EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0614

Kawża C-614/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

(Kawża C-614/15)

(2016/C 068/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rodica Popescu

Konvenut: Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-attività tal-persunal responsabbli speċifikament mill-kontrolli fis-settur tas-saħħa veterinarja hija marbuta intrinsikament mal-kontinwazzjoni tal-attività tat-tip ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt [5] jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-konklużjoni ripetuta ta’ kuntratti għal żmien determinat, b’deroga mir-regoli ta’ natura ġenerali adottati bil-għan li tiġi trasposta d-Direttiva 70/1999 (1)?

2)

Iż-żamma fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet ta’ natura speċjali li jippermettu l-konklużjoni ripetuta, għal perijodu bħal dak deskritt iktar ’il fuq, ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur tal-kontrolli marbuta mas-saħħa veterinarja tikkostitwixxi ksur tal-obbligu tal-Istat fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 70/1999?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


Top