità mad-dejta u l-proċeduri identifikati fl-espożizzjoni msemmija fil-punt 21.A.143;

2.

persuna jew grupp ta’ persuni jkunu ġew innominati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), u jkunu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom. It-tali persuna(i) għandhom jaġixxu taħt l-awtorità diretta tal-maniġer responsabbli msemmi fil-punt (1). Il-persuni nnominati għandhom ikunu kapaċi juru l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3.

il-persunal fil-livelli kollha jkun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu, u jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward ta’ materji ta’ dejta dwar l-airworthiness, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjoni ta’ duħħan;

(d)

fir-rigward tal-persunal li jiċċertifika, awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa taħt il-punt 21.A.163 fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fit-termini tal-approvazzjoni:

1.

l-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħra fl-organizzazzjoni), u l-esperjenza tal-persunal li jiċċertifika jkunu adattati biex dan iwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu;

2.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni żżomm rekord tal-persunal kollu li jiċċertifika u dan għandu jinkludi dettalji tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom;

3.

il-persunal li jiċċertifika jiġi pprovdut bl-evidenza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tiegħu.

21.A.147   Tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata

(a)

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull tibdila fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li hija sinifikanti għat-turija tal-konformità jew għall-airworthiness u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tal-prodott, parti jew tagħmir, partikolarment tibdiliet fis-sistema tal-kwalità, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implementata t-tibdila, li hija se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata taħt din is-Subparti tista’ taħdem matul it-tali tibdiliet, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża.

21.A.148   Tibdiliet fil-post

Tibdila fil-post tal-faċilitajiet tal-manifattura tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha titqies li hija sinifikanti u għalhekk għandha tikkonforma mal-punt 21.A.147.

21.A.149   Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdila fil-proprjetà, li hija meqjusa sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.147, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax tiġi trasferita.

21.A.151   Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-ambitu tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u t-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur tal-approvazzjoni huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi taħt il-punt 21.A.163.

Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21.A.153   Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti. L-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.157   Investigazzjonijiet

Organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk hemmx konformità u ssoktar ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.158   Konstatazzjonijiet

(a)

Meta tinsab evidenza oġġettiva li turi li d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

1.

konstatazzjoni tal-ewwel livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2.

konstatazzjoni tat-tieni livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li mhijiex ikklassifikata bħala tal-ewwel livell.

(b)

Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

(c)

Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika ta’ konstatazzjonijiet skont il-punt 21.B.225,

1.

fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu juri azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f’perjodu ta’ mhux aktar minn 21 ġurnata ta’ xogħol wara konferma bil-miktub tal-konstatazzjoni;

2.

f’każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, il-perjodu ta’ azzjoni korrettiva li jingħata mill-awtorità kompetenti għandu jkun adattatgħan-natura tal-konstatazzjoni, iżda fi kwalunkwe każ inizjalment dan m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur. F’ċerti ċirkustanzi u suġġett għan-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur, suġġett għall-forniment ta’ pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva li jkun ġie miftiehem mal-awtorità kompetenti;

3.

konstatazzjoni tat-tielet livell ma għandhiex teħtieġ azzjoni immedjata mid-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(d)

Fil-każ ta’ konstatazzjonijiet tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.245. Id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jagħti fi żmien xieraq konferma tal-irċevuta tal-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21.A.159   Perjodu u validità kontinwa

(a)

L-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tonqosx milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2.

l-awtorità kompetenti ma tiġix impedita mid-detentur tal-approvazzjoni, jew minn xi wieħed mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi tiegħu, milli tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa f’konformità mal-punt 21.A.157; jew

3.

ma jkunx hemm evidenza li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax iżżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir li hemm taħt l-approvazzjoni; jew

4.

ma jiġrix li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tissodisfax aktar ir-rekwiżiti tal-punt 21.A.133; jew

5.

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.245.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.163   Privileġġi

F’konformità mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa taħt il-punt 21.A.135, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jista’:

(a)

jeżegwixxi attivitajiet ta’ produzzjoni taħt dan l-Anness I (il-Parti 21);

(b)

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru komplut u wara preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52 tal-EASA) taħt il-punt 21.A.174, jikseb ċertifikat tal-airworthiness tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-ħoss mingħajr aktar wiri;

(c)

fil-każ ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) mingħajr aktar wiri;

(d)

iżomm inġenju tal-ajru ġdid li huwa jkun ipproduċa u joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (il-Formola 53 tal-EASA) fir-rigward ta’ dik iż-żamma;

(e)

skont proċeduri tal-produzzjoni maqbula mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-produzzjoni, għal inġenju tal-ajru li jkun ipproduċa u meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni nfisha tkun qed tikkontrolla skont il-POA tagħha l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira, joħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21.A.711(c), inkluża l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.710(b).

21.A.165   Obbligi tad-detentur

Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

(a)

jiżgura li l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni pprovduta f’konformità mal-punt 21.A.143 u d-dokumenti li tirreferi għalihom, jintużaw bħala dokumenti bażiċi tax-xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni;

(b)

iżomm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mad-dejta u mal-proċeduri approvati għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(c)

1.

jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun konformi mad-disinn tat-tip u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu qabel ma jkunu sottomessi d-dikjarazzjonijiet tal-konformità lill-awtorità kompetenti; jew

2.

jistabbilixxi li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikunu kompluti u jkunu konformi mad-dejta tad-disinn approvata u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA biex tkun iċċertifikata l-konformità mad-dejta tad-disinn approvata u l-kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu, u barra minn hekk, fil-każ tal-magni, jistabbilixxi, skont id-dejta pprovduta mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna, li kull magna kompluta tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ emissjonijiet applikabbli kif definiti fil-punt 21.A.18(b), liema rekwiżiti jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna, biex jiċċertifika l-konformità tal-emissjonijiet; jew

3.

jistabbilixxi li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikunu konformi mad-dejta applikabbli qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA bħala ċertifikat tal-konformità;

(d)

jirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol li jkun sar;

(e)

jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi biex ikunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rappurtabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti marbuta mal-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata;

(f)

1.

jirrapporta lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn, il-każijiet kollha fejn prodotti, partijiet jew tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u wara jkun instab li fihom devjazzjonijiet possibbli mid-dejta tad-disinn applikabbli, u jinvestiga mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn biex ikunu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2.

jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru d-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza li jkunu ġew identifikati skont il-punt (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt il-punt 21.A.3A(b)(2), jew li jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

3.

fejn id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jagħmilha ta’ fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ikun irrilaxxa prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni, u wara jkun instab li dawn għandhom devjazzjonijiet possibbli mid-dejta tad-disinn applikabbli;

(g)

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn meta dan ikun qed jittratta kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati;

(h)

jistabbilixxi sistema ta’ arkivjar li tkun tinkorpora fiha rekwiżiti imposti fuq l-imsieħba, l-fornituri u s-subappaltaturi tiegħu, li tiżgura l-konservazzjoni tad-dejta użata biex tkun ġustifikata l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir. It-tali dejta għandha tinżamm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u għandha tinżamm biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir;

(i)

fejn, taħt it-termini tal-approvazzjoni, id-detentur joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun ġie suġġett għall-manutenzjoni meħtieġa u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat;

(j)

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom ikun jista’ jinħareġ permess għat-titjir;

(k)

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jistabbilixxi l-konformità mal-punti 21.A.711(c) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenju tal-ajru.

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

21.A.171   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness.

21.A.172   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jiġi reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (“l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni”), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-airworthiness għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.173   Klassifikazzjoni

Iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a)

iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21);

(b)

iċ-ċertifikati tal-airworthiness ristretti għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru:

1.

li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip ristrett li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); jew

2.

li jkun intwera lill-Aġenzija li jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet speċifiċi tal-airworthiness li jiżguraw sikurezza adegwata.

21.A.174   Applikazzjoni

(a)

F’konformità mal-punt 21.A.172, applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b)

Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness jew għal ċertifikat tal-airworthiness ristrett għandha tinkludi:

1.

il-klassi taċ-ċertifikat tal-airworthiness li għalih tkun saret l-applikazzjoni;

2.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

dikjarazzjoni tal-konformità:

maħruġa taħt il-punt 21.A.163(b); jew

maħruġa taħt il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew

għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità li qed tesporta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija;

(ii)

rapport dwar it-toqol u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

(iii)

il-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-airworthiness applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru partikolari;

3.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat:

(i)

li jkun ġej minn Stat Membru, ċertifikat tar-reviżjoni tal-airworthiness maħruġ f’konformità mal-Parti M;

(ii)

li jkun ġej minn Stat li mhux membru:

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-ajruplan huwa, jew kien, reġistrat, li tirrifletti l-istatus tal-airworthiness tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment,

rapport dwar it-toqol u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija,

il-manwal tat-titjira meta t-tali materjal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-airworthiness applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari,

rekords storiċi biex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inklużi l-limitazzjonijiet kollha assoċjati maċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett taħt il-punt 21.B.327(ċ),

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ċertifikat tal-airworthiness ristrett u ta’ ċertifikat tar-reviżjoni tal-airworthiness wara li tkun saret reviżjoni tal-airworthiness f’konformità mal-Parti M.

(c)

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(2)(i) u (b)(3)(ii) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.175   Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom ikunu ppreżentati f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.177   Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-airworthiness jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.179   Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

(a)

Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

1.

jekk dan jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru;

2.

jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jinħareġ:

(i)

mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-airworthiness ta’ qabel u ta’ ċertifikat tar-reviżjoni tal-airworthiness validu maħruġ taħt il-Parti M; u

(ii)

meta jkun issodisfat il-punt 21.A.175.

(b)

Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, u l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-airworthiness ristrett li ma jikkonformax ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jiġu ttrasferiti flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew jinħarġu biss bil-ftehim formali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn ikun ġie ttrasferit.

21.A.180   Spezzjonijiet

Id-detentur ta’ ċertifikat tal-airworthiness għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-airworthiness, hekk kif ikun hemm talba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.181   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Ċertifikat tal-airworthiness għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1.

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-airworthiness kontinwa; u

2.

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3.

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

4.

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.330.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.182   Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

Kull applikant għal ċertifikat tal-airworthiness taħt din is-Subparti għandu juri li l-inġenju tal-ajru tiegħu jkun identifikat f’konformità mas-Subparti Q.

SUBPARTI I –   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21.A.201   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss.

21.A.203   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jkun reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (Stat Membru ta’ reġistrazzjoni), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-ħoss għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.204   Applikazzjoni

(a)

F’konformità mal-punt 21.A.203, applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b)

Kull applikazzjoni għandha tinkludi:

1.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

dikjarazzjoni tal-konformità:

maħruġa taħt il-punt 21.A.163(b); jew

maħruġa taħt il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew

għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni, iffirmata mill-awtorità li qed tesporta, li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija; u

(ii)

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss;

2.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat:

(i)

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss; u

(ii)

rekords storiċi biex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Sakemm mhux miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(1) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.207   Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-ħoss jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.209   Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

(a)

jekk l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru; jew

(b)

jekk l-inġenju tal-ajru jmur fir-reġistru ta’ Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss ta’ qabel.

21.A.210   Spezzjonijiet

Id-detentur ta’ ċertifikat tal-ħoss għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-ħoss, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jew tal-Aġenzija, biex isiru spezzjonijiet fuqu.

