Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0560

    Kawża C-560/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Europa Way Srl, Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE — Attribuzzjoni tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni — Annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni gratwita (“konkors ta’ sbuħija”) pendenti u sostituzzjoni ta’ din il-proċedura bi proċedura ta’ rkant — Intervent tal-leġiżlatur nazzjonali — Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Konsultazzjoni minn qabel — Kriterji ta’ għoti — Aspettattivi leġittimi)

    ĠU C 309, 18.9.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 309/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Europa Way Srl, Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

    (Kawża C-560/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE - Attribuzzjoni tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni - Annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni gratwita (“konkors ta’ sbuħija”) pendenti u sostituzzjoni ta’ din il-proċedura bi proċedura ta’ rkant - Intervent tal-leġiżlatur nazzjonali - Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Konsultazzjoni minn qabel - Kriterji ta’ għoti - Aspettattivi leġittimi))

    (2017/C 309/06)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Europa Way Srl, Persidera SpA

    Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

    fil-preżenza ta’: Elettronica Industriale SpA, Cairo Network Srl, Tivuitalia SpA, Radiotelevisione italiana SpA (RAI), Sky Italia Srl

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) kif emendata bid-Direttiva 2009/140 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-annullament, mil-leġiżlatur nazzjonali, ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju pendenti organizzata mill-ANR kompetenti f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li ġiet sospiża b’deċiżjoni ministerjali.

    2)

    L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Awtorizzazzjoni”), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, kif ukoll l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li proċedura gratwita ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni tal-frekwenzi tar-radju, li tkun tnediet sabiex tirrimedja l-esklużjoni illegali ta’ ċerti operaturi fis-suq, tiġi ssostitwita bi proċedura oneruża bbażata fuq pjan ristrutturat ta’ attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju wara limitazzjoni tan-numru tagħhom, sa fejn il-proċedura l-ġdida ta’ selezzjoni tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati u tkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) sa (4) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-proċedura ta’ selezzjoni oneruża humiex ta’ natura li jippermettu d-dħul effettiv ta’ operaturi ġodda fis-suq tat-televiżjoni diġitali mingħajr ma tiffavorixxi indebitament l-operaturi diġà preżenti fis-suq tat-televiżjoni analoga jew diġitali.

    3)

    Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju għar-raġuni biss li operaturi, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienu ġew ammessi għal din il-proċedura u, bħala offerenti uniċi, kienu jingħataw drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni li kieku l-proċedura ma ġietx annullata.


    (1)  ĠU C 38, 01.02.2016


    Top