EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0809

Kawża T-809/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

(Kawża T-809/16)

(2017/C 030/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2016/06 tal-15 ta’ April 2016 [“Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/06)”] kif ukoll id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2016/13 tal-20 ta’ Mejju 2016 [“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)”], tal-inqas sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv: ksur manifest tar-rekwiżiti proċedurali minħabba nuqqas ta’ notifika (kompleta) tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

It-tieni motiv: ksur manifest tar-rekwiżiti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.


Top