21.A.211   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1.

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u tal-airworthiness kontinwa; u

2.

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3.

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

4.

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.430.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

SUBPARTI J –   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, t-tali approvazzjonijiet.

21.A.233   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti

(a)

f’konformità mal-punti 21.A.14, 21.A.112B, 21.A.432B jew 21.A.602B; jew

(b)

għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet minuri jew ta’ disinn ta’ tiswija minuri, meta meħtieġa għall-għan li jinkisbu l-privileġġi taħt il-punt 21.A.263.

21.A.234   Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.243, u t-termini ta’ approvazzjoni mitluba li jinħarġu taħt il-punt 21.A.251.

21.A.235   Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija, meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

21.A.239   Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

(a)

Organizzazzjoni tad-disinn għandha turi li tkun stabbiliet u tista’ żżomm sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għall-kontroll u s-superviżjoni tad-disinn, u ta’ tibdiliet fid-disinn, ta’ prodotti, partijiet u tagħmir koperti mill-applikazzjoni. Din is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tkun tali li biha l-organizzazzjoni tkun tista’:

1.

tiżgura li d-disinn tal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir, jew it-tibdila fid-disinn tagħhom, ikun konformi mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

2.

tiżgura li r-responsabbiltajiet tagħha jitwettqu kif suppost f’konformità ma’:

(i)

id-dispożizzjonijiet xierqa ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u

(ii)

it-termini ta’ approvazzjoni maħruġin taħt il-punt 21.A.251;

3.

tissorvelja b’mod indipendenti l-konformità ma’, u l-adegwatezza ta’, il-proċeduri dokumentati tas-sistema. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta’ feedback lil persuna jew grupp ta’ persuni li jkollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw azzjonijiet korrettivi.

(b)

Is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tinkludi funzjoni indipendenti ta’ verifika tat-turija ta’ konformità li fuq il-bażi tagħha l-organizzazzjoni tissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-konformità u dokumentazzjoni oħra relatata lill-Aġenzija.

(c)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tispeċifika l-manjiera li biha s-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn twassal biex il-partijiet jew it-tagħmir iddisinjat jew ix-xogħol li jkun sar mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi jiġu aċċettati skont metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub.

21.A.243   Dejta

(a)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tipprovdi manwal lill-Aġenzija li jiddeskrivi, direttament jew billi ssir referenza għalihom, l-organizzazzjoni, il-proċeduri rilevanti u l-prodotti jew it-tibdiliet fil-prodotti li se jiġu ddisinjati.

(b)

Fejn kwalunkwe parti jew tagħmir jew kwalunkwe tibdila fil-prodotti jkunu ġew iddisinjati minn organizzazzjonijiet imsieħba jew subappaltaturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni fuq kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ tagħti, għall-partijiet u t-tagħmir kollu, l-assigurazzjoni tal-konformità meħtieġa mill-punt 21.A.239(b), u għandu jkun fih, direttament jew billi ssir referenza għalihom, deskrizzjonijiet u informazzjoni fuq l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-imsieħba jew dawk is-subappaltaturi, kif ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni.

(c)

Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji tal-emendi għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija.

(d)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tforni dikjarazzjoni tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal maniġerjali u ta’ persuni oħra responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali fl-organizzazzjoni.

21.A.245   Rekwiżiti għall-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.243 li, barra milli tkun konformi mal-punt 21.A.239:

(a)

il-persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru u ta’ esperjenza suffiċjenti, u jkun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu u dawn, flimkien mal-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet u t-tagħmir, ikunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jilħaq l-objettivi relatati mal-airworthiness u mal-protezzjoni ambjentali tal-prodott;

(b)

ikun hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fi ħdan id-dipartimenti fejn jidħlu materji marbuta mal-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali.

21.A.247   Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, kull tibdila fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti għat-turija ta’ konformità jew għall-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali tal-prodott, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-Aġenzija u l-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi lill-Aġenzija, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-tibdiliet proposti fil-manwal, u qabel l-implimentazzjoni tat-tibdila, li din se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti wara l-implimentazzjoni tagħha.

21.A.249   Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdil fil-proprjetà, li huwa meqjus sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.247, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mhijiex trasferibbli.

21.A.251   Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi tax-xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni hija obbligata twettaq dwar l-airworthiness u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tal-prodotti. Għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn li tkopri ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.

21.A.253   Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.257   Investigazzjonijiet

(a)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tagħmel arranġamenti li jippermettu lill-Aġenzija tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex ikunu stabbiliti l-konformità u l-issoktar tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

(b)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tippermetti lill-Aġenzija tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun preżenti għal kwalunkwe test fl-ajru u fuq l-art li jkun meħtieġ biex tkun ivverifikata l-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità sottomessi mill-applikant taħt il-punt 21.A.239(b).

21.A.258   Konstatazzjonijiet

(a)

Meta jkun hemm evidenza oġġettiva li turi nuqqas ta’ konformità tad-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata kif ġej:

1.

konstatazzjoni tal-ewwel livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li jista’ jwassal biex ikun hemm nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat mar-rekwiżiti applikabbli u li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2.

konstatazzjoni tat-tieni livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li mhuwiex ikklassifikat bħala tal-ewwel livell.

(b)

Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

(c)

Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika ta’ konstatazzjonijiet taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija,

1.

fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu juri azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija f'perjodu ta’ mhux aktar minn 21 ġurnata ta’ xogħol wara l-konferma bil-miktub tal-konstatazzjoni;

2.

fil-każ ta’ konstatazzjonijiet tat-tieni livell, il-perjodu ta’ azzjoni korrettiva li jingħata mill-Aġenzija għandu jkun adattat għan-natura tal-konstatazzjoni, iżda fi kwalunkwe każ inizjalment m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur. F’ċerti ċirkustanzi, u suġġett għan-natura tal-konstatazzjoni, l-Aġenzija tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur suġġett għall-forniment ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva sodisfaċenti li dwaru għandu jkun hemm ftehim mal-Aġenzija;

3.

konstatazzjoni tat-tielet livell ma għandhiex teħtieġ azzjoni immedjata mid-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.

(d)

Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn tista’ tiġi suġġetta għal sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija. Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jipprovdi fi żmien xieraq konferma tal-irċevuta tal-avviż tas-sospensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.

21.A.259   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1.

l-organizzazzjoni tad-disinn ma tonqosx milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2.

l-Aġenzija ma tiġix impedita mid-detentur jew minn xi wieħed mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi tiegħu milli twettaq l-investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.257; jew

3.

ma jkunx hemm evidenza li s-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn ma tistax iżżomm kontroll u superviżjoni sodisfaċenti fuq id-disinn tal-prodotti jew fuq it-tibdiliet li jsiru fuqhom taħt l-approvazzjoni; jew

4.

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21.A.263   Privileġġi

(a)

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat li jwettaq attivitajiet ta’ disinn taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni tiegħu.

(b)

Suġġett għall-punt 21.A.257(b), l-Aġenzija għandha taċċetta mingħajr verifika ulterjuri d-dokumenti ta’ konformità li ġejjin sottomessi mill-applikant bl-iskop li jikseb:

1.

l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjira meħtieġa għal permess għat-titjir; jew

2.

ċertifikat tat-tip jew approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri fid-disinn ta’ tip; jew

3.

ċertifikat tat-tip supplementari; jew

4.

awtorizzazzjoni tal-ETSO skont il-punt 21.A.602B(b)(1); jew

5.

approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri.

(c)

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni tiegħu u taħt il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn:

1.

jikklassifika t-tibdiliet fid-disinn tat-tip u t-tiswijiet bħala “maġġuri” jew “minuri”;

2.

japprova tibdiliet minuri fid-disinn tat-tip u tiswijiet minuri;

3.

joħroġ informazzjoni jew struzzjonijiet li jkun fihom id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kontenut tekniku ta’ dan id-dokument huwa approvat taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J. [XXXX].”;

4.

japprova reviżjonijiet minuri fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru u fis-supplimenti tiegħu, u joħroġ it-tali reviżjonijiet bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Ir-Reviżjoni Nru [YY] tal-Manwal tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru (jew tas-suppliment tiegħu) ref. [ZZ] hija approvata taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J. [XXXX].”;

5.

japprova d-disinn ta’ tiswijiet maġġuri ta’ prodotti jew ta’ Unitajiet ta’ Qawwa Awżiljarja li għalihom ikollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip supplementari jew awtorizzazzjoni tal-ETSO;

6.

japprova l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir skont il-punt 21.A.710(a)(2), minbarra permessi għat-titjir li jkunu se jinħarġu għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15);

7.

joħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21.A.711(b) għal inġenju tal-ajru li jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalih ikun approva, taħt il-punt 21.A.263(c)(6), il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir, u meta l-istess organizzazzjoni tad-disinn tkun qed tikkontrolla, bl-Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tad-Disinn tagħha, il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tkun qed tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjir.

21.A.265   Obbligi tad-detentur

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu:

(a)

iżomm il-manwal f’konformità mas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn;

(b)

jiżgura li dan il-manwal jintuża bħala dokument bażiku ta’ xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni;

(c)

jistabbilixxi li d-disinn tal-prodotti, jew it-tibdiliet jew it-tiswijiet li jsiru fihom, kif applikabbli, ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u ma jkollhomx karatteristiċi ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

(d)

ħlief għal tibdiliet jew tiswijiet minuri approvati taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263, jipprovdi lill-Aġenzija dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata li jikkonfermaw il-konformità mal-punt (c);

(e)

jipprovdi lill-Aġenzija informazzjoni jew struzzjonijiet relatati mal-azzjonijiet meħtieġa taħt il-punt 21.A.3B;

(f)

fejn ikun applikabbli, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)(6), jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir;

(g)

fejn ikun applikabbli, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)7, jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21.A.711(b) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenju tal-ajru.

SUBPARTI K –   PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura marbuta mal-approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir.

21.A.303   Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

It-turija ta’ konformità ta’ partijiet u tagħmir li se jiġu installati fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir:

(a)

f’rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subpartijiet B, D jew E għall-prodott li fih dan ikun se jkun installat; jew

(b)

fejn applikabbli, taħt il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O; jew

(c)

fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment.

21.A.305   Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

Fil-każijiet kollha fejn l-approvazzjoni ta’ parti jew tagħmir hija meħtieġa b’mod espliċitu bil-liġi tal-Unjoni jew bil-miżuri tal-Aġenzija, il-parti jew it-tagħmir għandu jikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.

21.A.307   Rilaxx ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

Parti jew tagħmirgħandu jkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip meta dan ikun f’kundizzjoni li jista’ jitħaddem mingħajr periklu u jkun:

(a)

akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata u li huwa mmarkat f’konformità mas-Subparti Q; jew

(b)

parti standard; jew

(c)

fil-każ ta’ inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” u “ELA2”, parti jew tagħmir:

1.

li l-użu tiegħu mhux għal żmien limitat, li ma jiffurmax parti mill-istruttura primarja u li ma jiffurmax parti mill-kontrolli tat-titjira;

2.

li ġie mmanifatturat skont id-disinn applikabbli;

3.

li huwa mmarkat f’konformità mas-Subparti Q;

4.

li ġie identifikat għall-installazzjoni fl-inġenju tal-ajru speċifiku;

5.

li għandu jiġi installat f’inġenju tal-ajru li għalih sidu jkun ivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet mogħtija fil-punti 1 sa 4 u jkun aċċetta r-responsabbiltà għal din il-konformità.

