Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0249

    Kawża C-249/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Saale Kareda vs Stefan Benkö (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 7(1) — Kunċetti ta’ “materji kuntrattwali” u ta’ “provvista ta’ servizzi” — Azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu — Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Saale Kareda vs Stefan Benkö

    (Kawża C-249/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(1) - Kunċetti ta’ “materji kuntrattwali” u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu - Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu))

    (2017/C 277/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Saale Kareda

    Konvenut: Stefan Benkö

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu taqa’ taħt il-“materji kuntrattwali”, imsemmija f’din id-dispożizzjoni.

    2)

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u żewġ kodebituri in solidum, għandu jiġi kkwalifikat bħala “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.

    3)

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta stabbiliment ta’ kreditu jkun ta kreditu lil żewġ kodebituri in solidum, il-“post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipprovduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa, ħlief ftehim kuntrarju, dak tas-sede ta’ dan l-istabbiliment, inkluż sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti adita bl-azzjoni ta’ rkupru bejn dawn il-kodebituri.


    (1)  ĠU C 305, 22.08.2016.


    Top