Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0382

    Kawża C-382/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/27


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-382/17)

    (2017/C 277/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma żviluppatx, ma implementatx u ma żammitx fis-seħħ, sas-17 ta’ Ġunju 2012, sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu, relatati mal-Istat tal-bandiera, iċċertifikata konformement mal-istandards ta’ kwalità internazzjonali applikabbli, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li l-Istat Membri għandhom jiżviluppaw, jimplementaw u jżommu fis-seħħ l-imsemmija sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata sas-17 ta’ Ġunju 2012.

    Ninsabu f’Ġunju 2017 u r-Repubblika Portugiża għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-imsemmi artikolu.

    Billi qed taġixxi b’dan il-mod, l-amministrazzjoni Portugiża qiegħda tikkomprometti l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva fejn b’hekk jitqiegħdu f’riskju s-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent. Minbarra dan, l-aġir tal-amministrazzjoni Portugiża jikkaġuna r-riskju li jinħoloq vantaġġ kompetittiv żleali tal-flotta Portugiża meta mqabbel mal-flotot ta’ Stati Membri oħra.


    (1)  ĠU 2009, L 131, p. 132.


    Top