Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0078

Kawża T-78/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Sartour vs Il-Parlament (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Konċessjoni ta’ ikel f’bini okkupat mill-Parlament — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Annullament tas-sejħa għal offerti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 410, 7.11.2016, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Sartour vs Il-Parlament

(Kawża T-78/16) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Konċessjoni ta’ ikel f’bini okkupat mill-Parlament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Annullament tas-sejħa għal offerti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 410/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u S. Toliušis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06B40/2015/M073 dwar il-konċessjoni tas-servizz ta’ restaurant b’ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament fi Brussell, u, min-naħa l-oħra, tad-“deċiżjoni” li permezz tagħha l-Parlament ta l-imsemmija konċessjoni lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016


Top