EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0548

Kawża C-548/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – État belge vs Biologie Dr Antoine SPRL

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – État belge vs Biologie Dr Antoine SPRL

(Kawża C-548/16)

(2017/C 030/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Biologie Dr Antoine SPRL

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mar-regoli ta’ stabbiliment tal-karta tal-bilanċi previsti bir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (Direttiva 78/660/KEE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21), regoli li skonthom:

il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-attiv u tal-passiv, tas-sitwazzjoni finanzjarja kif ukoll tal-qligħ u telf tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-Direttiva);

il-provvedimenti għal riskji u spejjeż huma maħsuba sabiex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar iżda li, fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li għandhom isiru, jew aktarx li għandhom isiru, jew huwa ċert li għandhom isiru iżda ma hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew dwar id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-Direttiva);

il-prinċipju ta’ prudenza għandu fi kwalunkwe każ jiġi osservat u b’mod partikolari:

profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;

għandu jittieħed kont tar-riskji kollha prevedibbli u telf potenzjali li jinħolqu fil-kors tas-sena finanzjarja kkonċernata jew ta’ waħda ta’ qabel, anki jekk dawn ir-riskji jew telf isiru evidenti biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha hija titfassal (Artikolu 31(1)(ċ), (aa) u (bb) tad-Direttiva);

għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa (Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva);

il-komponenti tal-entrati tal-attiv u tal-passiv għandhom jiġu valutati separatament (Artikolu 31(1)(e) tad-Direttiva);

li kumpannija li toħroġ opzjoni tal-ishma tista’ tikkontabilizza fid-dħul il-prezz taċ-ċessjoni tal-imsemmija opzjoni matul is-sena finanzjarja fejn l-imsemmija opzjoni titneħħa jew fit-tmiem tal-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed kont tar-riskju li l-emittent tal-opzjoni jidħol għalih wara l-impenn li huwa jieħu jew li ma jiħux matul is-sena finanzjarja fejn iċ-ċessjoni tal-opzjoni titwettaq u l-prezz tagħha jiġi akkwistat b’mod definittiv, bir-riskju li jassumi l-emittent tal-opzjoni jiġi valutat separatament permezz tal-kontabilizzazzjoni ta’ provvediment?


Top