EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1667

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2000 tas-17 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3072/95 dwar l- organizzazzjoni komuni tas-suq tar- ross

OJ L 193, 29.7.2000, p. 3–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 030 P. 122 - 124
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 034 P. 62 - 64
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 034 P. 62 - 64

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004; Impliċitament imħassar minn 32003R1785

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1667/oj

32000R1667



Official Journal L 193 , 29/07/2000 P. 0003 - 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2000

tas-17 ta’ Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3072/95 dwar l- organizzazzjoni komuni tas-suq tar- ross

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 3072/95 [4] jipprovdi li l-prezz ta’ intervent għandu jkun suġġett għal żidiet fix-xahar. Dan il-mekkanismu ifittex li jieħu in konsiderazzjoni, sa ċertu limitu, ta’ l- ispejjeż tal-ħżin u ta’ l-ispejjeż ta’ l-iffinanzjar għall- ħżin ta’ ċereali fil-Komunità u tal-ħtieġa li jiġi żgurat li wieħed jeħles mill-ħażniet skond il- ħtiġijiet tas-suq. Skond l-istrateġija segwita għar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas- swieq b’konnessjoni ma’ l-Aġenda 2000 u sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jorganizzaw il- produzzjoni tagħhom matul diversi snin, iż-żidiet fix-xahar għandhom jiġu ffissati mingħajr ebda limitu ta’ żmien, mingħajr preġudizzju għal kull reviżjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa fil-futur. B’mod partikolari minħabba l-istabilita’ tal- prezzijiet u tar-rati ta’ l-imgħax, iż-żidiet presentament applikabbli għandhom jinżammu.

(2) Fil-kuntest li jingħata appoġġ lill-produtturi tar-ross, Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jipprovdi għal erja bażi nazzjonali għal kull Stat Membru produttur bl-eċċezjoni ta’ Franza u tal-Greċja, li fir-rigward tagħhom huma stipulati żewġ erji bażi. Il-Greċja talbet li d-dipartimenti ta’ Kavala u Aitolia u Akarnania jiġu inklużi fl-istess erja bażi bħal Tessaloniki, Serres u Ftjotida, minħabba li r-ross jikkostitwixxi prodott agrikolu tradizzjonali f’dawn id-dipartimenti.

(3) Bil-għan li tintlaħaq simplifikazzjoni u kjarezza leġislattiva, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3072/95 li m’ humiex relevanti għandhom jiġu mħassra fl-istess żmien.

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal- Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3072/95 huwa emendat kif ġej:

1. Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. Il-prezz ta’ intervent għandu jkun suġġett għal żidiet fix-xahar matul kull wieħed mill-erba’ xhur speċifikati f’Artikolu 4(1). Il- prezz hekk miksub għax-xahar ta’ Lulju għandu jibqa’ validu sal-31 ta’ Awissu.

Mis-sena tas-suq 2000/2001, kull żieda fix-xahar għandha tkun ta’ EUR 2/t."

2. F’Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"3. L-ammonti ta’ ħlas ta’ kumpens għandhom ikunu kif ġej:

(EUR/ett) |

| 1997/98 | 1998/99 | 1999/2000 u wara |

Spanja | 111,44 | 222,89 | 334,33 |

Franza | | | |

—territorju metropolitan | 96,35 | 192,70 | 289,05 |

—Gujana Franċiża | 131,80 | 263,60 | 395,40 |

Il-Greċja | | | |

—id-dipartimenti ta' Tessaloniki,Serres, Kavala, Ajtolja, Akarnanja u Ftijotida | 131,27 | 262,55 | 393,82 |

—dipartimenti oħrajn | 131,27 | 262,55 | 393,82 |

L-Italja | 106,00 | 212,00 | 318,01 |

Il-Portugall | 106,18 | 212,36 | 318,53 |

Sabiex tintlaħaq orjentazzjoni aħjar ta’ produzzjoni, l-ammonti ta’ ħlas ta’ kumpens jisgħu jiġu varjati billi jiġu applikati żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet skond il- varjeta’.

Il- ħlasijiet ta’ kumpens għandhom isiru bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru li jiġu wara l-bidu tas-sena tas-suq in kwistjoni.

4. Qiegħda tiġi stabbilita erja bażi nazzjonali għal kull Stat Membru produttur. Madanakollu, fir-rigward ta’ Franza u tal-Greċja qegħdin jiġu stabiliti żewġ erji bażi. Iż-żoni bażiċi huma skond kif ġej:

Spanja | 104973 ett |

Franza | |

—territorju metropolitan | 24500 ett |

—Gujana Franċiża | 5500 ett |

Il-Greċja | |

—id-dipartimenti ta' tessaloniki, Serres, Kavala, Ajtolja, Akarnanja u Ftijotida | 22330 ett |

—dipartimenti oħrajn | 2561 ett |

L-Italja | 239259 ett |

Il-Portugall | 34000 ett" |

3. L-Artikolu 20 huwa mħassar.

4. Artikolu 22 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 22

1. Il- Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali mwaqqaf bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [6] hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ ‘il- Kumitat’.

2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu stipulat f’Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala xahar.

3. Il- Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kunsill

J. Glavany

Il-President

[1] ĠU C 86 E, ta' l-24.3.2000, p 3.

[2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2000 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 168, tas-16.06.2000, p. 17.

[4] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2072/1998 (ĠU L 265, tat-30.9.1998, p. 4).

[5] ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.

[6] ĠU L 181, ta' l-1.07.1992, p. 21.

--------------------------------------------------

Top