Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0149

    Kawża F-149/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/46


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-149/15)

    (2016/C 068/60)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala u li tobbligah jikkumpensa dannu allegatament subit mill-Unjoni Ewropea, u talba għad-danni għall-kumpens tad-dannu morali u għar-reputazzjoni allegatament subit.

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni CMS 13-005 tal-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika sa fejn din tipprevedi s-sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18-il xahar u l-kumpens għal dannu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għal EUR 108 596,35;

    sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

    sussidjarjament, tnaqqas is-sanzjoni finanzjarja li tinsab fid-Deċiżjoni CMS 13-005

    tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali u għar-reputazzjoni subit mir-rikorrent stmat għal EUR 20 000;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


    Top