This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0841
Case T-841/16: Action brought on 24 November 2016 — Alex v Commission
Kawża T-841/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Alex vs Il-Kummissjoni
Kawża T-841/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Alex vs Il-Kummissjoni
ĠU C 30, 30.1.2017, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/55 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Alex vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-841/16)
(2017/C 030/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alex SCI (Bayonne, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2016; |
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li l-għajnuna mogħtija lill-CABAB mill-FEŻR, mill-Istat Franċiż, mill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u mill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantiques, hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni; |
konsegwentement,
— |
tordna lill-Istat Franċiż, lill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u lill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantiques, li huma entitajiet tal-Istat deċentralizzati, kif ukoll lill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR), iħallsu lura l-għajnuna mogħtija illegalment, bl-interessi bir-rata legali mid-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-għajnuna; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-avukat li jammontaw għal EUR 5 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità interna tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ notifika tal-finanzjament allokat għall-proġett “Technocité”, operat mill-FEŻR, mir-Repubblika Franċiża, mill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u mill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantique favur il-Communauté d’agglomération Côte-Basque-Adour (CABAB). |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-finanzjament mas-suq intern. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-finanzjament. |