This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0492
Case T-492/20: Judgment of the General Court of 7 July 2021 — S. Tous v EUIPO — Zhejiang China-Best Import & Export (Lamp) (Community design — Invalidity proceedings — Registered Community design representing a lamp — Earlier EU figurative marks representing a teddy bear — Grounds for invalidity — Article 25(1)(b) and (e) of Regulation (EC) No 6/2002)
Kawża T-492/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Luminarju) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta luminarju – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw ors tal-plaxx – Raġuni għal invalidità – Artikolu 25(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 338, 23.8.2021, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Luminarju)
(Kawża T-492/20) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta luminarju - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw ors tal-plaxx - Raġuni għal invalidità - Artikolu 25(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2021/C 338/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: S. Tous, SL (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: D. Gómez Sánchez u J. Gracia Albero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Zhejiang China-Best Import & Export Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1553/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn S. Tous u Zhejiang China-Best Import & Export.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
S. Tous, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż. |