Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0749

    Kawża T-749/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’Escompte vs BĊE

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/39


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’Escompte vs BĊE

    (Kawża T-749/15)

    (2016/C 068/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nausicaa Anadyomène SAS (Pariġi, Franza) u Banque d’Escompte (Pariġi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

    Konsegwentement,

    tgħid li l-konvenut huwa responsabbli, fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE mill-fatt tan-nuqqasijiet imwettqa fl-okkażjoni tal-politika monetarja tiegħu dwar titoli ta’ dejn Griegi;

    tikkundanna lill-konvenut li jikkumpensa d-dannu subit, evalwat għal EUR 10 901 448,38 lill-kumpannija Nausicaa, suġġett għall-konferma, u għal EUR 239 058,84 lill-Banque d’Escompte;

    fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż fl-intier tagħhom.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur suffiċjentement ikkaratterizzat li l-BĊE wettqet. Dan il-motiv huwa diviż fi tliet partijiet:

    L-ewwel parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju tar-rispett tal-aspettattivi leġittimi.

    It-tieni parti, dwar il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u dwar il-ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”).

    It-tielet parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u dwar il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq dannu subit mir-rikorrenti u fuq ir-rabta kawżali bejn l-aġir żbaljat tal-BĊE u dan id-dannu.


    Top