(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

21.A.431 A   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet.

(b)

Din is-Subparti tiddefinixxi t-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti.

(c)

“Tiswija” tfisser it-tneħħija ta’ ħsara u/jew li prodott, parti jew tagħmir jitreġġa’ lura għal kundizzjoni ta’ airworthiness wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur.

(d)

It-tneħħija ta’ ħsara billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta’ attività ta’ disinn għandha titqies bħala xogħol ta’ manutenzjoni, u għalhekk ma għandha teħtieġ ebda approvazzjoni taħt dan l-Anness I (il-Parti 21).

(e)

Tiswija fuq oġġett tal-ETSO minbarra fuq unità ta’ qawwa awżiljarja (APU) għandha tiġi ttrattata bħala tibdila fid-disinn tal-ETSO u għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-punt 21.A.611.

21A.431B   Tiswijiet standard

(a)

It-tiswijiet standard huma tiswijiet:

(1)

marbutin ma’:

(i)

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii)

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii)

gliders u gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

(2)

li jsegwu dejta tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-airworthiness kontinwa; u

(3)

li ma jkunux f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

(b)

Il-punti 21A.432A sa 21A.451 ma japplikawx għat-tiswijiet standard.

21.A.432A   Eliġibbiltà

(a)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21.A.432B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(b)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri.

21.A.432B   Turija tal-kapaċità

(a)

Applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J.

(b)

B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa sabiex jikkonforma ma’ din is-Subparti.

(c)

B’deroga mill-punti (a) u (b), applikant jista’ jfittex il-qbil tal-Aġenzija għall-approvazzjoni ta’ programm taċ-ċertifikazzjoni li jistabbilixxi l-prattiki tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet speċifiċi meħtieġa biex ikun konformi ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) għat-tiswija ta’ prodott iddefinit fil-punt 21A.14(c).

21.A.433   Disinn tat-tiswija

(a)

L-applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija għandu:

1.

juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew f’awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, skont kif japplika, jew ma’ dawk li jkunu fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni (għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija), kif ukoll ma’ kwalunkwe emenda għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni jew kundizzjonijiet speċjali li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex ikun stabbilit livell ta’ sikurezza simili għal dak stabbilit bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew f’awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

2.

jissottometti l-informazzjoni sostanzjanti kollha meħtieġa meta din tintalab mill-Aġenzija;

3.

jiddikjara l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali tal-punt (a)(1).

(b)

Fejn l-applikant ma jkunx id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, skont kif japplika, l-applikant jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt (a) permezz tal-użu tar-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, skont kif japplika.

21.A.435   Klassifikazzjoni tat-tiswijiet

(a)

Tiswija tista’ tkun “maġġuri” jew “minuri”. Il-klassifikazzjoni għandha ssir f’konformità mal-kriterji tal-punt 21.A.91 għal tibdila fid-disinn tat-tip.

(b)

Tiswija għandha tiġi kklassifikata bħala “maġġuri” jew “minuri” taħt il-punt (a) jew:

1.

mill-Aġenzija; jew

2.

minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura miftehma mal-Aġenzija.

21.A.437   Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija

Meta jiġi ddikjarat u jintwera bis-sħiħ li d-disinn tat-tiswija jkun jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali tal-punt 21.A.433(a)(1), dan għandu jiġi approvat:

(a)

mill-Aġenzija; jew

(b)

minn organizzazzjoni approvata kif suppost u li tkun ukoll id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija; jew

(c)

għal tiswijiet minuri biss, minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

21.A.439   Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

Il-partijiet u t-tagħmir li jintużaw biex issir it-tiswija għandhom ikunu mmanifatturati f’konformità mad-dejta tal-produzzjoni bbażata fuq id-dejta tad-disinn kollha meħtieġa, kif ipprovduta mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:

(a)

taħt is-Subparti F; jew

(b)

minn organizzazzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G; jew

(c)

minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost.

21.A.441   Tiswir tat-tiswija

(a)

It-tiswir ta’ tiswija għandu jsir skont il-Parti M jew il-Parti 145, kif ikun xieraq, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G, taħt il-privileġġ tal-punt 21.A.163(d).

(b)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tgħaddi lill-organizzazzjoni li se twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha meħtieġa.

21.A.443   Limitazzjonijiet

Disinn ta’ tiswija jista’ jkun approvat suġġett għal ċerti limitazzjonijiet, f’liema każ l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandha tinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha meħtieġa. Dawn l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jintbagħtu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operatur f’konformità ma’ proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

21.A.445   Ħsara mhux imsewwija

(a)

Meta prodott, parti jew tagħmir bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi, u dan ma jkunx kopert minn dejta approvata qabel, l-evalwazzjoni tal-ħsara għall-finijiet tal-konsegwenzi għall-airworthiness tiegħu tista’ ssir biss:

1.

mill-Aġenzija; jew

2.

minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

Kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-proċeduri tal-punt 21.A.443.

(b)

Fejn l-organizzazzjoni li tkun qed tevalwa l-ħsara taħt il-punt (a) la tkun l-Aġenzija u lanqas ma tkun id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, din l-organizzazzjoni għandha tiġġustifika li l-informazzjoni li fuqha hija bbażata l-evalwazzjoni tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-organizzazzjoni stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, jew mal-manifattur, skont kif japplika.

21.A.447   Żamma tar-rekords

Għal kull tiswija, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet, ir-rapporti tat-testijiet, l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet li possibbilment ikunu nħarġu f’konformità mal-punt 21.A.443, il-ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni, kif ukoll l-evidenza tal-approvazzjoni tad-disinn, għandhom:

(a)

jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija; u

(b)

jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, partijiet jew tagħmir imsewwija.

21.A.449   Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a)

Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed komplut ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa li jirriżultaw mid-disinn tat-tiswija, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli, lil kull operatur ta’ inġenju tal-ajru li jkun jinkorpora t-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista’ jkun irrilaxxat għas-servizz qabel ma jkunu tlestew it-tibdiliet f’dawk l-istruzzjonijiet, imma dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija. Dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mit-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, marbuta mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sa wara li l-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ tijiriet.

(b)

Jekk għal dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa jinħarġu aġġornamenti mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija, wara li t-tiswija tkun ġiet l-ewwel approvata, dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu pprovduti lil kull operatur u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Programm li juri kif se jitqassmu l-aġġornamenti għat-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandu jkun sottomess lill-Aġenzija.

21.A.451   Obbligi u mmarkar tal-EPA

(a)

Kull detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu:

1.

jassumi l-obbligi:

(i)

stabbiliti fil-punti 21.A.3A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.439, 21.A.441, 21.A.443, 21.A.447 u 21.A.449;

(ii)

impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, taħt il-punt 21.A.433 (b), kif xieraq;

2.

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(b)

Ħlief għal detenturi ta’ ċertifikat tat-tip jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal APU li għalihom japplika l-punt 21.A.44, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri għandu:

1.

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.447 u 21.A.449; u

2.

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O –   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO u r-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, it-tali awtorizzazzjonijiet.

21.A.602A   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi, jew tinsab fil-proċess li tipproduċi, oġġett tal-ETSO, u li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.602B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO.

21.A.602B   Turija tal-kapaċità

Kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandu juri l-kapaċità tiegħu kif ġej:

(a)

għall-produzzjoni, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, maħruġa f’konformità mas-Subparti G, jew permezz ta’ konformità mal-proċeduri tas-Subparti F; u

(b)

għad-disinn:

1.

għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J;

2.

għall-oġġetti l-oħra kollha, billi jintużaw il-proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

21.A.603   Applikazzjoni

(a)

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.605.

(b)

Meta tkun antiċipata sensiela ta’ tibdiliet minuri f’konformità mal-punt 21.A.611, l-applikant għandu jniżżel fl-applikazzjoni tiegħu n-numru bażiku tal-mudell tal-oġġett segwit min-numri assoċjati tal-parti b’parentesi miftuħa biex juri li ittri jew numri (jew kombinazzjoni tagħhom it-tnejn) tas-suffiss li jinbidlu se jiżdiedu minn żmien għal żmien.

21.A.604   Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU)

Fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja:

(a)

il-punti 21.A.15, 21.A.16B, 21.A.17, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, u 21.A.44 għandhom japplikaw b’deroga mill-punti 21.A.603, 21.A.606(c), 21.A.610 u 21.A.615, ħlief li Awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ f’konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;

(b)

is-Subparti D jew is-Subparti E tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fid-disinn b’deroga mill-punt 21.A.611. Meta tintuża s-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplementari.

(c)

Is-Subparti M tapplika għall-approvazzjoni tad-disinji tat-tiswijiet.

21.A.605   Rekwiżiti tad-dejta

L-applikant għandu jissottometti d-dokumenti li ġejjin lill-Aġenzija:

(a)

dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li l-applikant issodisfa r-rekwiżiti ta’ din is-Subparti;

(b)

Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP);

(c)

kopja waħda tad-dejta teknika meħtieġa fl-ETSO applikabbli;

(d)

l-espożizzjoni (jew referenza għall-espożizzjoni) imsemmija fil-punt 21.A.143 għall-għan li tinkiseb approvazzjoni adattata ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G jew il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi fil-punt 21.A.125A(b) għall-għan ta’ manifattura taħt is-Subparti F mingħajr approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(e)

għal APU, il-manwal (jew referenza għall-manwal) imsemmi fil-punt 21.A.243 għall-għan li tinkiseb approvazzjoni adattata ta’ organizzazzjoni tad-disinn taħt is-Subparti J;

(f)

għall-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri msemmija fil-punt 21.A.602B(b)(2).

21.A.606   Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

L-applikant għandu jkun intitolat ikollu awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa mill-Aġenzija wara:

(a)

li jkun wera l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.602B; u

(b)

li jkun wera li l-oġġett jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi tal-ETSO applikabbli, u jkun issottometta d-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità;

(c)

li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma mal-punt 21.A.609.

21.A.607   Privileġġi ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO huwa intitolat jipproduċi u jimmarka l-oġġett bl-immarkar adattat tal-ETSO.

21.A.608   Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

(a)

Id-DDP għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

informazzjoni li tikkorrispondi għall-punti 21.A.31(a) u (b), li tidentifika l-oġġett u l-istandard tad-disinn u tal-ittestjar tiegħu;

2.

il-prestazzjoni kkalkulata tal-oġġett, fejn xieraq, jew direttament jew b’referenza għal dokumenti supplementari oħra;

3.

dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li l-oġġett ikun issodisfa l-ETSO x-xieraq;

4.

referenza għar-rapporti tat-test rilevanti;

5.

referenza għall-Manwali tal-Manutenzjoni, l-Ispezzjoni u t-Tiswija xierqa;

6.

il-livelli ta’ konformità, fejn livelli varji ta’ konformità jkunu permessi mill-ETSO;

7.

lista ta’ devjazzjonijiet aċċettati f’konformità mal-punt 21.A.610.

