EUR-Lex L'accesso al diritto dell'Unione europea

Torna alla homepage di EUR-Lex

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62018TN0216

Kawża T-216/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament

ĠU C 211, 18.6.2018, pagg. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806010051915552018/C 211/332162018TC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL20180328262721

Kawża T-216/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament

In alto

C2112018MT2610120180328MT0033261272

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament

(Kawża T-216/18)

2018/C 211/33Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni li ma jibqax jitħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2017 hija annullata;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Paralment allegatament interpreta b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni meta ħa id-deċiżjoni li ma jibqax iħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Parlament ma għandux kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjoni kkontestata, peress li t-trasferiment interistituzzjonali ta’ uffiċjal ma jikkostitwixxix reklutaġġ ġdid u, konsegwentement, il-Parlament ma setax juża l-pretest tat-trasferiment tar-rikorrent sabiex jistabbilixxi, għat-tieni darba, id-dritt tiegħu għall-allowance tal-espatrijazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll tad-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent, sa fejn kull att amministrattiv adottat minn istituzzjoni għandu preżunzjoni ta’ legalità u fejn, f’dan il-każ, id-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri allegatament tat aspettattiva leġittima lir-rikorrent li ser jibqa’ jieħu l-allowance tal-espatrijazzjoni sakemm jibqa’ assenjat għal-Lussemburgu.

In alto