Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0501

    Kawża T-501/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2012 — Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI — Tillotts Pharma (OCTASA)

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/61


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 — Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI — Tillotts Pharma (OCTASA)

    (Kawża T-501/12)

    2013/C 26/121

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 1214/2011-4, u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew — fil-każ fejn il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta’ Appell tintervjeni insostenn tal-konvenut — tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “OCTASA”, għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8169881

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

    Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Awstrijaka bir-reġistrazzjoni Nru 102370 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Ungeriża bir-reġistrazzjoni Nru 136836 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Taljana bir-reġistrazzjoni Nru 40977 C/81 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Pollakka bir-reġistrazzjoni Nru 71634 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Slovakka bir-reġistrazzjoni Nru 175482 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Svediża bir-reġistrazzjoni Nru 173377 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Franċiża bir-reġistrazzjoni Nru 1699236 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Irlandiża bir-reġistrazzjoni Nru 107207 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Ċeka bir-reġistrazzjoni Nru 182567 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top