Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0385

    Kawża T-385/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BPCE et vs BUR

    ĠU C 338, 23.8.2021, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/32


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BPCE et vs BUR

    (Kawża T-385/21)

    (2021/C 338/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u l-44 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante 2021 għall-FUR sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

    skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament MUR, tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u tar-Regolament iddelegat inapplikabbli:

    l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament MUR;

    l-Artikoli 4(2), 6 u 7 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament iddelegat;

    l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postali vs BUR.


    Top