(b)

Id-DDP għandha ġġib id-data u l-firma tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

21.A.609   Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt din is-Subparti għandu:

(a)

jimmanifattura kull oġġett f’konformità mas-Subparti G jew is-Subparti F, li jiżgura li kull oġġett komplut ikun konformi mad-dejta tad-disinn tiegħu u jkun jista’ jiġi installat b’mod sikur;

(b)

jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, fajl kurrenti ta’ dejta u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.613;

(c)

jipprepara, jżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-airworthiness għall-oġġett;

(d)

jagħmel disponibbli lill-utenti tal-oġġett u lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba, dawk il-manwali tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni u t-tiswija li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tal-oġġett, kif ukoll it-tibdiliet li jsiru f’dawk il-manwali;

(e)

jimmarka kull oġġett f’konformità mal-punt 21.A.807;

(f)

jikkonforma mal-punti 21.A.3A, 21.A.3B u 21.A.4;

(g)

ikompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifikazzjoni tal-punt 21.A.602B.

21.A.610   Approvazzjoni għal devjazzjoni

(a)

Kull manifattur li jitlob l-approvazzjoni għal devjazzjoni minn kwalunkwe standard tal- prestazzjoni tal-ETSO għandu juri li l-istandards li minnhom tkun qed tintalab devjazzjoni jkunu kkompensati b’fatturi jew karatteristiċi tad-disinn li jkunu jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

(b)

It-talba għall-approvazzjoni ta’ devjazzjoni, flimkien mad-dejta rilevanti kollha, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija.

21.A.611   Tibdiliet fid-disinn

(a)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jista’ jagħmel tibdiliet minuri fid-disinn (kwalunkwe tibdila għajr tibdila maġġuri) mingħajr awtorizzazzjoni ulterjuri mill-Aġenzija. F’dan il-każ, l-oġġett mibdul għandu jżomm in-numru tal-mudell oriġinali (tibdiliet jew emendi fin-numri tal-partijiet għandhom jintużaw biex ikunu identifikati t-tibdiliet minuri) u d-detentur għandu jgħaddi lill-Aġenzija kwalunkwe dejta riveduta li tkun meħtieġa għall-konformità mal-punt 21.A.603(b).

(b)

Kwalunkwe tibdila fid-disinn li ssir mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO li tkun estensiva biżżejjed li tkun teħtieġ investigazzjoni sostanzjalment kompluta biex tkun stabbilita l-konformità mal-ETSO hija tibdila maġġuri. Qabel ma ssir it-tali tibdila, id-detentur għandu jassenja lill-oġġett deskrizzjoni ġdida tat-tip jew tal-mudell u japplika għal awtorizzazzjoni ġdida taħt il-punt 21.A.603.

(c)

L-ebda tibdila fid-disinn minn persuna fiżika jew ġuridika, għajr id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li tkun issottomettiet id-dikjarazzjoni tal-konformità għall-oġġett ma hija eliġibbli għall-approvazzjoni taħt din is-Subparti O, sakemm il-persuna li tkun qed titlob it-tali approvazzjoni ma tkunx applikat taħt il-punt 21.A.603 għal awtorizzazzjoni separata tal-ETSO.

21.A.613   Żamma tar-rekords

B’referenza għar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords adattati għal jew assoċjati mas-sistema tal-kwalità, l-informazzjoni rilevanti kollha fuq id-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni għall-oġġett ittestjat, għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-oġġett u tal-prodott biċ-ċertifikat tat-tip li jkun twaħħal fih.

21.A.615   Spezzjoni mill-Aġenzija

Fuq talba tal-Aġenzija, kull applikant għal, jew detentur ta’, awtorizzazzjoni tal-ETSO għal oġġett, għandu jippermetti lill-Aġenzija:

(a)

tkun preżenti għal kwalunkwe test;

(b)

tispezzjona l-fajls tad-dejta teknika ta’ dak l-oġġett.

21.A.619   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1.

il-kundizzjonijiet meħtieġa meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tal-ETSO ma jkunux qed jiġu osservati aktar; jew

2.

l-obbligi tad-detentur speċifikati fil-punt 21.A.609 ma jkunux qed jiġu mħarsa aktar; jew

3.

ma jkunx ġie ppruvat li l-oġġett qed iwassal għal perikli fis-servizz li mhumiex aċċettabbli; jew

4.

l-awtorizzazzjoni ma tkunx ġiet ċeduta jew revokata taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21.A.621   Trasferibbiltà

Ħlief għal bdil fil-proprjetà tad-detentur, li għandu jitqies bħala tibdila sinifikanti, u għalhekk għandu jkun konformi mal-punt 21.A.147 u 21.A.247 kif applikabbli, awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) mhijiex trasferibbli.

SUBPARTI P –   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.A.701   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Il-permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx, jew li ma jkunx intwera li jissodisfaw, ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli imma li jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:

1.

l-iżvilupp;

2.

it-turija ta’ konformità mar-regolamenti jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

3.

it-taħriġ tal-ekwipaġġi ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn jew ta’ organizzazzjonijiet tal-produzzjoni;

4.

l-ittestjar ta’ titjiriet matul il-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ta’ produzzjoni ġdida;

5.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-produzzjoni;

6.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-klijent;

7.

il-kunsinna jew l-esportazzjoni tal-inġenji tal-ajru;

8.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità;

9.

l-istħarriġ tas-suq, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-klijenti;

10.

l-esibizzjoni u l-wirja tal-ajru (air show);

11.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru lejn post fejn tkun se ssir xi manutenzjoni jew verifika tal-airworthiness, jew lejn post ta’ ħażna;

12.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru b’piż ogħla mill-piż tat-tluq massimu ċċertifikat għal titjira itwal mid-distanza normali ta’ titjir fuq il-baħar, jew fuq żoni ta’ art fejn faċilitajiet adegwati ta’ nżul jew fjuwil mixtieq ma jkunux disponibbli;

13.

il-ksur ta’ rekords, it-tlielaq tal-ajru jew xi kompetizzjoni simili;

14.

it-titjir tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli qabel ma tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali;

15.

għal attività ta’ titjir mhux kummerċjali fuq inġenji tal-ajru individwali mhux kumplessi jew tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom ma jkunx xieraq il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ta’ ċertifikat tal-airworthiness ristrett.

(b)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u l-approvazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

21.A.703   Eliġibbiltà

(a)

Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra għal permess għat-titjir mitlub għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)15, fejn l-applikant għandu jkun is-sid.

(b)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

21.A.705   Awtorità kompetenti

Minkejja l-punt 21.1 ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), għall-iskop ta’ din is-Subparti, l-“awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; jew

(b)

għal inġenju tal-ajru li ma jkunx irreġistrat, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ordna l-marki ta’ identifikazzjoni.

21.A.707   Applikazzjoni għal permess għat-titjir

(a)

F’konformità mal-punt 21.A.703 u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ joħroġ permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għal permess għat-titjir lill-awtorità kompetenti fil-forma u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità.

(b)

Kull applikazzjoni għal permess għat-titjir għandha tinkludi:

1.

l-iskop(ijiet) tat-titjir(a/ijiet), skont il-punt 21.A.701;

2.

il-modi kif l-inġenju tal-ajru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli;

3.

il-kundizzjonijiet tat-titjir approvati skont il-punt 21.A.710.

(c)

Fejn il-kundizzjonijiet tat-titjir ma jkunux ġew approvati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għal permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.709.

21.A.708   Kundizzjonijiet tat-titjir

Il-kundizzjonijiet tat-titjir jinkludu:

(a)

il-konfigurazzjonijiet li għalihom ikun qed jintalab il-permess għat-titjir;

(b)

kull kundizzjoni jew restrizzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

1.

il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-itinerarji jew l-ispazju tal-ajru, jew it-tnejn, meħtieġa għat-titjir(a/ijiet);

2.

il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet imposti fuq l-ekwipaġġ tat-titjira biex itajjar l-inġenju tal-ajru;

3.

ir-restrizzjonijiet rigward il-ġarr ta’ persuni oħrajn minbarra l-ekwipaġġ tat-titjira;

4.

il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, il-proċeduri speċifiċi jew il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati;

5.

il-programm tat-test tat-titjira speċifiku (jekk ikun applikabbli);

6.

l-arranġamenti speċifiċi dwar l-airworthiness kontinwa, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni u r-reġim li taħtu għandhom jiġu eżegwiti;

(c)

il-konvalidazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt (b);

(d)

il-metodu użat għall-kontroll tal-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, biex jibqa’ fil-limiti tal-kundizzjonijiet stabbiliti.

21.A.709   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a)

F’konformità mal-punt 21.A.707(c) u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir:

1.

lill-Aġenzija bil-mod u l-manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn; jew

2.

lill-awtorità kompetenti bil-mod u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn.

(b)

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għandha tinkludi:

1.

il-kundizzjonijiet tat-titjir proposti;

2.

id-dokumentazzjoni li tissostanzja dawn il-kundizzjonijiet; u

3.

dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt 21.A.708(b).

21.A.710   Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a)

Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati minn:

1.

l-Aġenzija; jew

2.

organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)(6).

(b)

Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti, jew mill-organizzazzjoni li tkun approvata b’mod xieraq li tkun se toħroġ ukoll il-permess għat-titjir.

(c)

Qabel ma tapprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti jew l-organizzazzjoni approvata għandha tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet speċifikati. L-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel, jew teżiġi lill-applikant jagħmel, kull spezzjoni jew test meħtieġ għal dak l-iskop.

21.A.711   Ħruġ ta’ permess għat-titjir

(a)

Permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) jista’ jinħareġ mill-awtorità kompetenti taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.B.525.

(b)

Organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.263(c)(7), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

(c)

Organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.163(e), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

(d)

Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-airworthiness kontinwa approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt M.A.711 tal-Anness I (il-Parti M) tar-[Regolament (KE) Nru 2042/2003] (1), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

(e)

Il-permess għat-titjir għandu jispeċifika l-iskop(ijiet) u kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni li tkun ġiet approvata skont il-punt 21.A.710.

(f)

Għall-permessi maħruġa skont il-punti (b), (c) jew (d), għandha tingħata kopja tal-permess għat-titjir u tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati lill-awtorità kompetenti mal-ewwel opportunità iżda mhux aktar minn 3 ijiem wara.

(g)

Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.723(a) ma tkunx issodisfata għal permess għat-titjir li organizzazzjoni tkun ħarġet f’konformità mal-punti (b), (c) jew (d), dik l-organizzazzjoni għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir immedjatament u tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

21.A.713   Tibdiliet

(a)

Kull tibdila li tinvalida l-kundizzjonijiet tat-titjir jew il-konvalidazzjoni assoċjata stabbilita għall-permess għat-titjir għandha tiġi approvata skont il-punt 21.A.710. Meta tkun rilevanti għandha ssir applikazzjoni skont il-punt 21.A.709.

(b)

Tibdila li taffettwa l-kontenut tal-permess għat-titjir tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ permess għat-titjir ġdid skont il-punt 21.A.711.

21.A.715   Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni neċessarja oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom jiġu ppreżentati f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal- Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti.

21.A.719   Trasferibbiltà

(a)

Permess għat-titjir mhuwiex trasferibbli.

(b)

Minkejja l-punt (a), għal permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15), fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, il-permess għat-titjir għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew għandu jinħareġ biss bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn dan ikun ġie ttrasferit.

