Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0586

    Kawża C-586/16 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 minn Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-460/13, Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 30, 30.1.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/22


    Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 minn Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-460/13, Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-586/16 P)

    (2017/C 030/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd (rrappreżentata minn: R. Vidal, A. Penny, Solicitors, B. Kennelly QC, Barrister)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-460/13 sa fejn din tiċħad ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck (citalopram), li sabet ksur minħabba l-għan tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE, sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti;

    Tannulla l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti;

    Tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jimponi multi fuq l-appellanti jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa; u

    Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-kwistjoni u kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test biex jintwera ksur tal-Artikolu 101(1) “minħabba l-għan” stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) fil-kawża Cartes Bancaires vs Il-Kummissjoni C-67/13 P, ECLI: UE:C:2014:2204 (iktar ’il quddiem “Cartes Bancaires”). Il-ftehim bejn l-appellanti u H. Lundbeck A/S (iktar ’il quddiem “Lundbeck”) li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2002 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim”2) ma kienx min-natura tiegħu stess ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. L-għan tiegħu kien prima facie li tiġi solvuta tilwima dwar privattiva bejn l-appellanti u Lundbeck. Jekk il-Ftehim kienx effettivament ta’ ħsara għall-kompetizzjoni kien jirrikjedi li l-Kummissjoni teżamina l-effetti tiegħu.

    2.

    Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li kien hemm, fiż-żmien meta ntlaħaq il-Ftehim, “kompetizzjoni potenzjali” materjal bejn l-appellanti u Lundbeck, manifestament żnaturat il-provi tal-proċess. Il-Kummissjoni kienet obbligata li tipprova b’mod oġġettiv li l-appellanti kellha possibbiltà reali u konkreta li tidħol fis-suq b’mod ekonomikament vijabbli. L-evidenza wriet li (a) tali dħul ma kienx possibbiltà reali jew konkreta, kemm oġġettivament kif ukoll f’termini ta’ vijabbiltà ekonomika, qabel l-iskadenza tal-Ftehim; u (b) fin-negozjati li wasslu għall-Ftehim, l-appellanti ma kellha ebda inċentiv li tgħid il-verità fir-rigward tal-fatt li kienet lesta li tidħol fis-suq u ingannat lil Lundbeck biex taqbel kemm li tipprovdi l-prodott tagħha stess lill-appellanti bi prezz skontat kif ukoll li tagħmel ħlas lill-appellanti. Dan fil-fatt ippermetta li l-appellanti tidħol fis-suq immedjatament, ħaġa li kruċjalment ma setgħetx altrimenti tagħmel. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni distinzjoni ewlenija bejn l-appellanti u l-manifatturi ġeneriċi l-oħra li daħlu fi ftehimiet ma Lundbeck, li hija li l-appellanti ma kellha l-ebda possibbiltà reali u konkreta li tikseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fit-terminu tal-Ftehim.

    3.

    Fi kwalunkwe każ, ma kellha tiġi imposta l-ebda sanzjoni fuq l-appellanti. Fiż-żmien tal-Ftehim, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni ma kinux jipprevedu li tali ftehim jikkostitwixxi ksur “minħabba l-għan”. Kien każ ġdid li fih Lundbeck kelha, prima facie, protezzjoni minn kompetizzjoni fil-forma tal-privattivi tagħha u ta’ ostakoli regolatorji fejn l-appellanti fil-fatt tejjbet il-kapaċità tagħha li tikkompeti ma’ Lundbeck fis-suq rilevanti, billi kisbet provvisti skontati tal-prodott ta’ Lundbeck li fuqhom l-appellanti setgħet twaħħal it-tikketta tagħha stess. Is-sanzjoni imposta fuq l-appellanti injorat il-karattru ġdid tal-ksur u d-dewmien mhux raġonevoli tal-Kummissjoni: l-appellanti setgħet tiġi faċilment avżata dwar l-investigazzjoni aktar minn ħames snin qabel l-avviż effettiv.


    Top