Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0549

    Kawża C-549/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

    ĠU C 30, 30.1.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

    (Kawża C-549/16)

    (2017/C 030/23)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

    Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxa tal-boll (fuq kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetà kummerċjali msemmija fl-Artikolu 40 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 131, tas-26 ta’ April 1986, u fl-Artikolu 5(1)(a bis) tal-ewwel parti tal-iskeda ta’ tariffi tiegħu) jistgħu jinġabru kumulattivament, jew inkella fis-sens li din l-aħħar taxxa għandha n-natura ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?


    (1)  ĠU L 347, p. 1.


    Top