21.A.721   Spezzjonijiet

Id-detentur ta’, jew l-applikant għal, permess għat-titjir għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru kkonċernat fuq talba tal-awtorità kompetenti.

21.A.723   Perjodu u validità kontinwa

(a)

Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal massimu ta’ 12-il xahar u għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1.

tinżamm il-konformità mal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-punt 21.A.711(e) assoċjati mal-permess għat-titjir;

2.

il-permess ma jiġix ċedut jew revokat;

3.

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru.

(b)

Minkejja l-punt (a), permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15) jista’ jinħareġ għal perjodu illimitat.

(c)

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, il-permess għat-titjir għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.725   Tiġdid ta’ permess għat-titjir

It-tiġdid tal-permess għat-titjir għandu jiġi pproċessat bħala tibdila f’konformità mal-punt 21.A.713.

21.A.727   Obbligi tad-detentur ta’ permess għat-titjir

Id-detentur ta’ permess għat-titjir għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha assoċjati mal-permess għat-titjir huma ssodisfati u miżmuma.

21.A.729   Żamma tar-rekords

(a)

Id-dokumenti kollha mressqa biex jiġu stabbiliti u ġġustifikati l-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u tal-awtorità kompetenti u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-inġenju tal-ajru.

(b)

Id-dokumenti kollha assoċjati mal-ħruġ ta’ permessi għat-titjir taħt il-privileġġ ta’ organizzazzjonijiet approvati, inklużi r-rekords ta’ spezzjonijiet, id-dokumenti li jissostanzjaw l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir u l-permess għat-titjir innifsu, għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni approvata relatata għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità kompetenti u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-inġenju tal-ajru.

SUBPARTI Q –   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801   Identifikazzjoni ta’ prodotti

(a)

L-identifikazzjoni ta’ prodotti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.

l-isem tal-manifattur;

2.

l-isem tal-prodott;

3.

in-numru tas-serje tal-manifattur;

4.

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun xierqa.

(b)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura inġenju tal-ajru jew magna taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dak l-inġenju tal-ajru jew dik il-magna permezz ta’ pjanċa li tiflaħ għan-nar u li fuqha jkun hemm immarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar, jew inkella permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ identifikazzjoni għandha tkun marbuta sew b’manjiera li din tkun aċċessibbli u tinqara, u li ma jkunx possibbli li titħassar jew titneħħa matul is-servizz normali, jew inkella li tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(c)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura skrun, xafra ta’ skrun, jew buttun ta’ skrun taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifikah permezz ta’ pjanċa, stampar, inċiżjoni, jew inkella b’xi metodu approvat ieħor ta’ identifikazzjoni li jkun jiflaħ għan-nar. Din l-identifikazzjoni għandha titpoġġa fuq wiċċ li ma jkunx kritiku, għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a), u għandha tkun tali li la titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(d)

Għall-blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni preskritta fil-punt (b) għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun tal-arja jkun minfuħ bl-arja. Barra minn hekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati, b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti tiegħu, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti tiegħu.

21.A.803   Immaniġġjar tad-dejta ta’ identifikazzjoni

(a)

L-ebda persuna ma tista’ tneħħi, tibdel, jew tpoġġi kwalunkwe informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(b)

L-ebda persuna ma tista’ tneħħi jew twaħħal kwalunkwe pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(c)

B’deroga mill-punti (a) u (b), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni taħt ir-regoli ta’ implimentazzjoni assoċjati applikabbli tista’, f’konformità mal-metodi, it-teknika u l-prattiki stabbiliti mill-Aġenzija:

1.

tneħħi, tibdel jew tpoġġi l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU; jew

2.

tneħħi pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, meta dan ikun meħtieġ matul ix-xogħol ta’ manutenzjoni.

(d)

L-ebda persuna ma tista’ twaħħal pjanċa ta’ identifikazzjoni mneħħija f’konformità mal-punt (c)(2) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun għajr fuq dak li minn fuqu din tkun tneħħiet.

21.A.804   Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

(a)

Kwalunkwe parti jew tagħmir għandha tkun immarkata, b’mod permanenti u li jinqara, bi:

1.

isem, trademark jew simbolu li jidentifika l-manifattur b’mod identifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli; u

2.

in-numru tal-parti, kif iddefinit fid-dejta tad-disinn applikabbli; u

3.

l-ittri EPA għal partijiet jew tagħmir prodotti f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.

(b)

B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti jew tagħmir ikun żgħir wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti jew tagħmir jiġi mmarkat bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew it-tagħmir jew il-kontenitur tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx setgħet tiġi mmarkata fuq il-parti.

21.A.805   Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

Barra mir-rekwiżit tal-punt 21.A.804, kull manifattur ta’ parti li tkun se titwaħħal fuq prodott biċ-ċertifikat tat-tip u li tkun ġiet identifikata bħala parti kritika għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka dik il-parti bin-numru tal-parti tagħha u bin-numru tas-serje.

21.A.807   Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

(a)

Kull detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt is-Subparti O għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka kull oġġett bl-informazzjoni li ġejja:

1.

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2.

l-isem, it-tip, in-numru tal-parti jew l-isem tal-mudell tal-oġġett;

3.

in-numru tas-serje jew id-data tal-manifattura tal-oġġett jew it-tnejn; u

4.

in-numru tal-ETSO applikabbli.

(b)

B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti tkun żgħira wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti tiġi mmarkata bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew il-kontenitur tagħha għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx setgħet tiġi mmarkata fuq il-parti.

(c)

Kull persuna li timmanifattura APU taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dik l-APU permezz ta’ pjanċa li tkun tiflaħ għan-nar li fuqha jkollha mmarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar jew permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ informazzjoni għandha tkun marbuta sew b’tali mod li din tkun aċċessibli u tinqara, u li la tkun tista’ titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tkun tista’ tintilef jew tinqered f’xi inċident.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A –   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.5   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-proċedura għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta din tkun qed teżerċita d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħha marbuta mal-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni u r-revoka ta’ ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet imsemmija f’dan l-Anness I (il-Parti 21).

(b)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u materjal ta’ gwida biex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima.

21.B.20   Obbligi tal-awtorità kompetenti

Kull awtorità kompetenti tal-Istat Membru hija responsabbli mill-implimentazzjoni tat-Taqsima A, is-Subpartijiet F, G, H, I u P, biss għall-applikanti, jew id-detenturi, li l-post prinċipali tan-negozju tagħhom ikun fit-territorju tagħha.

21.B.25   Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

(a)

Ġenerali:

L-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti b’responsabbiltajiet allokati għall-implimentazzjoni tat-Taqsima A, is-Subpartijiet F, G, H, I u P, bi proċeduri dokumentati, struttura ta’ organizzazzjoni u persunal.

(b)

Riżorsi:

1.

in-numru ta’ persunal għandu jkun suffiċjenti biex iwettaq id-dmirijiet allokati lilu;

2.

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha taħtar maniġer, jew maniġers, li jkunu responsabbli għat-twettiq tad-dmir(ijiet) relatat(i) fi ħdan l-awtorità, inkluża l-komunikazzjoni mal-Aġenzija u mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kif xieraq.

(c)

Kwalifika u taħriġ:

Il-persunal kollu għandu jkun ikkwalifikat kif suppost u għandu jkollu għarfien, esperjenza u taħriġ biżżejjed biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

21.B.30   Proċeduri dokumentati

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati biex tiddeskrivi l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21). Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u għandhom iservu bħala d-dokumenti bażiċi tal-ħidma f’dik l-awtorità għall-attivitajiet kollha relatati.

(b)

Kopja tal-proċeduri u tal-emendi tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija.

21.B.35   Tibdiliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdila sinifikanti fl-organizzazzjoni u l-proċeduri dokumentati tagħha.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha taġġorna fi żmien xieraq il-proċeduri dokumentati tagħha marbutin ma’ kwalunkwe tibdila fir-regolamenti biex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva.

21.B.40   Riżoluzzjoni ta’ tilwim

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċess għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fi ħdan il-proċeduri dokumentati tagħha ta’ organizzazzjoni.

(b)

Fejn ikun hemm tilwima li ma tkunx tista’ tiġi riżolta bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tkun ir-responsabbiltà tal-maniġers, kif iddefinit fil-punt 21.B.25(b)(2), li jirreferu din it-tilwima lill-Aġenzija għall-medjazzjoni.

21.B.45   Rappurtar/koordinazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura l-koordinazzjoni, kif applikabbli, ma’ timijiet oħra relatati taċ-ċertifikazzjoni, l-investigazzjoni, l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ dik l-awtorità, ma’ Stati Membri oħra, kif ukoll mal-Aġenzija biex ikun żgurat skambju effiċjenti tal-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza tal-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe diffikultà fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

21.B.55   Żamma tar-rekords

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm, jew iżżomm aċċess għal, ir-rekords ix-xierqa relatati maċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet li tkun tat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali rispettivi, u li r-responsabbiltà għalihom tkun ittrasferita lill-Aġenzija, sakemm dawn ir-rekords ma jkunux ġew ittrasferiti lill-Aġenzija.

21.B.60   Direttivi tal-airworthiness

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi direttiva tal-airworthiness minn awtorità kompetenti ta’ Stat li mhux membru, dik id-direttiva tal-airworthiness għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija għad-disseminazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

SUBPARTI B –   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUBPARTI C – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUBPARTI E –   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUBPARTI F –   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.120   Investigazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha taħtar tim investigattiv għal kull applikant għal, jew detentur ta’, ittra ta’ ftehim biex dan iwettaq l-azzjonijiet kollha rilevanti marbuta ma’ din l-ittra ta’ ftehim. Dan għandu jkun magħmul minn kap tat-tim sabiex jiġġestixxi u jmexxi t-tim tal-investigazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, minn membru tat-tim wieħed jew aktar. Il-kap tat-tim għandu jirrapporta lill-maniġer responsabbli għall-attività, kif iddefinit fil-punt 21.B.25 (b)(2).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ittra ta’ ftehim biex din tkun tista’ tiġġustifika r-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, ittra ta’ ftehim bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkunu jkopru tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li tkun irċeviet;

2.

it-twaqqif tat-tim investigattiv;

3.

it-tħejjija u l-ippjanar tal-investigazzjonijiet;

4.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (il-manwal, il-proċeduri, eċċ.);

5.

l-awditjar u l-ispezzjoni;

6.

is-segwitu tal-azzjonijiet korrettivi; u

7.

ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim.

21.B.125   Konstatazzjonijiet

(a)

Meta, waqt verifiki jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A ta’ dan l- Anness, din il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata f’konformità mal-punt 21.A.125B(a).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1.

għal konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-ittra ta’ ftehim kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva;

2.

għal konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li ma għandux ikun itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva min-naħa tal-organizzazzjoni.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-ittra ta’ ftehim kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

21.B.130   Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

(a)

Meta tkun sodisfatta li l-manifattur ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti F, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed ittra ta’ ftehim li turi l-konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali (il-Formola 65 tal-EASA, ara l-Appendiċi XI).

(b)

L-ittra ta’ ftehim għandu jkun fiha l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim, data ta’ skadenza u, fejn applikabbli, il-limitazzjonijiet ix-xierqa marbuta mal-awtorizzazzjoni.

(c)

Il-perjodu ta’ validità tal-ittra ta’ ftehim m’għandux ikun itwal minn sena.

