Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0495

    Kawża T-495/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — European Drinks vs UASI — Alexandrion Grup Romania (Dracula Bite)

    ĠU C 26, 26.1.2013, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/57


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — European Drinks vs UASI — Alexandrion Grup Romania (Dracula Bite)

    (Kawża T-495/12)

    2013/C 26/115

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Drinks SA (Ștei, ir-Rumanija) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Alexandrion Grup Romania Srl (Pleasa, ir-Rumanija)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Settembru 2012, fil-Każ R 680/2011-4; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur “Dracula Bite”, għal-prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7588247

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Rumena bir-reġistrazzjoni Nru 34847 għat-trade mark figurattiva “Dracula”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top