Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0127

Kawża C-127/22, Balgarska telekomunikatsionna kompania: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad- il-Bulgarija) – “Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 185 – Aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Oġġetti mwarrba – Bejgħ sussegwenti bħala skart – Distruzzjoni jew rimi debitament ipprovati jew ikkonfermati)

ĠU C 216, 19.6.2023, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad- il-Bulgarija) – “Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-127/22 (1), Balgarska telekomunikatsionna kompania)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 185 - Aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Oġġetti mwarrba - Bejgħ sussegwenti bħala skart - Distruzzjoni jew rimi debitament ipprovati jew ikkonfermati)

(2023/C 216/28)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 185(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġu interpretat fis-sens li:

t-twarrib ta’ oġġett, li l-persuna taxxabbli qieset li kien sar bla użu fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi abitwali tagħha, segwit mill-bejgħ ta’ dan l-oġġett bħala skart, li kien suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ma jikkostitwixxix “tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretati fis-sens li:

t-twarrib ta’ oġġett, li l-persuna taxxabbli qieset li kien sar bla użu fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi abitwali tagħha, segwit mid-distruzzjoni volontarja ta’ dan l-oġġett jikkostitwixxi “tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas”, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu. Madankollu, tali sitwazzjoni tikkostitwixxi “distruzzjoni”, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, indipendentement min-natura volontarja tagħha, b’tali mod li dan it-tibdil ma joħloqx obbligu ta’ aġġustament sakemm din id-distruzzjoni tkun debitament ipprovata jew ikkonfermata u li l-imsemmi oġġett ikun oġġettivament tilef kull utilità fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna taxxabbli. L-eliminazzjoni debitament ipprovata ta’ oġġett għandha tiġi assimilata mad-distruzzjoni tiegħu sa fejn din tinvolvi konkretament l-għajbien irriversibbli ta’ dan l-oġġett.

3)

L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu l-aġġustament tal-VAT tal-input imnaqqsa waqt l-akkwist ta’ oġġett meta dan ikun twarrab, peress li l-persuna taxxabbli qieset li kien sar bla użu fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi abitwali tagħha, u li, sussegwentement, dan l-oġġett kien inbiegħ suġġett għall-VAT, jew ġie distrutt, jew eliminat b’mod li jinvolvi konkretament l-għajbien irriversibbli tiegħu, sakemm din id-distruzzjoni tkun debitament ipprovata jew ikkonfermata u li l-imsemmi oġġett kien oġġettivament tilef kull utilità fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tal-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


Top