21.B.135   Żamma tal-ittra ta’ ftehim

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-ittra ta’ ftehim sakemm:

(a)

il-manifattur ikun qed jagħmel użu kif suppost mill-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) bħala dikjarazzjoni tal-konformità għal inġenju tal-ajru komplut u mill-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I) għal prodotti għajr ajruplani, partijiet u tagħmir kompluti; u

(b)

l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru qabel ma ssir il-validazzjoni tal-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) jew tal-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I), skont il-punt 21.A.130(c), ma jkunu wrew l-ebda konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti jew mal-proċeduri kif jinsabu fil-manwal ipprovdut mill-manifattur jew nuqqas ta’ konformità tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir rispettivi. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw tal-anqas li:

1.

il-ftehim ikun ikopri l-prodott, il-parti jew it-tagħmir li jkun qed jiġi vvalidat, u li dan jibqa’ validu;

2.

il-manwal deskritt fil-punt 21.A.125A(b) u l-istatus ta’ tibdil tiegħu msemmi fl-ittra ta’ ftehim ikun użat bħala dokument bażiku tax-xogħol mill-manifattur. Altrimenti, l-ispezzjoni m’għandhiex tkompli u għalhekk iċ-ċertifikati tar-rilaxx m’għandhomx ikunu vvalidati;

3.

il-produzzjoni tkun saret taħt il-kundizzjonijiet preskritti fl-ittra ta’ ftehim u tkun twettqet b’mod sodisfaċenti;

4.

l-ispezzjonijiet u t-testijiet (inklużi t-testijiet tat-titjira, jekk ikun meħtieġ), skont il-punti 21.A.130(b)(2) u/jew (b)(3), ikunu saru taħt il-kundizzjoni preskritta fl-ittra ta’ ftehim u jkunu twettqu b’mod sodisfaċenti;

5.

l-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti deskritti jew indirizzati fl-ittra ta’ ftehim ikunu saru u nstabu li huma aċċettabbli;

6.

id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun konformi mal-punt 21.A.130 u li l-informazzjoni pprovduta minnha ma tkunx tipprevjeni l-validazzjoni tagħha; u

(c)

tkun għadha ma ġiet stabbilita l-ebda data ta’ skadenza għall-ittra ta’ ftehim.

21.B.140   Emenda fl-ittra ta’ ftehim

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga, kif xieraq, f’konformità mal-punt 21.B.120, kwalunkwe emenda tal-ittra ta’ ftehim.

(b)

Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti F, jkomplu jkunu rispettati, din għandha temenda l-ittra ta’ ftehim kif suppost.

21.B.145   Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ ittra ta’ ftehim

(a)

Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għal-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka u għandha tinforma lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim bid-dritt ta’ appell tiegħu.

(b)

Meta ittra ta’ ftehim tkun ġiet sospiża, din għandha terġa’ tinħareġ biss wara li l-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti F tkun ġiet stabbilita mill-ġdid.

21.B.150   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ittra ta’ ftehim individwali.

(b)

Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1.

id-dokumenti pprovduti mill-applikant għal, jew mid-detentur ta’, ittra ta’ ftehim;

2.

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni u l-ispezzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.120;

3.

l-ittra ta’ ftehim, inklużi t-tibdiliet; u

4.

il-minuti tal-laqgħat mal-manifattur.

(c)

Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara l-iskadenza tal-ittra ta’ ftehim.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm ukoll ir-rekords tad-Dikjarazzjonijiet tal-Konformità kollha (il-Formola 52 tal-EASA, ara l-Appendiċi VIII) u taċ-Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA, ara l-Appendiċi I) li hija tkun ivvalidat.

SUBPARTI G –   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.220   Investigazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha taħtar tim għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal kull applikant, jew detentur ta’, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. Dan għandu jwettaq ix-xogħol kollu rilevanti marbut ma’ din l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, u għandu jkun jikkonsisti minn kap tat-tim li jiġġestixxi u jmexxi t-tim tal-approvazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, minn membru tat-tim wieħed jew aktar. Il-kap tat-tim għandu jirrapporta lill-maniġer responsabbli għall-attività kif iddefinit fil-punt 21.B.25(b)(2).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni biex tiġġustifika r-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li tkun irċeviet;

2.

it-twaqqif ta’ tim għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

3.

it-tħejjija u l-ippjanar tal-investigazzjonijiet;

4.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-proċeduri, eċċ.);

5.

l-awditjar;

6.

is-segwitu tal-azzjonijiet korrettivi;

7.

ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8.

is-sorveljanza kontinwa.

21.B.225   Konstatazzjonijiet

(a)

Meta, waqt verifiki jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jkun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, din il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata f’konformità mal-punt 21.A.158(a).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1.

għal konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva;

2.

għal konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li ma għandux ikun itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva min-naħa tal-organizzazzjoni.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

21.B.230   Ħruġ ta’ ċertifikat

(a)

Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti G, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (il-Formola 55 tal-EASA, ara l-Appendiċi X).

(b)

In-numru ta’ referenza għandu jkun inkluż fil-Formola 55 tal-EASA b’manjiera speċifikata mill-Aġenzija.

21.B.235   Sorveljanza kontinwa

(a)

Biex tkun iġġustifikata ż-żamma tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza kontinwa:

1.

biex tivverifika li s-sistema tal-kwalità tad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tikkonforma mat-Taqsima A, is-Subparti G;

2.

biex tivverifika li l-organizzazzjoni tad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun qed topera f’konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

3.

biex tivverifika l-effettività tal-proċeduri tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

4.

biex tissorvelja b’kampjuni l-istandards tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir.

(b)

Is-sorveljanza kontinwa għandha ssir f’konformità mal-punt 21.B.220.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi, permezz ta’ sorveljanza kontinwa ppjanata, li approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun riveduta kompletament għall-konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) matul perjodu ta’ 24 xahar. Is-sorveljanza kontinwa tista’ tikkonsisti minn diversi attivitajiet investigattivi matul dan il-perjodu. In-numru ta’ verifiki jista’ jvarja skont il-kumplessità tal-organizzazzjoni, in-numru ta’ siti, kif ukoll skont kemm tkun kritika l-produzzjoni. Bħala minimu d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jkun suġġett għal attività ta’ sorveljanza kontinwa għall-inqas darba fis-sena, liema attività għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti.

21.B.240   Emenda ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja kwalunkwe tibdila minuri permezz tal-attivitajiet ta’ sorveljanza kontinwa.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga kif xieraq, f’konformità mal-punt 21.B.220, kwalunkwe tibdila sinifikanti f’approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew f’applikazzjoni mid-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni biex issir emenda fil-kamp ta’ applikazzjoni u fit-termini tal-approvazzjoni.

(c)

Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti G, jkomplu jkunu rispettati, din għandha temenda l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni kif suppost.

21.B.245   Sospensjoni u revoka ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a)

Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, parzjalment jew b’mod sħiħ, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ġej:

1.

fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi llimitata jew sospiża immedjatament. Jekk id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma mal-punt 21.A.158(c)(1), l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi revokata;

2.

fil-każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe restrizzjoni fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni permezz ta’ sospensjoni temporanja tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, jew ta’ partijiet minnha. Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma mal-punt 21.A.158(c)(2), l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi revokata.

(b)

Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lid-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni jew ir-revoka u għandha tinforma lid-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni bid-dritt ta’ appell tiegħu.

(c)

Meta approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun ġiet sospiża, din għandha terġa’ tinħareġ mill-ġdid biss wara li tkun ġiet stabbilita mill-ġdid il-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti G.

21.B.260   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni individwali.

(b)

Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1.

id-dokumenti pprovduti mill-applikant għal, jew mid-detentur ta’, ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

2.

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imsemmija l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.220, inklużi l-konstatazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-punt 21.B.225;

3.

il-programm ta’ sorveljanza kontinwa, inklużi r-rekords tal-investigazzjonijiet li jkunu saru;

4.

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, inklużi t-tibdiliet;

5.

il-minuti tal-laqgħat mad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(c)

Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin.

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

21.B.320   Investigazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-airworthiness biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat jew tal-permess.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3.

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-airworthiness;

4.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

5.

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

6.

it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati tal-airworthiness.

21.B.325   Ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett (il-Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi V), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

(c)

Għal inġenji tal-ajru ġodda jew użati li jkunu ġejjin minn Stat li mhux membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-airworthiness xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-airworthiness inizjali (il-Formola 15a tal-EASA, ara l-Appendiċi II).

21.B.326   Ċertifikat tal-airworthiness

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness għal:

(a)

inġenju tal-ajru ġdid:

1.

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni;

(b)

inġenju tal-ajru użat:

1.

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(i)

l-inġenju tal-ajru jkun jikkonforma ma’ disinn tat-tip approvat taħt ċertifikat tat-tip u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdila jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l- Anness I (il-Parti 21); u

(ii)

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-airworthiness applikabbli; u

(iii)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness I (il-Parti M) għar-[Regolament (KE) Nru 2042/2003];

2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.B.327   Ċertifikat tal-airworthiness ristrett

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett għal:

1.

inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi, u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni;

2.

inġenju tal-ajru użat:

(i)

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(A)

l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdila jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l- Anness I (il-Parti 21); u

(B)

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-airworthiness applikabbli; u

(C)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness I (il-Parti M) għar-[Regolament (KE) Nru 2042/2003];

(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi mad-disinn approvat u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b)

Għal inġenju tal-ajru li ma jistax jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u li mhuwiex eliġibbli għal ċertifikat tat-tip ristrett, l-Aġenzija għandha, sabiex tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti essenzjali:

1.

toħroġ, u tivverifika l-konformità ma’, speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi biex tkun żgurata s-sikurezza adegwata fir-rigward tal-użu maħsub, u

2.

tispeċifika l-limitazzjonijiet għall-użu ta’ dan l-inġenju tal-ajru.

(c)

Il-limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ biex jiġu kkunsidrati d-devjazzjonijiet mir-rekwiżiti essenzjali għall-airworthiness stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

21.B.330   Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-airworthiness u ta’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti

(a)

Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.181(a) ma tkunx issodisfata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-airworthiness.

(b)

Mal-ħruġ tal-avviż ta’ sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ta’ ċertifikat tal-airworthiness ristrett, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni jew ir-revoka u tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.345   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ċertifikat tal-airworthiness individwali.

(b)

Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1.

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2.

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.320(b); u

3.

kopja taċ-ċertifikat jew tal-permess, inklużi l-emendi.

(c)

Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li jkunu tneħħew minn dak ir-reġistru nazzjonali.

SUBPARTI I –   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21.B.420   Investigazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-ħoss biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà;

2.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

3.

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru.

21.B.425   Ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha, kif applikabbli, toħroġ jew temenda ċertifikati tal-ħoss (il-Formola 45 tal-EASA, ara l-Appendiċi VII) mingħajr dewmien żejjed meta tkun sodisfatta li r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti I, jkunu ntlaħqu.

21.B.430   Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss

(a)

Kif ikun hemm evidenza li wħud mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.211(a) ma jkunux issodisfati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-ħoss.

(b)

Kif toħroġ l-avviż ta’ sospensjoni u ta’ revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni u għar-revoka u għandha tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.445   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords bi kriterji minimi taż-żamma li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ċertifikat tal-ħoss individwali.

