Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0583

    Kawża C-583/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MV

    ĠU C 424, 7.11.2022, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MV

    (Kawża C-583/22)

    (2022/C 424/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: MV

    Parti oħra: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (1), u fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) ta’ din id-deċiżjoni qafas, fil-każ ta’ kumulu ta’ pieni relatati ma’ kundanni mogħtija fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi imposta piena għal reat imwettaq fit-territorju nazzjonali anki jekk l-inklużjoni teoretika tal-piena mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni taqbeż il-limitu massimu awtorizzat fid-dritt Ġermaniż għal pieni ta’ priġunerija?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    It-teħid inkunsiderazzjoni tal-piena imposta fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kif previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, għandu jsir b’mod li l-iżvantaġġ li jirriżulta mill-impossibbiltà li tiġi ddeterminata sussegwentement piena kumulattiva, skont il-prinċipji ta’ kumulu ta’ pieni stabbiliti fid-dritt Ġermaniż, għandu jiġi konkretament ippruvat u ġġustifikat, waqt id-determinazzjoni tal-piena għall-ksur imwettaq fit-territorju nazzjonali?


    (1)  ĠU 2008, L 220, p. 32.


    Top