EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0059

Kawża T-59/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Amitié vs EACEA

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/53


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Amitié vs EACEA

(Kawża T-59/15)

(2015/C 138/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amitié Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: D. Bogaert, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ippreżentat kontra l-EACEA bħala ammissibbli;

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014 ma hijiex fondata fid-dritt u, konsegwentement, tordna l-annullament immedjat tal-miżuri kollha adottati mill-EACEA kontra r-rikorrenti;

tiddikjara li n-nota ta’ debitu Nru 3241415195 għal ammont ta’ EUR 9 41  310,38 tat-12 ta’ Diċembru 2014 indirizzata lir-rikorrenti mill-EACEA ma hijiex dovuta;

tikkundanna lill-EACEA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 256 u 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tiddikjara li d-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014 li tinkludi l-miżuri adottati kontra l-AMITIÉ sussegwentement għall-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ma hijiex fondata fid-dritt.

Ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-miżuri adottati mill-EACEA kontra r-rikorrenti ma humiex iġġustifikati;

Il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-miżuri ma humiex issodisfatti: ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2988/1995 (1) kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

Ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali kif ukoll applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti Nru 966/2012 (2) u Nru 1268/2012 (3). Ebda waħda mill-miżuri (li jinsabu fid-deċiżjoni tal-EACEA tas-26 ta’ Novembru 2014) implementati kontra r-rikorrenti ma hija fondata fid-dritt. Sussidjarjament, l-irkupru tal-ammonti kollha mħallsa lir-rikorrenti jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt u arrikkiment indebitu tal-EACEA.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-investigazzjonijiet tal-OLAF u l-konklużjonijiet tiegħu ma humiex validi (ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u tar-regolamenti applikabbli)

L-investigazzjonijiet magħmula mill-OLAF kisru r-Regolament Nru 883/2013 (4) u/jew il-prinċipji ġenerali applikabbli f’dan il-każ;

Sa fejn id-deċiżjoni tal-EACEA hija bbażata fuq il-konklużjonijiet tal-OLAF sussegwentement għall-investigazzjonijiet tiegħu, l-assenza ta’ legalità li taffettwa l-investigazzjonijiet tal-OLAF u r-rapport neċessarjament taffettwa d-deċiżjoni tal-EACEA.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).

(2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1.)

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Settembru 2013, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, p. 1).


Top