(b)

Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1.

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2.

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.420(b);

3.

kopja taċ-ċertifikat, inklużi l-emendi.

(c)

Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li jkunu tneħħew minn dak ir-reġistru nazzjonali.

SUBPARTI J –   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUBPARTI K –   PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUBPARTI L – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUBPARTI N – MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O –   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUBPARTI P –   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.B.520   Investigazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti biex tiġġustifika l-ħruġ jew ir-revoka tal-permess għat-titjir.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkunu jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

4.

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

5.

l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.710(b).

21.B.525   Ħruġ ta’ permessi għat-titjir

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) mingħajr dewmien żejjed:

(a)

mal-preżentazzjoni tad-dejta skont il-punt 21.A.707; u

(b)

meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ikunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710; u

(c)

meta l-awtorità kompetenti, permezz tal-investigazzjonijiet tagħha stess, li jistgħu jinkludu l-ispezzjonijiet, jew permezz ta’ proċeduri maqbula mal-applikant, tkun sodisfatta li qabel it-titjir l-inġenju tal-ajru jkun jikkonforma mad-disinn iddefinit skont il-punt 21.A.708.

21.B.530   Revoka ta’ permessi għat-titjir

(a)

Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.723(a) ma tkunx issodisfata għal permess għat-titjir li tkun ħarġet, l-awtorità kompetenti għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir.

(b)

Mal-ħruġ tal-avviż ta’ revoka ta’ permess għat-titjir l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u tinforma lid-detentur tal-permess għat-titjir bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.545   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tħaddem sistema ta’ żamma tar-rekords li tkun tipprovdi traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ u r-revoka ta’ kull permess għat-titjir individwali.

(b)

Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1.

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2.

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.520(b); u

3.

kopja tal-permess għat-titjir.

(c)

Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li l-permess ma jibqax validu.

SUBPARTI Q –   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.


(1)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

Appendiċijiet

FORMOLI TAL-EASA

Meta l-formoli ta’ dan l-Anness jinħarġu f’lingwa għajr l-Ingliż għandhom ikunu jinkludu traduzzjoni bl-Ingliż

Il-Formoli tal-EASA(“Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”) imsemmija fl-appendiċijiet għal din il-Parti għandu jkollhom il-karatteristiċi obbligatorji li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formoli tal-EASA li huma stess jiħorġu jkunu rikonoxxibli sew u għandhom ikunu responsabbli għall-istampar ta’ dawk il-Formoli.

Appendiċi I– Fomola tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat

Appendiċi II– Formola 15a tal-EASA Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Airwothiness

Appendiċi III– Formola 20a tal-EASA Permess għat-Titjir

Appendiċi IV– Formola 20b tal-EASA Permess għat Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V– Formola 24 tal-EASA Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett

Appendiċi VI– Formola 25 tal-EASA Ċertifikat Airworthiness

Appendiċi VII– Formola 45 tal-EASA Ċertifikat tal-Ħoss

Appebdiċi VIII– Formola 52 tal-EASA Dikjarazzjoni tal-konformita’ tal-Inġenju tal-Ajru

Appendiċi IX– Formola 53 tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X– Formola 55 tal-EASA Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI– Formola 65 tal-EASA Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi I

Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat – il-Formola 1 tal-EASA imsemmi fl-Anness I (il-Parti 21)

Image

Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA

Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ produzzjoni. Issir referenza għall-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti M) tar-[Regolament (KE) Nru 2042/2003] li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ manutenzjoni.

1.   SKOP U UŻU

1.1.

Skop ewlieni taċ-ċertifikat hu li jiddikjara l-airworthiness ta’ prodotti, partijiet u tagħmir tal-avjazzjoni ġodda (“l-oġġett(i)”).

1.2.

Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-ċertifikat u l-oġġett(i). L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat għandha żżomm kopja f’forma li tippermetti l-verifika tad-dejta oriġinali.

1.3.

Iċ-ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-airworthiness, iżda jista’ jkun jiddependi fuq ftehimiet bilaterali u/jew fuq il-politika tal-awtorità tal-airworthiness.

1.4.

Iċ-ċertifikat mhuwiex dokument ta’ kunsinna jew ta’ trasport.

1.5.

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu rrilaxxati permezz taċ-ċertifikat.

1.6.

Iċ-ċertifikat ma jikkostitwixxix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrun partikolari, iżda jgħin biex l-utent aħħari jkun jista’ jiddeċiedi x’inhu l-istatus tal-approvazzjoni tal-airworthiness tiegħu.

1.7.

Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti rrilaxxati wara l-produzzjoni u ta’ oħrajn irrilaxxati wara l-manutenzjoni.

1.8.

Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti ċċertifikati f’konformità ma’ “dejta approvata” u ta’ oħrajn iċċertifikati b’“dejta mhux approvata”.

2.   FORMAT ĠENERALI

2.1.

Iċ-ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-ċertifikat ma jibqax jintgħaraf.

2.2.

Iċ-ċertifikat għandu jkun f’format mimdud (“landscape”), iżda d-daqs globali jista’jitkabbar jew jiċċekken b’mod sinifikanti, basta ċ-ċertifikat jibqa’ jintgħaraf u leġġibbli. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.3.

Id-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Utent/l-Installatur tista’ titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.

2.4.

L-istampar għandu jkun ċar u leġġibbli biex ikun jista’ jinqara faċilment.

2.5.

Iċ-ċertifikat jista’ jkun jew stampat minn qabel jew magħmul permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġġibbli u konformi mal-format iddefinit.

2.6.

Iċ-ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u meta xieraq, b’lingwa oħra jew aktar.

2.7.

Id-dettalji li għandhom jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat jistgħu jiġu stampati permezz ta’ magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn, b’ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment.

2.8.

Għal aktar ċarezza, it-taqsir ta’ kliem għandu jintuża mill-anqas possibbli.

2.9.

L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tista’ tuża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat biex tniżżel kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, iżda ma tista’ tinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu li jsir min-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat għandha ssir referenza għalih fil-kaxxa x-xierqa fuq in-naħa ta’ quddiem taċ-ċertifikat.

3.   KOPJI

3.1.

Ma hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta’ kopji taċ-ċertifikat li jistgħu jintbagħtu lill-klijent jew li jistgħu jinżammu mill-entità li toħorġu.

4.   ŻBALL/ŻBALJI FIĊ-ĊERTIFIKAT

4.1.

F’każ li utent aħħari jsib xi żball/żbalji fuq ċertifikat, għandu jidentifikah/om bil-miktub lill-entità li tkun ħarġitu. Jekk tkun tista’ tivverifika u tikkoreġi l-iżball/l-iżbalji, l-entità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tista’ toħroġ ċertifikat ġdid.

4.2.

Iċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru ta’ referenza tal-formola u data ġodda u jrid jiġi ffirmat mill-ġdid.

4.3.

It-talba għal ċertifikat ġdid tista’ tiġi aċċettata mingħajr ma terġa’ ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali tal-oġġett u fil-kaxxa 12 tiegħu għandha ssir referenza għaċ-ċertifikat preċedenti, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja: “Dan iċ-ċertifikat jikkoreġi l-iżball/l-iżbalji fil-kaxxa/il-kaxxi [indika l-kaxxa/il-kaxxi kkoreġuti] taċ-ċertifikat [indika n-numru ta’ referenza tal-formola oriġinali] ddatat [indika d-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità/il-kundizzjoni/ir-rilaxx tal-oġġett għas-servizz”. Iż-żewġ ċertifikati għandhom jinżammu għall-perjodu minimu li matulu għandu jinżamm l-ewwel ċertifikat.

5.   MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ENTITÀ LI TOĦORĠU

Kaxxa 1:   Awtorità kompetenti/pajjiż responsabbli għall-approvazzjoni

Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li dan iċ-ċertifikat inħareġ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità kompetenti hija l-Aġenzija, indika “EASA” biss.

Kaxxa 2:   Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA

“ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT - FORMOLA 1 TAL-EASA”

Kaxxa 3:   Numru ta’ referenza tal-Formola

Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/mill-proċedura ta’ numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4; dan in-numru jista’ jinkludi karattri alfanumeriċi.

Kaxxa 4:   Isem u indirizz tal-organizzazzjoni

Indika l-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (agħmel referenza għall-Formola 55 tal-EASA, il-Paġna A) li qed tirrilaxxa l-oġġett(i) kopert(i) minn dan iċ-ċertifikat. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., tal-organizzazzjoni, sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5:   Ordni ta’ xogħol/kuntratt/fattura

Sabiex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijent, indika n-numru tal-ordni ta’ xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura jew numru ta’ referenza simili.

Kaxxa 6:   Oġġett

Meta jkun hemm aktar minn linja waħda ta’ oġġetti, indika n-numru ta’ kull linja. Din il-kaxxa tippermetti li t-tqabbil mar-Rimarki fil-kaxxa 12 isir faċilment.

Kaxxa 7:   Deskrizzjoni

Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu li jintuża fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa jew fid-dejta dwar il-manutenzjoni (eż. Katalogu Illustrat tal-Partijiet, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru, Bullettin tas-Servizz, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Partijiet).

Kaxxa 8:   Numru tal-parti

Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ magna jew skrun, tista’ tindika d-deżinjazzjoni tat-tip.

Kaxxa 9:   Kwantità

Indika l-kwantità ta’ oġġetti.

Kaxxa 10:   Numru tas-serje

F’każ li r-regolamenti jeżiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru tas-serje, indikah hawnhekk. Jista’ jiġi indikat ukoll kwalunkwe numru tas-serje ieħor li mhux meħtieġ b’regolament. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika “N/A”.

Kaxxa 11:   Status/xogħol

Indika “PROTOTIP” jew “ĠDID”.

Indika “PROTOTIP”. għal:

(i)

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità ma’ dejta tad-disinn mhux approvata;

(ii)

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż. wara li tiddaħħal tibdila fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija.

Indika “ĠDID” għal:

(i)

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità ma’ dejta tad-disinn approvata;

(ii)

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż. wara li tiddaħħal tibdila fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija;

(iii)

ċertifikazzjoni mill-ġdid, maħruġa mill-manifattur tal-prodott jew mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti, ta’ oġġetti minn “prototip” (konformità ma’ dejta mhux approvata biss) għal “ġdid” (konformità ma’ dejta approvata u f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu), wara l-approvazzjoni tad-dejta tad-disinn applikabbli, sakemm id-dejta tad-disinn ma tkunx inbidlet. Fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal id-dikjarazzjoni li ġejja:

“ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA’ OĠĠETTI MINN “PROTOTIP” GĦAL “ĠDID”: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA L-APPROVAZZJONI TAD-DEJTA TAD-DISINN [DAĦĦAL IN-NUMRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP/TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP SUPPLEMENTARI, IL-LIVELL TA’ REVIŻJONI], BID-DATA TA’ [JEKK MEĦTIEĠA BIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) F’KONFORMITÀ MAGĦHA.”

Il-kaxxa “dejta tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” għandha tiġi mmarkata fil-kaxxa 13a;

(iv)

il-kontroll bir-reqqa ta’ oġġett ġdid li jkun diġà ġie rrilaxxat, qabel ma jibda jintuża, skont standard jew speċifikazzjoni speċifikata mill-klijent (id-dettalji ta’ dan l-istandard jew ta’ din l-ispeċifikazzjoni għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 12 flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali) jew biex jiġi stabbilit l-airworthiness (fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal spjegazzjoni għalfejn ingħata r-rilaxx flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali).

