This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0383
Case C-383/17: Action brought on 26 June 2017 — European Commission v Portuguese Republic
Kawża C-383/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
Kawża C-383/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/28 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-383/17)
(2017/C 277/41)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma pprovdietx lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-organizzazzjonijiet kollha rikonoxxuti li jaġixxu f’isimha, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/15/KE (1) tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li kull Stat Membru għandu jwettaq, mill-inqas kull sentejn, monitoraġġ ta’ kull organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f’ismu u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport dwar ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ sal-31 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti għal dik li fiha jkun twettaq il-monitoraġġ.
Ladarba t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fid-dritt nazzjonali skada fis-17 ta’ Ġunju 2011, konformement mal-Artikolu 13(1), ir-Repubblika Portugiża kellha tipprovdi l-ewwel rapport sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013 inkwantu setgħet għażlet li twettaq l-ewwel monitoraġġ matul is-sena 2011 jew is-sena 2012.
Issa, ninsabu f’Ġunju 2017 u r-Repubblika Portugiża għadha ma ppreżentat ebda rapport.