Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0070

    Kawża C-70/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 34(2) — Konvenut li ma jidhirx għall-proċeduri — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Assenza ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut kontumaċi — Kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza” — Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 19(4) — Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Terminu li fih it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza hija ammissibbli)

    ĠU C 335, 12.9.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 335/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino

    (Kawża C-70/15) (1)

    ((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 34(2) - Konvenut li ma jidhirx għall-proċeduri - Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi - Motivi tar-rifjut - Assenza ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut kontumaċi - Kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza” - Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 19(4) - Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Terminu li fih it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza hija ammissibbli))

    (2016/C 335/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Emmanuel Lebek

    Konvenuta: Janusz Domino

    Dispożittiv

    1)

    Il-kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza”, li jinsab fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi wkoll it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu sabiex jiġi ppreżentat appell ordinarju jkun skada.

    2)

    L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, kif irrettifikat, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar is-sistema ta’ talbiet intiżi għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu ta’ ammissibbiltà għall-preżentazzjoni ta’ tali talbiet, kif speċifikat fil-komunikazzjoni ta’ Stat Membru li għaliha tirreferi l-imsemmija dispożizzjoni, ikun skada.


    (1)  ĠU C 171, 26.05.2015


    Top