EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0517

Kawża C-517/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 97/13/KE — Artikoli 4 u 11 — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 6 — Kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi — Artikolu 13 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni provinċjali — Taxxa fuq il-piluni u/jew unitajiet li jittrażmettu u jirċievu tan-netwerk tat-telefon mobbli)

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur

(Kawża C-517/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 97/13/KE - Artikoli 4 u 11 - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6 - Kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni provinċjali - Taxxa fuq il-piluni u/jew unitajiet li jittrażmettu u jirċievu tan-netwerk tat-telefon mobbli))

(2016/C 068/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA

Konvenut: Province de Namur

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq persuna fiżika jew ġuridika li tuża’ l-pilun u/jew l-unità li jittrażmetti u jirċievi tan-netwerk tat-telefon mobbli.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top