Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0574

Kawża C-574/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Grupo Norte Facility S.A. vs Angel Manuel Moreira Gómez

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Grupo Norte Facility S.A. vs Angel Manuel Moreira Gómez

(Kawża C-574/16)

(2017/C 030/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Norte Facility S.A.

Konvenut: Angel Manuel Moreira Gómez

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-prinċipju ta’ ekwivalenza bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti, għandu jitqies li x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “ċirkostanzi oġġettivi” skont l-Artikolu 49(1)(c) tar-Regolamenti tal-Ħaddiema [Estatuto de los Trabajadores] u x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “raġunijiet oġġettivi” previsti fl-Artikolu 52 tal-imsemmija regolamenti jikkostitwixxu “sitwazzjonijiet paragunabbli” u li, għaldaqstant, il-kumpensi differenti mħallsa f’każ jew f’ieħor jikkostitwixxu differenza fit-trattament bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti li hija pprojbita mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, hemm lok li jitqies li l-għanijiet ta’ politika soċjali li ġġustifikaw il-ħolqien tal-“contrato de relevo” jiġġustifikaw ukoll, skont il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas iċċitat iktar ’il fuq, id-differenza fit-trattament li tikkonsisti fil-ħlas ta’ kumpens għax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol li jkun inqas favorevoli fil-każ li l-impriża tiddeċiedi liberament li l-imsemmi “contrato de relevo” jkun għal żmien determinat?

3)

Għall-finijiet li tiġi ggarantita l-effettività tad-Direttiva 1999/70, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni raġonevoli konformi mal-Klawżola 4(1), [tal-istess direttiva]. id-differenza fit-trattament bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti, prevista fil-leġiżlazzjoni Spanjola msemmija iktar ’il fuq, fir-rigward tal-kumpens imħallas fil-każ tax-xoljiment tal-kuntratt, tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn din tmur kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li jifformaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


Top