Kaxxa 12:   Rimarki

Iddeskrivi, jew direttament jewinkella permezz ta’ referenza għal dokumenti ta’ sostenn, ix-xogħol indikat fil-Kaxxa 11 li huwa neċessarju biex l-utent jew l-installatur jiddetermina l-airworthiness tal-oġġett(i) fir-rigward tax-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża paġna oħra li ssir referenza għaliha fil-Formola 1 tal-EASA. Kull dikjarazzjoni għandha tidentifika b’mod ċar għal liema oġġett(i) tal-kaxxa 6 tkun qed tirreferi. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni, indika “L-ebda dikarazzjoni”.

Fil-kaxxa 12 indika r-raġunijiet għar-rilaxx tad-dejta tad-disinn mhux approvata (eż. ċertifikat tat-tip pendenti, għall-ittestjar biss, approvazzjoni tad- dejta pendenti).

Jekk l-istampar tad-dejta jsir minn forma elettronika tal-Formola 1 tal-EASA, f’din il-kaxxa għandha tiġi indikata kwalunkwe dejta li ma tistax tiddaħħal f’kaxxi oħra.

Kaxxa 13a:   Immarka waħda biss minn dawn iż-żewġ kaxxi:

1.

Immarka l-kaxxa “dejta tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) immanifatturat(i) bl-użu ta’ dejta tad-disinn approvata u jinstab li hu(huma) f’kundizzjoni li jaħdem(jaħdmu) mingħajr periklu.

2.

Immarka l-kaxxa “dejta tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) immanifatturat(i) bl-użu ta’ dejta tad-disinn mhux approvata applikabbli. Fil-kaxxa 12 indika d-dejta (eż. ċertifikat tat-tip pendenti, għall-ittestjar biss, approvazzjoni tad- dejta pendenti).

Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti rrilaxxati abbażi ta’ dejta tad-disinn approvata u oħrajn irrilaxxati abbażi ta’ dejta tad-disinn mhux approvata.

Kaxxa 13b:   Firma ta’ persuna awtorizzata

F’dan l-ispazju għandha tiffirma l-persuna awtorizzata. F’din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u l-politiki tal-awtorità kompetenti. Biex il-firma tintgħaraf aħjar, jista’ jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.

Kaxxa 13c:   Numru tal-approvazzjoni/tal-awtorizzazzjoni

Indika n-numru/r-referenza tal-approvazzjoni/tal-awtorizzazzjoni. Dan in-numru, jew referenza, jinħareġ mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa 13d:   Isem

Indika, b’mod leġġibbli, l-isem tal-persuna li tiffirma fil-kaxxa 13b.

Kaxxa 13e:   Data

Indika d-data li fiha tiġi ffirmata l-kaxxa 13b. Din id-data għandu jkollha l-format ta’ jj = il-jum f’żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = is-sena f’erba’ ċifri.

Kaxxi 14a sa 14e:   Rekwiżiti ġenerali għall-kaxxi 14a sa 14e:

Dawn il-kaxxi ma jintużawx għar-rilaxx tal-produzzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b’xi mod ieħor, biex jiġi evitat li jintużaw bi żball jew b’mod mhux awtorizzat.

Responsabbiltajiet tal-utent/tal-installatur

Daħħal id-dikjarazzjoni li ġejja fiċ-ċertifikat biex tinnotifika lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu ta’ kwalunkwe oġġett li jkollu l-formola miegħu:

“DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JAWTORIZZAX B’MOD AWTOMATIKU T-TWETTIQ TAL-INSTALLAZZJONI.

META L-UTENT/L-INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLI TA’ AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS LI MHIX L-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, IKUN ESSENZJALI LI L-UTENT/L-INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS TIEGĦU TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1.

ID-DIKJARAZZJONIJIET MOGĦTIJA FIL-KAXXI 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU GĦANDU JKOLLHOM ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠA MILL-UTENT/MILL-INSTALLATUR SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.”

Appendiċi II

Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Airworthiness – il-Formola 15a tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi III

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi IV

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi V

Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett – il-Formola 24 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi VI

Ċertifikat tal-Airworthiness — il-Formola 25 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi VII

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi VIII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru – il-Formola 52 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet għall-użu tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru – il-Formola 52 tal-EASA

1.   SKOP U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

L-użu tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru maħruġa mill-manifattur li jipproduċi skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti F, huwa deskritt fil-punt 21.A.130 u fil-mezzi korrispondenti aċċettabbli ta’ konformità.

1.2.

L-iskop tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti G, huwa li jippermetti lid-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni xierqa jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-airworthiness għal inġenju tal-ajru individwali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1.

Id-Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tkun konformi mal-format mehmuż, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-Dikjarazzjoni tal-konformità ma tibqax tintgħaraf. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2.

Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista’ tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġġibbli. Kliem stampat minn qabel jista’ jsir bħalma jidher fil-mudell mehmuż, iżda ma tista’ ssir ebda dikjarazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni.

2.3.

Il-mili tal-formola jista’ jsir jew billi l-kliem jiġi stampat permezz ta’ magna/kompjuter jew billi dan jinkiteb bl-idejn, b’ittri majjuskoli li jippermettu li l-kliem jinqara faċilment. Bħala lingwa jista’ jintuża l-Ingliż, u meta jkun il-każ, tista’ tintuża l-lingwa (jew aktar minn lingwa waħda) uffiċjali tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ il-formola.

2.4.

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-Dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha li jissemmew fiha.

3.   MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROĠHA

3.1.

Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-kaxxi kollha.

3.2.

Ma tista’ tinħareġ ebda Dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni sakemm ma jiġux approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.

3.3.

L-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista’ tiġi indikata permezz ta’ referenza għal dokumenti identifikati separati arkivjati min-naħa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma taqbilx mod ieħor.

3.4.

Id-Dikjarazzjoni tal-konformità mhix intiża biex tinkludi dawk l-elementi tat-tagħmir li jista’ jkun meħtieġ li jiġu installati sabiex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud minn dawn l-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw iż-żamma tal- konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikulari li jwettqu huma stess.

Kaxxa 1

Indika isem l-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2

L-awtorità kompetenti li d-Dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ bl-awtorità tagħha.

Kaxxa 3

F’din il-kaxxa, għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta kontroll u traċċabbiltà tad-Dikjarazzjoni. Madankollu, meta d-dokument ikun magħmul permezz ta’ kompjuter mhuwiex neċessarju li n-numru jiġi stampat minn qabel f’każ li l-kompjuter ikun ipprogrammat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-kaxxa tista’ tiġi stampata minn qabel. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., sakemm id-daqs tagħhom ikun joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5

It-tip tal-inġenju tal-ajru, speċifikat b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu.

Kaxxa 6

In-numri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni korrispondenti għall-inġenju tal-ajru li huwa s-suġġett taċ-ċertifikat.

Kaxxa 7

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx irreġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u, jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz.

Kaxxa 8

In-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-manifattur għal skopijiet ta’ kontroll u traċċabbiltà u għall-appoġġ b’rabta mal-prodott. Xi drabi, dan in-numru jissejjaħ in-Numru tas-Serje tal-Manifattur jew in-Numru tal-Kostruttur.

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu. Għandhom jiġu indikati wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-manifattur u l-indirizz tiegħu.

Kaxxa 10

Tibdiliet fid-disinn approvati għad- definizzjoni tal-inġenju tal-ajru.

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi tal-airworthiness (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali li jkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inklużi l-prodotti u l-partijiet, l-apparat u t-tagħmir installati. Għandu jiġi indikat ukoll kwalunkwe limitu taż-żmien li fih trid tintlaħaq il-konformità fil-ġejjieni.

Kaxxa 12

Devjazzjonijiet approvati mhux intenzjonati mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu konċessjonijiet, diverġenzi jew nuqqas ta’ konformità.

Kaxxa 13

F’din il-kaxxa jistgħu jitniżżlu biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.

Kaxxa 14

Rimarki. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, dejta partikolari jew limitazzjoni partikolari li tista’ taffettwa l-airworthiness tal-inġenju tal-ajru. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew dejta ta’ dan it-tip, indika “L-EBDA INFORMAZZJONI”.

Kaxxa 15

Indika jew “Ċertifikat tal-Airworthiness” jew “Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett” jew iċ-Ċertifikat tal-Airworthiness rikjest.

Kaxxa 16

F’din il-kaxxa għandhom jiġu indikati r-rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17

Biex id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tkun valida, il-kaxxi ta’ din il-formola għandhom jimtlew kollha bl-informazzjoni kollha meħtieġa. Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jarkivja kopja tar-rapport tat-titjira bi prova flimkien ma’ kwalunkwe difetti rreġistrati u dettalji ta’ tiswijiet. Ir-rapport għandu jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u għandu jiġi ffirmat mill-persunal li jiċċertifika x-xieraq u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. mill-pilota tat-test jew mill-inġinier tat-titjir bi prova. It-titjir bi prova mwettaq huwa dak iddefinit fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità, kif stabbilit fil-punt 21.A.139, b’mod partikolari fil-punt 21.A.139(b)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jarkivja lista tal-oġġetti pprovduti (jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni) biex tinżamm il-konformità mal-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni relatati mat-tħaddim mingħajr periklu.

Kaxxa 18

Id-Dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata li tagħmel dan mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni skont il-punt 21.A.145(d). Għall-firma ma jistax jintuża timbru.

Kaxxa 19

L-isem tal-persuna li tiffirma ċ-ċertifikat għandu jiġi ttajpjat jew stampat b’mod leġġibbli.

Kaxxa 20

Indika d-data ta’ meta ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 21

Indika r-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

Appendiċi IX

Image

Test ta 'immaġni

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ-FORMOLA 53 TAL-EASA

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI

Il-kaxxa DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAX-XOGĦOL LI SAR li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA għandha tinkludi referenza għad-dejta approvata li tkun intużat biex isir ix-xogħol.

Il-kaxxa POST li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA tirreferi għall-post fejn tkun saret il-manutenzjoni, u mhux għall-post tal-faċilitajiet tal-organizzazzjoni (jekk differenti).

Appendiċi X

Ċertifikati ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni msemmija fis-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21) — il-Formola 55 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi XI

Ittra ta’ Ftehim – il-Formola 65 tal-EASA – imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Ir-Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

(ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005

(ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 189)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006

(ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 391)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007

(ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 215)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007

(ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 316)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008

(ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008

(ĠU L 283, 28.10.2008, p. 30)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009

(ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5)


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(a) sa (h)

Artikolu 1(2)(i) u (j)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2a(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 2a(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 2a(1), il-punti (ċ) u (d)

Artikolu 2a(2) sa (5)

Artikolu 3(2) sa (5)

Artikolu 2b

Artikolu 4

Artikolu 2ċ(1)

Artikolu 5

Artikolu 2ċ(2) u (3)

Artikolu 2d

Artikolu 6

Artikolu 2e, l-ewwel paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 2e, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 8(1), (2) u (3)

Artikolu 3(3), it-tieni sentenza, (4) u (5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 9(1), (2) u (3)

Artikolu 4(3), it-tieni sentenza, (4), (5) u (6)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 5(1)

Artikolu 12

Artikolu 5(2) sa (5)

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top