This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0490
Case C-490/16: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 26 July 2017 (request for a preliminary ruling from the Vrhovno sodišče Republike Slovenije — Slovenia) — A.S. v Republika Slovenija (Reference for a preliminary ruling — Regulation (EU) No 604/2013 — Determination of the Member State responsible for examining an application for international protection lodged in one of the Member States by a third-country national — Arrival of an exceptionally large number of third-country nationals wishing to obtain international protection — Organisation by the authorities of a Member State of the crossing of the border for the purpose of transit to another Member State — Entry authorised by way of derogation for humanitarian reasons — Article 13 — Irregular crossing of an external border — Period of 12 months from the crossing of the border — Article 27 — Remedy — Scope of judicial review — Article 29 — Period of six months for the purpose of effecting the transfer — Running of the periods — Use of an appeal — Suspensory effect)
Kawża C-490/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – A.S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali — Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor — Dħul awtorizzat b’eċċezzjoni għal raġunijiet umanitarji — Artikolu 13 — Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna — Terminu ta’ tnax-il xahar mill-qsim tal-fruntiera — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Artikolu 29 — Terminu ta’ sitt xhur għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment — Kalkolu tat-termini — Użu ta’ appell — Effett sospensiv)

ĠU C 309, 18.9.2017, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
18.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – A.S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-490/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali - Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor - Dħul awtorizzat b’eċċezzjoni għal raġunijiet umanitarji - Artikolu 13 - Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna - Terminu ta’ tnax-il xahar mill-qsim tal-fruntiera - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Artikolu 29 - Terminu ta’ sitt xhur għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment - Kalkolu tat-termini - Użu ta’ appell - Effett sospensiv))
(2017/C 309/19)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A.S.
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għall-protezzjoni internazzjonali jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ appell minn deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tiegħu, l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ responsabbiltà dwar il-qsim irregolari tal-fruntiera ta’ Stat Membru, stipulat fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament. |
|
2) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li d-dħul tiegħu ġie ttollerat, mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru kkonfrontati bil-wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jittranżitaw minn dan l-Istat Membru sabiex iressqu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul bħala prinċipju meħtieġa f’dan l-ewwel Stat Membru, għandu jitqies li “qasam b’mod irregolari” il-fruntiera tal-imsemmi l-ewwel Stat Membru fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
3) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-preżentata ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment ma għandhiex effett fuq il-kalkolu tat-terminu previst fl-imsemmi Artikolu 13(1). |
L-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżentata ta’ tali appell timplika li t-terminu stipulat f’dawn id-dispożizzjonijiet jibda jiddekorri biss mid-deċiżjoni definittiva fuq dan l-appell, inkluż meta l-qorti adita tkun iddeċidiet li tibgħat talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm l-imsemmi appell ikun ingħata effett sospensiv konformement mal-Artikolu 27(3) tal-istess regolament.